32001R0586



Official Journal L 086 , 27/03/2001 P. 0011 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001

tas-26 ta' Marzu 2001

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 li jikkonċerna l- statistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 [1] dwar statistika għal perjodu qasir, u partikolarment l-Artikolu 3 u l-Artikolu 17(ċ) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Numru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika għal perjodu qasir għall-Komunità dwar iċ-ċiklu ekonomiku.

(2) Skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 17(ċ) tar-Regolament (KE) Numru 1165/98, miżuri implimentattivi huma meħtieġa fir-rigward tad-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS).

(3) Id-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 [3], (NACE rev. 1). Hija tuża l-livell ta' Gruppi (3 numri) sabiex issir distinzjoni bejn ir-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS).

(4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Isatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [4],

ADOTTAT DIN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS)

L-allokazzjoni ta' Gruppi NACE rev. 1 għar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) hija definita fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Non-disponibbilità ta'tagħrif fil-livell ta' Grupp NACE rev. 1

L-Istati Membri li ma jikkalkolawx it-tagħrif ta' statistika kopert bir-Regolament (KE) Numru 1165/98 għal-livell ta' dettall ta' Gruppi NACE rev. 1 huma permessi li jikkalkolaw il-piżijiet nazzjonali għall-Gruppi f'Diviżjoni sabiex iqassmu t-tagħrif ibbażat fuq id-Diviżjoni fi Gruppi.

L-Istati Membri li japplikaw l-allokazzjoni għar-Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) f'parti jew fit-total fuq il-bażi ta' Diviżjonijiet NACE rev. l għandhom jinformaw lill-Eurostat dwar il-piżijiet użati għat-tqassim fil-Gruppi NACE rev. 1.

Artikolu 3

Implimentazzjoni tad-definizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjoniet elenkati fl- l-Anness għat-tagħrif ta' statistika kominikat skond ir-Regolament (KE) Numru 1165/98, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li ir-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ; l-Istati Membri għandhom, fl-applikazzjoni tad-definizzjoniet elenkati fl-Anness, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li t-tagħrif eżistenti ta' statistika kopert bir-Regolament (KE) Numru 1165/98 jiġi rivedut permezz ta' kalkolazzjoni mill-ġdid jew stima biex tissodisfa dawn id-definizzjoniet.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar il-konformità mad-definizzjonijiet

Kull Stat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni relevanti dwar il-konformità f'dak l-Istat Membru mad-definizzjonijiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 5

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 2001.

Memru tal-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Għall-Kummissjoni

[1] ĠU L 162, tal-5.6.1998, p. 1.

[2] ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1.

[3] ĠU L 83, tat-3.4.1993, p. 1.

[4] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS

ALLOKAZZJONI TA' INTESTATURI NACE GĦAL KATEGORIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI KOMPLESSIVA

NACE | Deskrizzjoni NACE | Klassifikazzjoni Komplessiva |

13 | Qtugħ tal-metall fil-minjieri | Oġġetti intermedjarji |

14 | Qtugħ ieħor fil-minjieri u fil-barrieri | Oġġetti intermedjarji |

15.6 | Manifattura ta' qmugħ, lamtu u prodotti tal-lamtu | Oġġetti intermedjarji |

15.7 | Manifattura ta' għalf ippreparat għall-annimali | Oġġetti intermedjarji |

17.1 | Tlestija u għażil ta' fibra tat-tessuti | Oġġetti intermedjarji |

17.2 | Tinsiġ tat-tessuti | Oġġetti intermedjarji |

17.3 | Irfinar ta' tessuti | Oġġetti intermedjarji |

17.6 | Manifattura ta' tessuti innittjati u maħduma bil-kroxeċ | Oġġetti intermedjarji |

20 | Manifattura ta'injam u prodotti ta' l-injam u s-sufra, ħlief għamara ; Manifattura ta' oġġetti tat-tiben u malja | Oġġetti intermedjarji |

21 | Manifattura ta' polpa, karta u prodotti tal-karta | Oġġetti intermedjarji |

24.1 | Manifattura ta' kimiċi bażiċi | Oġġetti intermedjarji |

24.2 | Manifattura ta' pestiċidi u prodotti agro-kimiċi | Oġġetti intermedjarji |

