32001R0089



Official Journal L 014 , 18/01/2001 P. 0016 - 0021


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 89/2001

tas-17 ta’ Jannar 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali lejn persuni mpjegati, persuni li jaħdmu għall-rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574//72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali lejn persuni mpjegati, persuni li jaħdmu għall-rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1399/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1) Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom resqu talba għall-emendi għall-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(2) Dawn l-emendi jirriżultaw minn deċiżjonijiet meħudha mill-Istati Membri jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali bi qbil mal-liġi Komunitarja.

(3) Inkisbet l-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi 1 sa 5, u l-Anness 10, tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati kif muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Anna Diamantopoulou

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1.

[2] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima "O. RENJU UNIT" hija emendata kif ġej:

(i) Il-punt 1b li ġej jiżdied:

"1b. Il-Kummissjarji tat-Taxxi Nterni jew ir-rappreżentant uffiċjali tagħhom, Londra."

(ii) Il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5. Is-Segretarju Ewlieni, Affarijiet Soċjali, Ġibilità"

.

(iii) Il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6. L-Eżekuttiv Ewlieni ta' l-Awtorità tas-Saħħa ta' Ġibilità"

.

2. L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima "Ċ. IL-ĠERMANJA" hija emendata kif ġej:

Il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.Assigurazzjoni tax-xjuħija għall-bdiewa: | Gesamtverband der landwirtschaftlichen Alterskassen (Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' Fondi Agrikoli għax-Xjuħija), Kassel" |

(b) It-Taqsima "D. SPANJA" hija emendata kif ġej:

Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

"(a)Għax-xjuħija, mewt (inklużi l-Pensjonijiet ta' l-orfni) u l-pensjonijiet ta' l-invalidità: | Dirección General de Costes de Personal y Pensiones Públicas Ministerio de Economía y Hacienda (Direttorat-Ġenerali għall-ispejjeż tal-Personal u l-Pensjonijiet Pubbliċi, Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Kummerċ) |

(b)Għall-għarfien ta' benefiċċji ta' invalidità maġġuri u l-benefiċċji għal wild dipendenti b'disabilità: | La Mutualidad General Judicial (Fond Ġudizzjarju ġenerali għall-assigurazzjoni tal-benefiċċji reċiproki), Madrid" |

(ċ) It-Taqsima "O. IR-RENJU UNIT" hija emendata kif ġej:

Fil-punt 2. it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"- Ġibiltà: Is-Segretarju Prinċipali, Affarijiet Soċjali, Ġibilità".

3. L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima "C. IL-ĠERMANJA" hija emendata kif ġej:

Il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.Assigurazzjoni tax-xjuħija għall-bdiewa: | Gesamtverband der landwirtschaftlichen Alterskassen (Asoċjazzjoni Nazzjonali tal-Fondi Agrikoli għax-Xjuħija). Kassel" |

(b) It-Taqsima "J. L-OLANDA" hija emendata kif ġej:

Il-Punt 3(b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)negozjati mal-Belġju: | Bureau voor Belgische Zaken, Breda" |

(ċ) It-Taqsima "O. IR-RENJU UNIT" hija emendata kif ġej:

(i) Fil-punt 1, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"- Ġibiltà: L-Awtorità tas-Saħħa ta' Ġibilità, 17 Johnstone's Passage, Ġibilità"

.

(ii) Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.Benefiċċji ta' flus (apparti milli benefiċċji tal-familja):

Il-Gran Brittanja: | Department of Social Security, Benefits Agency, (Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċji) Pensions and Overseas Benefits Directorate, (Id-Direttorat tal-Pensjonijiet u l-Benefiċċji Esteri) Newcastle upon Tyne NE98 1BA |

L-Irlanda ta' Fuq: | Department of Health and Social Services, (Id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali) Northern Ireland Social Security Agency, (L-Aġenzija tas-Sigurtà Soċjali ta' l-Irlanda ta' Fuq) Network Support Branch, (Fergħa dwar il-Qafas ta' Sostenn) Overseas Benefits Unit, (Taqsima tal-Benefiċċji Esteri) Castle Buildings, Belfast BT4 3SP |

Ġibiltà: | Department of Social Services, (Dipartiment tas-Servizzi Soċjali) 23 Mackintosh Square, Gibraltar" |

(iii) Fil-punt 3. it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"-Ġibiltà: | Department of Social Services, (Dipartiment tas-Servizzi Soċjali) 23 Mackintosh Square, Gibraltar" |

4. L-Anness 4 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima "C. IL-ĠERMANJA" hija emendata kif ġej:

(i) Il-punt 5a li ġej jiżdied:

"5a.Pensjonijiet ta' l-Impjegati taċ-Ċivil: | Bundesversicherungsanstalt für Angestellte (Uffiċju Federali ta' l-Assigurazzjoni għall-Impjegati Klerikali), Berlin" |

(ii) Il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.Assigurazzjoni tax-xjuħija għall-bdiewa: | Gesamtverband der landwirtschaftlichen Alterskassen (Asoċjazzjoni Nazzjonali ta' Fondi Agrikoli dwar ix-xjuħija), Kassel" |

