32001R0436



Official Journal L 063 , 03/03/2001 P. 0016 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2002

tat-2 ta' Marzu 2001

li jemenda l-Anness II tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13, it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1) Skond il-proċedura li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, mill-1997, ċerti Stati Membri issottomettew informazzjoni bil-għan li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet f'L-Anness II.

(2) Skart tad-djar li jkun sar kompost u taħlit ta' materjal veġetali li jkun sar kompost huma prodotti li, qabel l-adotazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, kienu fi qbil komuni mal-kodiċi ta' prattika dwar il-biedja organika segwiti fil-Komunità. Dawn il-prodotti bħalissa qegħdin għad-dispożizzjoni wara fermentazzjonijiet oħra li mhix composting, b'mod partikolari fermentazzjoni anaerobic bi skop ta' produzzjoni ta' bijogass. L-emendi għal dawn il-prodotti huma urġenti fid-dawl ta' l-istaġun agrikolu li ġej li fih dawn il-prodotti jistgħu jintużgħu, bil-ħtiġijiet ristrettivi stipulati fl-Anness I, parti A, tar-Regolament għal għanijiet ta' fertilizzazzjoni. Il-fermentazzjoni anaerobic bl-iskop ta' produzzjoni tal-bijogass li fi prinċipju huwa f'konformità ma' l-għanijiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent tal-biedja organika.

(3) Huwa neċessarju li l-isem "basic slag" jiġi korrett f'diversi lingwi sabiex ikopri l-istess prodott. Jidher ukoll li dan il-prodott ma' ġiex editjat fil-verżjoni Portugiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2381/94 [3], li stabbilixxa l-parti A ta' l-Anness II. Għalhekk dan in-nuqqas għandu jiġi korrett.

(4) L-esperjenza bl-użu tal-ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor fil-biedja organika wriet li huwa xieraq li dan l-użu jibqa' permess wara l-31 ta' Marzu 2002.

(5) Ħafna preparamenti ta' pyrethrins maħruġa mill-Chrysanthemum cinerariaefolium fihom l-iperonylbutoxide bħala synderġist. Għalhekk huwa xieraq li jissaħħu l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jintużaw dawn il-preparazzjonijiet.

(6) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat li saret riferenza għalih fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II lir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jiġi emendat f'konformità ma' l-anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jiġi nfurzat fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uiffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd minnufih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.07.1991, p. 1.

[2] ĠU L 241, tas-26.09.2000, p. 39.

[3] ĠU L 255, ta' l-1.10.1994, p. 84.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

1. Il-parti bit-Titolu

"A. FERTILIZZANTI U KONDIZZJONATURI TAL-ĦAMRIJA"

tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fit-tabella d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta' skart domestiku li sar kompost jinbidlu b'li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġijiet komposizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu |

Skart domestiku li sar kompost jew ġie fermentat | Prodott miksub minn skart domestiku separat, li ġie sottomess għall-composting jew għal fermentazzjoni anaerobic għall-produzzjoni ta' bijogass Skart domestiku veġetali u ta' l-annimali biss Meta prodott f'sistema magħluqa u osservata biss, aċċettata mill-Istati Membri Konċentrazzjonijiet massimi f'mg/kg ta' materjal xott: cadmium: 0,7; ramm aħmar: 70; nickel: 25; ċomb: 45; żingu 200; merkurju: 0,4; chromium (totali): 70; chromium (VI): 0 Ħtieġa magħrufa mill-korp ta' spezzjoni jew awtorità għall-ispezzjoni Waqt perijodu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss |

(b) Fit-tabella, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta' taħlita

composted

ta' materjal veġetali tinbidel b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġijiet komposizzjonali; kundizzjonijiet għall-użu |

Taħlita composted jew fermentata ta' materjal veġetali | Prodott miksub minn taħlit ta' materjal veġetali, li ġew sottometti għall-composting jew fermentazzjoni anaerobic għall-produzzjoni ta' bijogass Ħtieġa magħrufa mill-korp ta' spezzjoni jew awtorità għall-ispezzjoni" |

(ċ)—————— Fil-verżjoni tat-tabella Daniża, Ġermaniża, Griega, Olandiża, Svediża, Finnlandiża rispettivament l-ismijiet li ġejjin jinbidlu:bid-Daniż: l-isem "Thomasslagger" jinbidel b’"Jernværksslagger",bil-Ġermaniż: l-isem "Thomasphosphat" jinbidel b"Schlacken der Eisen- und Stahlzubereitung",bil-Griek: l-isem "Σκωρίες αποφωσφατώσεως (σκωρίες του Θωμά)" jinbidel b"Σκωρίες αποφωσφατώσεως",bl-Olandiż: l-isem "Thomasslakkenmeel" jinbidel b"Metaalslakken",bil-Finlandiż: l-isem "Tuomaskuona" jinbidel b"Kuona",bl-Isvediż: l-isem "Basisk slagg (Thomasslag)" jinbidel b"Basisk slagg".

(d) Fil-verżjoni Portugiża tat-tabella, il-prodott li ġej jiġi inrodott wara l-prodott

"Fosfato de aluminio e calcio"

:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġijiet komposizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu |

Escorias de desfosforaçao | Necessidade reconhecida pelo organismo de controlo ou pela autoridade de controlo" |

(e) Fit-tabella, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni ta' ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor jinbiddlu b'li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġijiet komposizzjonali; kundizzjonijiet għall-użu |

Ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor | Ħtieġa magħrufa mill-korp ta' spezzjoni jew awtorità għall- ispezzjoni" |

2. Fil-parti

"B. PESTIĊIDI"

, it-tabella bit-titolu

"1. Sustanzi ta' oriġini ta' ħxejjex jew ta' l-annimali"

tiġi emendata kif ġej:L-inklużjoni ta'

"Pyrethins maħruġa minn Chrysanthemum cinerariaefolium"

jinbiddlu b'li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni; ħtiġijiet komposizzjonali; kundizzjonijiet għall-użu |

Pyrethins maħruġa minn Chrysanthemum cinerariaefolium | Insettiċida Ħtieġa magħrufa mill-korp ta' spezzjoni jew awtorità għall-ispezzjoni" |

--------------------------------------------------