32001R0347



Official Journal L 052 , 22/02/2001 P. 0008 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 347/2001

tad-19 ta' Frar 2001

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2559/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sud-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti.

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhiex konformi mad-disposizzjonijiet ta'dan ir-Regolament, tista’ tkompli tintalab, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

(5) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhiex konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tkompli tintalab taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Erba' oġġetti pakkjati flimkien għal-bejgħ bl-imnut u li jikkonsistu minn: | | Dawn l-erbgħa oġġetti ma jistgħux ikunu kunsidrati bħala "oġġetti li jitqiegħdu f'settijiet għal bejgħ bl-imnut" għax ma jilqgħux bżonn partikolari jew iservu biex iwettqu xi attività speċifika. |

(a)Ilbies tax-xibka maħdum b'kulur wieħed li jkopri l-parti t'isfel tal-ġisem mill-qadd sal koxxa ta' fuq (100 % fibri sintetiċi) għal tifla. Bil-qadd elastiku, żewġ saffi ta' bizzilla mwaħħlin maċ-ċinta tal-qadd, waħda ta' xibka maħduma u waħda ta' fibri 100 % sintetiċi maħduma.It-trufijiet ta' l-ilbies huma bla keffa. Forma ta' fjura maħduma bix-xibka hija mwaħħla ma' quddiem għal dekorazzjoni. (dublett) (Ara r-ritratt Nru 610A) | 61045300 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104 u 61045300. In-Nota 1(e) tal-Kapitolu 95 teskludi l-ilbies fantastiċi tad-drapp tal-Kapitoli 61 u 62. Ara wkoll in-nota ta' spjegazzjoni ta' l-HS ta' l-intestatura 9505, (A), (3). |

(b)Virga maġika tal-plastik bi stilla tal-metall u bizzilla tar-rix.(Ara r-ritratt Nru 610B) | 95039032 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 9503, 950390 u 95039032. |

(c)Par żarbun taż-żfin (ġugarelli) bid-drapp fuq, lastiku madwar in-naħa ta' fuq u mal-wisgħa taż-żarbuna, li hija meħjuta b'zigarella. Bil-pett taż-żarbuna tal-plastik. Fuq quddiem ta' kull żarbuna taż-żfin hemm warda żgħira maħdum mix-xibka, u ċoff tal-fibri 100 % sintetiċi.(Ara r-ritratt Nru 610Ċ) | 95039037 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 1(f) tal-Kapitolu 64 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 9503, 950390 u 95039017. Iż-żarbun taż-żfin m'għandux ikun ikkunsidrat bħala ilbies tas-saqajn tal-Kapitolu 64 minħabba l-lakstu ssikkat madwar it-tarf ta' fuq taż-żarbun taż-żfin (ġugarelli) u madwar is-sieq. Id-drapp użat ma jiflaħx ilbies regolari bħala żarbun taż-żfin. |

(d)Handbag ta' folja ċara tal-plastik b'disinn stampat fuq quddiem. B'għeluq biż-żip. Ċinga ta' l-għanqbut ta' l-ispalla (li ma taġġustax ruħha). Bil-bizzilla madwar it-trufijiet.Qisien: 16ċm x 13,5ċm x 4,5ċm (handbag) (Ara r-ritratt Nru 610D) | 42022210 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 4202, 420222 u 42022210. In-Nota 1(d) tal-Kapitolu 95 teskludi "il-basktijiet ta' l-isports jew kontenituri oħra ta' l-intestatura 4202, 4303 u 4304". |

2.Tlett oġġetti ppakkjati flimkien għal bejgħ bl-imnut u li jikkonsistu minn:(a)Libsa minsuġa għat-tfal (fibri 100 % sintetiċi) b'għonq forma ta' "V" mingħajr fetħa.Is-sidrija għandha lazz maħdum applikat li jkopri d-drapp minsuġ. Għandha kmiem qosra bit-tarf tal-kmiem bil-lastiku. M'għandhiex keffa fl-għonq, it-truf tal-kmiem u fil-qiegħ ta' l-ilbies.(b)Żewġ aċċessorji maħduma li jikkonsistu minn velu maħdum u bukkett tad-drapp (fibri 100 % sintetiċi).L-oġġetti huma ppakkjati flimkien bħala sett ta' lbies fntastiku għat-tfal(libsa)(Ara r-ritratt Nru 611 | 62044300 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6204 u 62044300. In-Nota 1(e) tal-Kapitolu 95 teskludi l-ilbies fantastiċi tad-drapp tal-Kapitoli 61 u 62. Ara wkoll in-nota ta' spjegazzjoni ta' l-HS ta' l-intestatura 9505, (A), (3). |

3.Sandli bil-pettijiet ta' barra tal-lastku, bil-pett u t-takkuna kombinati li għandhom għoli ta' anqas minn 3ċm u bil-pettijiet minn ġewwa ta' tul ta' 24ċm jew aktar. Il-maġġoranza tal-wiċċ ta' barra ta' fuq jikkonsisti minn ċineg tal-ġilda illinejati bid-drappijiet minsuġa tal-fibra magħmula mill-bniedem. Tlett ċineg tal-materjal tat-tessuti jissikkaw mal-parti ta' quddiem tas-sieq b'issikkar tat-tip tal-velcro.(Ara r-ritratti Nru 609 A + B) | 64039933 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 4 tal-Kapitolu 64, in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6403, 640399 u 64039933. Dan is-sandli ma jistax ikun ikklassifikat bħala "ilbies tas-saqajn ta' l-isport" fis-sens tas-subintestatura nota 1 tal-Kapitolu 64 . Lanqas ma jista' jkun ikkunsidrat bħala lbies tas-saqajn "iddisinjat għall-attivita sportiva" fis-sens tad-definizzjoni ta' "ilbies tas-saqajn li jinvolvi teknoloġija speċjali", minħabba li, inter alia, ta' fuq taż-żarbun ma jagħtix stabilita' tas-sieq fiż-żarbun. |

4.Ilbies ta' ġewwa tas-saqajn b'fuq maħdum mid-drappijiet tal-pil b'ribbing applikat li jkopri l-għaksa b'ras ta' animal (xadina) magħmul mill-istess materjal bħall-bqija ta' fuq meħjut mal-fuqanija ta' wiċċ iż-żarbun.Il-pett jikkonsisti minn saff ta' materjal tal-plastik ċellulari artab imdaħħal bejn żewġ saffi tad-drapp.Is-saff tad-drapp ta' barra huwa magħmul minn materjal resistenti tad-drapp u għandu tikek applikati tal-PVC. Il-materjal tad-drapp ta' barra (madwar 80 % tal-wiċċ tal-pett ta' barra) u t-tikek tal-PVC (madwar 20 % tal-wiċċ tal-pett ta' barra) jagħmlu kuntatt ma' l-art.(Ara r-ritratti Nru 608 A + B) | 64052091 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(b) tal-Kapitolu 64, in-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 64 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6405, 640520 u 64052091. Is-saff ta' barra tad-drapp għandu l-karatteristiċi tad-durabilita' u/jew is-saħħa s-soltu meħtieġa għall-użu normali tal-pett ta' barra. Wara li jkunu kunsidrati dawn il-karatteristiċi l-pett ta' barra għandu jkun ikkunsidrat bħala pett tad-drapp. |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------