24.3 | Manifattura ta' żebgħa, verniċ u kisjiet simili, linka u gomma | Oġġetti intermedjarji |

24.6 | Manifattura ta' prodotti kimiċi oħrajn | Oġġetti intermedjarji |

24.7 | Manifattura ta' fibri magħmula mill-bniedem | Oġġetti intermedjarji |

25 | Manifattura ta' prodotti tal-lastiku u tal-plastik | Oġġetti intermedjarji |

26 | Manifattura ta' prodotti oħra mhux metalliċi minerali | Oġġetti intermedjarji |

27 | Manifattura ta' metalli bażiċi | Oġġetti intermedjarji |

28.4 | Xogħol ta' forġa, ippressar, stampar u rumblar ta' metal; metallurġija ta' trab | Oġġetti intermedjarji |

28.5 | Tattament u kisi ta' metalli; inġinerija mekkanika in ġenerali | Oġġetti intermedjarji |

28.6 | Manifattura ta' għodda tal-mejda, għodda u Oġġetti tal-metall in ġenerali | Oġġetti intermedjarji |

28.7 | Manifattura ta' prodotti oħrajn tal-metall maħdum | Oġġetti intermedjarji |

31.2 | Manifattura ta' apparat tad- distribuzzjoni u l-kontroll ta' l-elettriku | Oġġetti intermedjarji |

31.3 | Manifattura ta' wajer insulat u kejbil | Oġġetti intermedjarji |

31.4 | Manifattura ta' aċċumulaturi, ċelluli primarji u batteriji primarji | Oġġetti intermedjarji |

31.5 | Manifattura ta' tagħmir tad-dwal u lampi elettriċi | Oġġetti intermedjarji |

31.6 | Manifattura ta' tagħmir elettriku mhux ikklassifikat x'imkien ieħor | Oġġetti intermedjarji |

32.1 | Manifattura ta' valvoli elettroniċi u tubi u komponenti oħrajn elettroniċi | Oġġetti intermedjarji |

37 | Reċiklaġġ | Oġġetti intermedjarji |

28.1 | Manifattura ta' prodotti metalliċi strutturali | Oġġetti kapitali |

28.2 | Manifattura ta' tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall; Manifattura ta' radjaturi u kaldaruni ta' tisħin ċentrali | Oġġetti kapitali |

28.3 | Manifattura ta' ġeneraturi li jaħdmu bl-istim, ħlief tisħin ċentrali li jaħdem b’ kaldaruni tal-misħun | Oġġetti kapitali |

29.1 | Manifattura ta' makkinarju għall-produzzjoni w użu ta' enerġija mekkanika, ħlief magni ta' l-ajruplani, vetturi u muturi | Oġġetti kapitali |

29.2 | Manifattura ta' makkinarju ieħor ta' skop ġenerali | Oġġetti kapitali |

29.3 | Manifattura ta' makkinarju għall-biedja u għall-foresti | Oġġetti kapitali |

29.4 | Manifattura ta'għodda mekkanika | Oġġetti kapitali |

29.5 | Manifattura ta' makkinarju ieħor ta' użu speċifiku | Oġġetti kapitali |

29.6 | Manifattura ta' armi u munizzjon | Oġġetti kapitali |

30 | Manifattura ta'tagħmir ta' l-uffiċċju u kompjuters | Oġġetti kapitali |

31.1 | Manifattura ta' muturi elettriċi, ġeneraturi u transformaturi | Oġġetti kapitali |

32.2 | Manifattura ta' transmiters tat-televiżjoni u tar-radju, w apparat għat-telefonija bil-linja u telegrafija bil-linja | Oġġetti kapitali |

33.1 | Manifattura ta' tagħmir mediku u kirurġiku u strumenti ortopediċi | Oġġetti kapitali |

33.2 | Manifattura ta' strumenti u tagħmir li jkejlu, jiċċekjaw, jittestjaw, jew għan-navigazzjoni u skopijiet oħrajn, ħlief għal tagħmir għal kontroll tal-proċess industrijali | Oġġetti kapitali |

