32001R0464



Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0029 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/2001

tas-7 ta’ Marzu 2001

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet bħala denominazzjoni ta' l-oriġini.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ma waslet għand il-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ma' dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiġi mdaħħla fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala denominazzjoni protetta ta’ oriġini.

(5) L-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 138/2001 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness I ma' hawn jiġu miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’oriġini" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26.

[3] ĠU C 173, tat-22.6.2000, pp. 4 u 8.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 23, tal-25.1.2001, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Frott u l-ħxejjex ta' l-ikel

SPANJA

Azafrán de la Mancha (AOP)

Pimentón de Murcia (AOP)

--------------------------------------------------