Official Journal L 208 , 01/08/2001 P. 0036 - 0043
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/57/KE. tal-25 ta’Lulju 2001 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, fi u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel ta' oriġini mill-annimali u ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex rispettivament (Test b’relevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/48/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/39/KE [4], u b’mod patrtikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/48/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/49/KE [7], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha, Billi: (1) Is-sostanza attiva eżistenti, fluroxypyr, ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE [8]. L-ebda livell massimu armonizzat tar-residwi fil-każ ta’ din is-sustanza attiva ma gie stabbilit mill-Kummissjoni. L-armonizzazzjoni tal-livelli massimi tar-residwi hija mixtieqa kemm mill-aspett tas-saħħa pubblika kif ukoll minn dak kummerċjali. (2) Wara d-dħul tas-sustanzi fl-Anness 1, l-Istati Membri awtorizzaw għadd ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom minn din, b’konformita ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE, u stabbilew livelli proviżorji massimi tar-residwa kif meħtieġ mill-Artikolu 4(1)(f). Dawn l-awtorizzazzjonijiet jikkonċernaw l-użi bħala erbiċida fil-ġonna jew bħala erbiċida ta’ wara l-ħruġ fuq it-tuffieħ, iż-żebbuġ, iċ-ċereali, fil-marġ u fil-mergħat. Kif meħtieġ b'dik id-Direttiva, dawk il-livelli, u l-informazzjoni li fuqha ġew ibbażati, ġew notifikati lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni flimkien ma’ l-informazzjoni disponibbli minn sorsi oħra ġiet riveduta u hija suffiċjenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi tar-residwu (LMR). (3) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/363/KEE jenħtieġ li l-livelli massimi proviżorji tar-residwi għall-prodotti li ġejjin mill-annimali kif stabbilit permezz ta' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE ikunu indikati fl-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE. (4) Ma’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika tal-fluoroxypyr ġiet mitmuma fit-30 ta’ Novembru 1999 fil-format tar-rapport ta’ revizjoni tal-Kummissjoni għall-fluoroxypyr. F’dan ir-rapport tar-reviżjoni l-inġestjoni aċċettabbli ta’ kulljum (IAK) ta’ l-ispiroxamine ġiet stabbilita bħala 0,8 mg/kg bw/kull jum. L-espożizzjoni tal-konsumaturi tul ħajjithom kollha għall-prodotti ta’ l-ikel ittratti bl-fluoroxypyr kienet stmata u kkalkulata b’konformità mal-proċeduri u l-prattiċi użati fil-Komunità Ewropea, billi ttieħed akkont tal-linji ta' ġwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [9] u ġie kkalkulat li l-livelli massimi ta’ residwi stabbiliti minn din id-Direttiva ma joħolqux eċċessività ta’ dan il-IAK. (5) L-effetti tossiċi akuti li jenħtieġu li tkun stabbilita referenza għal doża akuta ma kinux innotati matul l-estimi u d-diskussjonijiet li saru qabel ma s-spiroxamine kien inkluż fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE. (6) Biex ikun assigurat li l-konsumatur ikun biżżejjed protett milli jkun espost għar-residwi fi jew fuq prodotti li għalihom ma ngħatatx awtorizzazzjoni, tkun ħaġa prudenti li jkunu stabbiliti sett ta’ livelli proviżorji ta’ residwi lejn in-naħa l-baxxa tal-limitu tad-deteminazzjoni analitika għal dawk il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE. L-istabbilizzar ta’ livelli Komunitarji ta’ dawn il-livelli massimi proviżorji tar-residwi ma jfixklux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli massimi proviżorji tar-residwi għall-fluoroxypyr bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. (7) Erba’ snin huma kkunsidrati bħala perjodu twil biżżejjed biex ikunu stabbiliti l-użi ulterjuri ta’ l-azimsulfuron u l-kalċju tal-prohexadione. Wara dak il-perjodu dawn il-livelli proviżorji massimi tar-residwi għandhom isiru definittivi. (8) Is-sieħba kummerċjali Komunitarji ġew ikkonsultati dwar il-livelli stabbiliti f’din id-Direttiva permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli ġew ikkunsidrati. Ma ġewx definiti livelli massimi tal-CODEX għar-residwi tal-fluroxypyr. Il-possibbiltà li jkunu stabbiliti livelli massimi tar-residwi għall-kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ pestiċida/prodott għandhom ikunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjoni tad-dettalji aċċettabbli. (9) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkomandazzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta’ l-ikel li jkunu ttrattati bil-pestiċidi, ġew ikkunsidrati. (10) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE ir-ringieli li ġejjin qed jiġu miżjuda: "Residwi tal-pestiċida | Livell massimu (mg/kg) | Fluroxypyr inklużi l-esteri tiegħu espressi bħala fluroxypyr | 0,1 Xgħir, ħafur, segala, triticale u qamħ | 0,05 Ċereali oħrajn | Artikolu 2 Dan li ġej għandu jiżdied mal-parti B ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: "Residwi tal-pestiċda | Livelli massimu (mg/kg) | Ta' laħam, inkluæ ix-xaħam, preparattivi tal-laħam, raċanċ u xaħmijiet kif elenkati fl-anness I fil-NM kodiċi 0201, 0202.0203,0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib L-Anness I fil-Kodiċi NM 0401 0402, 040500 u 0406 | Tal-bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd u l-isfra tal-bajd kif elenkati fl-Anness I fil-Kodiċi NM u 0408 | Fluroxypyr | 0,5 ex 0206 Fwied | 0,05 | 0,05 | 0,05 prodotti oħrajn | | | Artikolu 3 Fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE il-kolonni intestati "Flouroxypyr", inklużi l-esteri tagħha espressi bħala "fluorocypyr" kif stabbiliti fl-Anness ta’din id-Direttiva huma miżjuda. Artikolu 4 Din id-Diretiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-28 ta’ Frar 2002 l-aktar tard. Dawn għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bihom. Dawn għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2002. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 25 Lulju 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 221, tas-7.08.86, p. 37. [2] ĠU L 180, tat-3.07.01, p. 26. [3] ĠU L 221, tas-7.08.86, p. 43. [4] ĠU L 148, ta’ l-1.06.01, p. 70. [5] ĠU L 350, ta’ l-14.12.90, p. 71. [6] ĠU L 230, tad-19.08.91, p. 1. [7] ĠU L 176, tad-29.06.01, p. 61. [8] ĠU L 57, tat-2.03.00, p. 28. [9] Il-linji ta' gwida għat-tbassir ta' l-inġestjoni djetetika tar-residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-Programm ĠEMS/Fodd b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex tar-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). -------------------------------------------------- ANNESS Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw il-massimi tal-livelli tar-residwi | Residwu ta' pestiċida u livelli massimi tar-residwi (mg/kg) | Fluroxypyr inklużi l-esteri tiegħu espress bħala spiroxamine | 1.Frott, frisk, imqadded jew mhux imsajjar, ippreservat bil-friża, li ma jkunx fih zokkor miżjud; ġewż | 0,05 | (i)FROTT TAĊ-ĊITRU (Agrumi) Tronġiet | | Lumi | | Xkomp | | Mandolin (inkluża l-klementina u ibridi oħra) | | Larinġ | | Pomelos | | Oħrajn | | (ii)LEWŻ TAS-SIĠRA (bil-qoxra jew mingħajrha) Lewż | | Ġewż tal-Brażil | | Ġewż tal-kexju | | Qastan | | Ġewż ta' l-Indji | | Ġellewż | | Makadamia | | Pekani | | Lewż ta' l-arżnu (prinjoli) | | Pistaċċi | | Ġewż | | Oħrajn | | (iii)FROTT POME (razza tat-tuffieħ) Tuffieħ | | Lanġas | | Sfarġel | | Oħrajn | | (iv)FROTT TA' L-GĦADMA Berquq | | Ċirasa | | Ħawħ (inkluża n-nektarina u ibridi simili) | | Għanbaqar | | Oħrajn | | (v)KUKKU U FROTT IRQIEQ (a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid Għeneb tal-mejda | | Għeneb ta' l-inbid | | (b)Frawli (minbarra dak selvaġġ) | | (ċ)Frott tal-qasab (minbarra dak selvaġġ) Tut | | Dewberries | | Loganberries | | Ċawsli | | Oħrajn | | (d)Frott irqieq ieħor u kukku(mhux selvaġġ) Qerqnin | | Cranberries | | Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | Ribes | | Oħrajn | | (e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | | (vi)Mixxellanji Avokados | | Banana | | Tamal | | Tin | | Kiwi | | Kumkwat | | Litċi | | Mangi | | Olives Żebbuġ | | Frott tal-passjoni | | Ananas | | Rummien | | Oħrajn | | 2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef | 0,05 | (i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TUBERI Pitravi | | Zunnarija | | Krafes | | Għerq tal-mustarda | | Artiċoks | | Zfunnarija bajda | | Għerq tat-tursin | | Ravanell | | Salsafja | | Patata ħelwa | | Rapa Svediża | | Nevew | | Yam | | Oħrajn | | (ii)ĦAXIX TAL-FAXX (tal-basla) Tewm | | Basal | | Basal abjad | | Basal frisk | | Oħrajn | | (iii)ĦAXIX TAL-FROTT (a)Solanacea Tadam | | Bżar aħdar | | Brunġiel | | Oħrajn | | (b)Kukubriti bil-qoxra li tittiekel Ħjar | | Ħjar tal-pikles | | Qarabali | | Oħrajn | | (ċ)Kukubriti bil-qoxra li ma tittikilx Bettieħ | | Ilbieba tal-qara' | | Dulliegħ | | Oħrajn | | (d)Qamħirrun | | (iv)ĦAXIX TAL-BRASSIKA (a)Brassika tal-fjuri Brokkoli | | Pastard | | Oħrajn | | (b)Brassika tar-ras Brussel sprouts | | Kaboċċi tar-ras | | Oħrajn | | (ċ)Brassika tal-weraq Kaboċċi ċiniż | | Kale | | Oħrajn | | (d)Kolorabi | | (v)ĦAXIX TAL-WERQA U ĦWAWAR FRISKI (a)Ħass u oħrajn simili Krexxuni | | Ħass tal-ħaruf | | Ħass | | Scarole | | Oħrajn | | (b)Spinaċi u prodotti simili Spinaċi | | Weraq tal-pitravi (chard) | | Oħrajn | | (ċ)Krexxuni | | (d)Witluf | | (e)Ħwawar Maxxita | | Kurrat selvaġġ | | Tursin | | Weraq tal-krafes | | Oħrajn | | (vi)ĦXEJJEX LEGUMINUŻI (ħxejjex ta' l-imwieżat) (friski) Ful (bil-miżwed) | | Ful (bla miżwed) | | Piżelli (bil-miżwed) | | Piżelli (bla miżwed) | | Oħrajn | | (vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) Asparagus | | Karduni | | Krafes | | Bużbież | | Qaqoċċ | | Kurrat | | Rabarbru | | Oħrajn | | (viii)FAQQIEGĦ (fungi) (a)Faqqiegħ ikkultivat | | (b)Faqqiegħ selvaġġ | | 3.Ħaxix ta' l-imwieżet | 0,05 | Fażola | | Għads | | Piżelli | | Oħrajn | | 4.Żrieragħ taż-żejt | 0,05 | Żerriegħa tal-kittien | | Karawett | | Żerriegħa tal-peprin | | Ġunġlien | | Żerriegħa tal-ġirasol | | Żerriegħa tal-lift (tar-rapa) | | Fażola tas-sojja | | Żerriegħa tal-mustarda | | Żerriegħa tal-qoton | | Oħrajn | | 5.Patata | 0,05 | Patata bikrija | | Patata mwaħħra | | 6.Tè (weraq u zkuk, imnixxfa, iffermentati jew xorta oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 | 7.Hops (imnixxef), inklużi l-boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 | --------------------------------------------------