(b) It-Taqsima "D. SPANJA" hija emendata kif ġej:

Il-punt 7 huwa emendat kif ġej:

"(a)Għax-xjuħija, mewt (inklużi l-Pensjonijiet ta' l-orfni) u l-Pensjonijiet ta' l-invalidità: | Dirección General de Costes de Personal y Pensiones Públicas Ministerio de Economía y Hacienda (Direttorat-Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Personal u l-Pensjonijiet Publiċi, Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Kummerċ) |

(b)Għall-għarfien ta' benefiċċji ta' l-invalidità maġġuri u l-benefiċċji għal wild dipendenti b'disabilità: | La Mutualidad General Judicial (Fond Ġudizjarju ġenerali għall-assigurazzjoni tal-benefiċċji reċiproki), Madrid" |

(ċ) It-Taqsima "J. L-OLANDA" hija emendata kif ġej:

Il-Punt 2(b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)negozjati mal-Belġju: | Bureau voor Belgische Zaken, Breda" |

(d) It-Taqsima "O. IR-RENJU UNIT" hija emendata kif ġej:

"Il-Gran Brittanja

(a)kontribuzzjonijiet u benefiċċji b'eghlejjel naturali għall-ħaddiema mibgħuta fuq xogħol iehor: | National Insurance Contributions Office of the Inland Revenue, (L-Uffiċċju tal-Kontribuzzjonijiet ta' l-Assigurazzjoni Nazzjonali) International Services, (Servizzi Internazzjonali) Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ |

(b)is-suġġetti l-oħrajn kollha: | Department of Social Security, Benefits Agency, (Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji) Pensions and Overseas Benefits Directorate, (Direttorat tal-Pensjonijiet u l-Benefiċċji Barranin) Newcastle upon Tyne, NE98 1BA |

L-Irlanda ta' Fuq: | Department of Health and Social Services, (Id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali) Northern Ireland Social Security Agency, (L-Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-Sigurtà Soċjali) Network Support Branch, (Fergħa dwar il-Qafas ta' Sostenn) Overseas Benefits Unit, (Taqsima tal-Benefiċċji Esteri) Castle Buildings, Belfast BT4 3SP |

Ġibiltà: | Department of Social Security, Benefits Agency, (Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Aġenzija tal-Benefiċċji) Pensions and Overseas Benefits Directorate, (Direttorat tal-Pensjonijiet u l-Benefiċċji Barranin) Newcastle upon Tyne, NE98 1BA" |

5. L-Anness 5 huwa emendat kif ġej:

(a) L-Intestatura "20. ID-DANIMARKA - L-ITALJA" tinbidel b'dan li ġej:

"(a) L-Iskambju ta' l-Ittri tat-12 ta' Novembru 1982 u tat-12 ta' Jannar 1983 li jikkonċernaw l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (twarrib reċiproku tar-rifużjoni tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura għall-mard u l-maternità li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 22(1)(ċ) tar-Regolament).

(b) Il-Ftehim tat-18 ta' Novembru 1998 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż permezz ta' l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (benefiċċji in natura permezz ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard, il-maternità, l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat mal-impiegi) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-verifiki amministrattivi u ta' l-eżamijiet mediċi)."

(b) L-Intestatura "24. ID-DANIMARKA - IL-PORTUGAL" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim tas-17 ta' April 1998 dwar it-twarrib parzjali tar-rifużjoni tal-ispejjeż permezz ta' l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (benefiċċji in natura permezz ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard, il-maternità, l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat ma l-impiegi) u l-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (spejjeż tal-verifiki amministrattivi u ta' l-eżamijiet mediċi)."

(ċ) L-Intestatura "45. SPANJA - L-OLANDA" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim tat-22 ta' Frar 2000 bejn l-Olanda u Spanja li jiffaċilita l-ftehim fuq talbiet reċiproki li jirrigwardjaw l-assigurazzjoni għall-benefiċċji tal-mard u l-maternità meta jiġu mplementati id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72."

(d) L-Intestatura "50. SPANJA - R-RENJU UNIT" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim tat-18 ta' Ġunju 1999 dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72."

(e) Taħt l-intestatura "53. FRANZA - L-ITALJA", il-partijiet (d) u (e) li ġejjin jiżdiedu:

"(d) L-iskambju ta' l-Ittri tat-2 ta' April 1997 u ta' l-20 ta' Ottubru 1998 li jimmodifikaw l-Iskambju ta' l-Ittri kif imsemmija permezz tal-punti (b) u (ċ) li jikkonċernaw il-proċeduri għat-twettieq ta' dejn reċiproku permezz tat-termini ta' l-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni.

(e) Il-Ftehim tat-28 ta' Ġunju 2000 li jwarrab ir-rifużjoni tal-ispejjeż li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi mitluba permezz ta' l-Artikolu 51 tar-Regolament imsemmi hawn fuq."

(f) L-Intestatura "55. FRANZA - L-OLANDA" tinbidel b'dan li ġej:

"(a) Il-Ftehim tat-28 ta' April 1997 dwar it-twarrib tar-rifużjoni ta' l-ispejjeż tal-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi permezz ta' l-Artikolu 105 tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni.

