32001R0305



Official Journal L 044 , 15/02/2001 P. 0022 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 305/2001

tat-12 ta' Frar 2001

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2559/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti.

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri li hemm ipprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Qasrija kwadra taċ-ċeramika f'disinn ta' kulur wieħed (100 % fuħħar komuni), 15-il ċm għoljaIl-qasrija għandha wiċċ ta' l-iżmalt minn ġewwa u minn barra. Il-qasrija għandha dekorazzjonijiet applikati f'forma ta' disinni astratti u realistiċi fuq barra | 69139010 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 6913, 691390 u 69139010 Minħabba l-iżmalt ġewwa u n-nuqqas ta' fetħa fil-qiegħ, il-prodott għandu kapaċijiet ta' resistenza għall-ilma. Flimkien mad-dehra ġenerali tiegħu l-prodott huwa meqjus li huwa oġġett tat-tiżjin |

2.Qasrija tonda taċ-ċeramika b'ħafna kuluri (100 % fuħħar komuni), 38ċm għolja b'dijametru ta' 38ċmIl-qasrija għandha fetħa żgħira fil-qiegħ, wiċċ ta' l-iżmalt minn barra b'dekorazzjonijiet applikati f'forma ta' disinni astratti u realistiċi | 69149010 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 6914, 691490 u 69149010 Il-fetħa żgħira fil-qiegħ tistabbilixxi l-valur ta' l-użu tal-prodott bħala kontenitur għall-pjanti |

3.Prodott deskritt bħala apparat li jissorvelja t-trabi, imqiegħed f'sett għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsisti minntrasmettitur għat-telefonija tar-radju, b'mikrofonu mgħammar ġo fihriċevitur li jinġarr għat-telefonija tar-radju flimkien ma' loudspeaker ġo kaxxażewġ mains adaptorsKemm it-trasmettitur u r-riċevitur jistgħu jaħdmu bil-batteriji jew bil-mains adaptorsL-apparat iservi biex jibgħat ħsejjes magħmula mit-tarbija fl-inħawi tat-trasmettitur u jintuża biex jissorvelja t-trabi f'raġġ ta' bejn wieħed u ieħor 300 metru | 85279098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3(ċ) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8527, 852790 u 85279098 La t-trasmettitur u lanqas ir-riċevitur ma jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu |

4.Armar mekkaniku u elettroniku li jikkonsisti minn żewġ elementi, preżentati flimkien: | | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI, u l-kliem tal-kodiċi NM 8521, 852110, 85211030, 8529, 852990 u 85299072 Iż-żewġ elementi flimkien ma jwettqux funzjoni definita fiċ-ċar fis-sens tan-Nota 4 tat-Taqsima XVI. L-elementi huma għalhekk klassifikati separatament skond il-funzjoni tagħhom stess |

(a)armar mekkaniku u elettroniku għal video recorder magħmul minn ċirkwit printed li jinkludi l-elementi li ġejjin:decoder, processor u generator ta' sinjali ħomor, ħodor u blu għal cathode ray tubeaudio signal processorsistema ta' kontroll tax-chassis b'microcontrollerVHS signal processorunità ta' tape loading/unloadingunità ta' audio, video u control headappoġġ tal-ħadid biex jeħel it-tieni element | 85211030 |

(b)armar elettroniku għal riċevitur tat-televiżjoni li jinkludi switching-mode power supply, deflection signal generating unit u transformer ta' vultaġġ għoliTuner mhux inkorporat fl-ebda mill-armar Dawn l-armar għandhom ikunu armati f'riċevitur tat-televiżjoni kkombinat ma' video recorder b'tape ta' wisa' ta' 1,265ċm u veloċità tat-tape li ma taqbiżx il-23,39mm kull sekonda | 85299072 |

5.Element li jikkonsisti minn ħġieġ b'saffi b'effett ta' polarizzazzjoni ("Screen filter"), armat fuq qafas. Cable, ipprovdut bi klippa, huwa mwaħħal mal-qafasGħandu l-funzjonijiet li ġejjin:tnaqqis tad-dijatnaqqis ta' riflessjonijiettnaqqis fir-radjazzjoni ta' l-UVtkabbir fil-kuntrasttnaqqis fl-istatic charge | 90022000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(d) tal-Kapitolu 70, in-Nota 1(m) tat-Taqsima XVI, u l-kliem tal-kodiċi NM 9002 u 90022000 Il-prodott huwa meqjus li huwa element ottiku tal-Kapitolu 90. Il-cable għat-tnaqqis fiċ-charge statika ma taffetwax il-klassifikazzjoni |

--------------------------------------------------