33.3 | Manifattura ta' tagħmir għal kontroll tal-proċess industrijali | Oġġetti kapitali |

34 | Manifattura ta' vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs-karrijiet | Oġġetti kapitali |

35.1 | Bini u tiswija ta' bastimenti u dgħajjes | Oġġetti kapitali |

35.2 | Manifattura ta' magni u vaġuni tal-ferrovija u linji tat-tramm | Oġġetti kapitali |

35.3 | Manifattura ta' ajruplani u vetturi spazjali | Oġġetti kapitali |

29.7 | Manifattura ta' tagħmir domestiku mhux klassifikat x'imkien ieħor | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

32.3 | Manifattura ta'riċiveturi tat-televizjoni u tar-radju, rekordjar tal-ħoss u tal-vidjo jew apparat ta' riproduzzjoni u oġġetti assoċjati | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

33.4 | Manifattura ta' strumenti ottiċi w tagħmir fotografiku | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

33.5 | Manifattura ta' arloġġi ta' l-idejn u arloġġi | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

35.4 | Manifattura ta' muturi u roti | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

35.5 | Manifattura ta' tagħmir ieħor tat-trasport mhux klassifikat x'imkien ieħor | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

36.1 | Manifattura ta' għamara | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

36.2 | Manifattura ta' ġojellerija u Oġġetti relatati | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

36.3 | Manifattura ta' strumenti mużikali | Oġġetti dewwiema għall-konsumatur |

15.1 | Produzzjoni, proċessar u preservazzjoni ta' laħam u prodotti tal-laħam | Oġġetti mhux dewwiema għall-konsumatur |

15.2 | Proċessar u preservazzjoni ta' ħut u prodotti tal-ħut | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

15.3 | Proċessar u preservazzjoni ta' frott u ħxejjex | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

15.4 | Manifattura ta' żjut u xaħmijiet veġetali u ta' l-annimali | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

15.5 | Manifattura ta' prodotti mill-ħalib | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

15.8 | Manifattura ta' prodotti oħra ta' l-ikel | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

15.9 | Manifattura ta' xorb | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

16 | Manifattura ta' prodotti tat-tabakk | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

17.4 | Manifattura ta' Oġġetti tat-tessuti lesti ħlief ilbies | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

17.5 | Manifattura ta' tessuti oħrajn | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

17.7 | Manifattura ta' Oġġetti nnitjati u dawm maħduma bil-kroxe | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

18 | Manifattura ta' ilbies; Raffinar u żebgħa tal-fer | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

19 | Ikkonzar u raffinar ta' glud; Manifattura ta' bagalji, boroż ta' l-idejn, Oġġetti magħmula minn sarraġ, Arneż u xedd tar-riġel | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

22 | Publikazzjoni,stampar u riproduzzjoni ta' mezzi rrekordjati | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

24.4 | Manifattura ta' farmaċewtiċi, kimiċi mediċinali u prodotti botaniċi | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

24.5 | Manifattura ta' sapun u deterġenti, sustanzi għat-tindif u lustrar, fwejjaħ u Oġġetti tat-twaletta | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

36.4 | Manifattura ta' Oġġetti ta' l-isports | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

36.5 | Manifattura ta' logħob u ġugarelli | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

36.6 | Manifattura mixxellanja mhux klassifikati x'imkien ieħor | Oġġetti mhux durabbli għall-konsumatur |

10 | Tħaffir għall-faham iswed u dak kannella; estrazzjoni tal-pit | Enerġija |

11 | Estrazzjoni ta' pitrolju mhux maħdum u gass naturali; attivitajiet inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ħlief stħarriġ | Enerġija |

12 | Estrazzjoni ta' metalli ta' l-uranju u t-torju | Enerġija |

2 3 | Manifattura ta' kokk, prodotti tal-pitrolju raffinatt u karburant nukleari | Enerġija |

40 | Provvista ta' elettriku, gass, stim u ilma sħun | Enerġija |

41 | Ġbir, purifikazzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma | Enerġija |

--------------------------------------------------