(b) Il-Ftehim tad-29 ta' Settembru 1998 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għad-determinazzjoni ta' l-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tat-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72.

(ċ) Il-Ftehim tat-3 ta' Frar 1999 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali għall-amministrazzjoni u t-twettieq ta' dejn reċiproku tal-benefiċċji tal-mard permezz tat-termini tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72."

(g) L-Intestatura "57. FRANZA - L-PORTUGAL" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim tat-28 ta' April 1999 li jistabbilixxi r-regoli speċjali dettaljati li jirregolaw l-amministrazzjoni u l-ftehim fuq talbiet reċiproki għal trattament mediku permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72."

(h) L-Intestatura "58. FRANZA - R-RENJU UNIT" tinbidel b'dan li ġej:

"(a) L-Iskambju ta' l-Ittri tal-25 ta' Marzu u ta' 28 ta' April 1997 li jirrigwardjaw l-Artikolu 105(2) tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni (dwar it-twarrib tar-rifużjoni tal-ispejjeż tal-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi).

(b) Il-Ftehim tat-8 ta' Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' l-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72."

(i) L-Intestatura "63. IL-GREĊJA - L-AWSTRIJA" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim dwar it-twarrib tar-rimbors tal-ispejjeż tal-verifiki amministrattivi u l-eżamijiet mediċi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni fil-għamla ta' reġistrazzjoni bil-miktub bid-data tad-29 ta' April 1999."

(j) L-Intestatura "94. L-AWSTRIJA - IL-PORTUGAL" tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Ftehim tas-16 ta' Diċembru 1998 dwar ir-rimbors tal-benefiċċji in natura."

6. L-Anness 10 huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima "D. SPANJA" hija emendata kif ġej:

(i) Il-punt 8 li ġej jiżdied:

"8.Skemi speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14c, 14f u 17 tar-Regolament u l-Artikolu 12b tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni | Mutualidad General de Funcionarios Civiles del Estado, Servicios Centrales (Skema Ġenerali ta' l-Assigurazzjoni Reċiproka għall-Impjegati taċ-Ċivil ta' l-Istat), Madrid" |

(ii) Il-punt 9 li ġej jiżdied:

"9.Skema speċjali għal uffiċċjali tal-forzi armati

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14ċ, 14f u 17 tar-Regolament u l-Artikolu 12b tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni | Instituto Social de las Fuerzas Armadas (Istitut ta' l-Assigurazzjoni Soċjali tal-Forzi Armati), Madrid" |

(iii) Il-punt 10 li ġej jiżdied:

"10.Skema speċjali għall-uffiċċjali u l-amministraturi tal-ġustizzja

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14ċ, 14f u 17 tar-Regolament u l-Artikolu 12b tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni | La Mutualidad General Judicial (Skema Generali ta' l-assigurazzjoni għall-Ġudikatura), Madrid" |

(b) It-Taqsima "J. L-OLANDA" hija emendata kif ġej:

Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni, rigward il-persunal awżiljarju tal-Komunitajiet Ewropej, li ma humiex residenti fl-Olanda (għall-benefiċċji in natura biss): | il-fond ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa li magħha l-persuna kkonċernata tkun imsieħba" |

(ċ) It-Taqsima "O. IR-RENJU UNIT" hija emendata kif ġej:

(i) Il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.Għal-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 14c, 14d, (3) u 17 tar-Regolament u l-Artikoli 6(1), 11(1), 11a(1), 12a, 13(2) u (3), 14(1), (2) u (3), u l-Artikoli 80(2), 81, 82(2) u 109 tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni: | |

Il-Gran Brittanja: | National Insurance Contributions Office of the Inland Revenue, (L-Uffiċċju tal-Kontribuzzjonijiet ta' l-Assigurazzjoni Nazzjonali) International Services, (Servizzi Internazzjonali) Newcastle upon Tyne, NE98 1ZZ |

L-Irlanda ta' Fuq: | Department of Health and Social Services, (Id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali) Northern Ireland Social Security Agency, (L-Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-Sigurtà Soċjali) Network Support Branch, (Fergħa dwar il-Qafas ta' Sostenn) Overseas Benefits Unit, (Taqsima tal-Benefiċċji Esteri) Castle Buildings, Belfast BT4 3SP" |

(ii) Il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament u l-Artikoli 8, 38(1), 70(1), 91(2), 102(2), 110 u 113(2) tar-Regolament ta' l-implimentazzjoni: | |

Il-Gran Brittanja: | Pensions and Overseas Benefits Directorate, (Id-Direttorat tal-Pensjonijiet u l-Benefiċċji Barranin) Newcastle upon Tyne, NE98 1BA |

L-Irlanda ta' Fuq: | Department of Health and Social Services, (Id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali) Northern Ireland Social Security Agency, (L-Aġenzija ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-Sigurtà Soċjali) Network Support Branch, (Fergħa dwar il-Qafas ta' Sostenn) Overseas Benefits Unit, (Taqsima tal-Benefiċċji Esteri) Castle Buildings, Belfast BT4 3SP" |

--------------------------------------------------