Official Journal L 180 , 03/07/2001 P. 0026 - 0033
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/48/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 li temenda l-Annessi mad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix ta' l-ikel rispettivament. (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/39/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħaxix ta' l-ikel [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/39/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/47/KE [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha, Billi: (1) Is-sustanzi attivi ġodda, l-ażossistrobin u l-kresossim metil ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KEE [6] u 1999/1/KEE [7], rispettivament, għall-użu bħala funġiċidi biss, bla ma speċifikat il-kondizzjonijiet partikolari li għandhom impatt fuq il-prodotti li jistgħu jiġu ttrattati bil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn l-ingredjenti attivi. (2) Il-livelli massimi tal-fdalijiet ġewwa u fuq il-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KE u 90/642/KE ġew stabbiliti bid-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/71/KE [8] u 2000/48/KE [9] għall-fdalijiet ta’ l-ażossistrobin, u bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/58/KE [10] għall-fdalijiet tal-kresossim metil. (3) Fl-iffissar tal-livelli massimi msemmija, ġie rrikonoxxut illi dawn il-livelli għandhom jibqgħu taħt osservazzjoni u għandhom jinbidlu għalbiex iqisu t-tagħrif u l-informazzjoni l-ġodda. Id-Direttivi 1999/71/KE, 2000/48/KE u 2000/58/KE irrikonoxxew illi l-livelli nazzjonali massimi proviżorji tal-fdalijiet għaċ-ċereali, il-frott u l-ħaxix l-ieħor ta' l-ikel għandhom jiġu ffissati mill-Istati Membri bħala parti mill-awtorizzazzjoni tagħhom tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-ażossistrobin jew il-kresossim metil u għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. Sabiex tiġi ffaċilitata din l-eventwalità, uħud mil-livelli mdaħħla fid-Direttivi 1999/71/KE u 2000/48/KE u l-livelli kollha mdaħħla fid-Direttiva 2000/58/KE ġew stabbiliti fuq bażi proviżorju, sabiex jgħinu lill-Istati Membri li jikkonċedu aktar awtorizzazzjonijiet għal użi ġodda u sabiex jinnotifkaw lill-Kummissjoni skond il-proċedura deskritta bl-Artikolu msemmi. Dan l-Artikolu jipprovdi illi fejn jeżisti livell massimu Komunitarju tal-fdalijiet u fejn l-użu l-ġdid awtorizzat iwasslu għal livelli ogħla, l-Istat Membru awtorizzant għandu jistabbilixxi l-livell massimu nazzjonali tal-livelli tal-fdalijiet skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel tkun tista’ tingħata l-awtorizzazzjoni. (4) Sabiex jiġi żgurat illi l-konsumatur jiġi protett adegwatament milli jiġi espost għall-fdalijiet ġewwa jew fuq il-prodotti li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, ġie kkunsidrat prudenti, fl-adozzjoni tad-Direttivi 1999/71/KE, 2000/48/KE u 2000/58/KE, li jiġu stabbiliti l-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet f'livell iktar baxx ta' kif jiġu stabbiliti analitikament dawn il-prodotti. Kif jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju dawn il-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet huwa bla preġudizzju għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mill-Istati Membri għall-użi ta’ l-ażossistrobin u/jew il-kresossim metil fuq dawn il-prodotti skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. (5) Sabiex jiġi awtorizzat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri jridu japplikaw il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE waqt li jiġi evalwat, b’mod partikolari, dossier li jħares il-ħtiġiet ta’ l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE, issottomess mill-applikant għall-awtorizzazzjoni. It-taqsima 8 tal-Parti A ta' l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE teħtieġ illi l-applikanti jissottomettu ċertu tagħrif li jinkludi l-livelli massimi proposti għall-fdalijiet flimkien ma’ ġustifikazzjoni sħiħa u stimi ta’ l-espożizzjoni potenzjali u attwali permezz tad-dieta u mezzi oħra. It-taqsima 2.4.2 tal-Parti B u t-taqsima 2.5 tal-Parti Ċ ta' l-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE jeħtieġu illi l-Istati Membri jevalwaw it-tagħrif issottomess rigward l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali li jirriżulta mill-fdalijiet u l-impatt fuq l-ambjent u li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet li jiżguraw illi l-fdalijiet li jiġru jkunu jirriflettu l-kwantitajiet minimi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti meħtieġa għalbiex tinkiseb protezzjoni adegwata li tikkorrispondi mal-prattika t-tajba tal-biedja, applikata b’manjiera hekk illi l-fdalijiet waqt il-ħsad, il-qatla jew wara l-ħażna, kif approprjat, jitnaqqsu għall-minimu. (6) Ġiet ipprovduta informazzjoni ġdida dwar l-użi ta’ l-ażossistrobin fuq il-brunġiel, il-bżar, il-ħafur, il-ħopp, il-piżelli (friski jew niexfa) u għall-użu tal-kresossim metil fuq l-asparagu, il-frawli u l-frott irqiq u berries oħra. Din l-informazzjoni l-ġdida ġiet evalwata u huwa kkunsidrat approprjat illi jiġu rriveduti l-livelli massimi proviżorji tal-fdalijiet iffissati għal dawn il-prodotti fid-Direttivi 1999/71/KE, 2000/48/KE u 2000/58/KE. (7) Fl-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika ta’l-ażossistrobin ġiet iffinalizzata fit-22 ta’ April 1998 fil-format ta' rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ażossistrobin. F’dan ir-rapport tar-reviżjoni it-teħid aċċettabbli ta’ kuljum (TAK) ta’ l-ażossistrobin ġie ffissat għal 0,1 mg/kg bw/kuljum. (7) Fl-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-evalwazzjoni teknika u xjentifika tal-kresossim metil ġiet iffinalizzata fis-16 ta’ Ottubru 1998 fil-format ta' rapport tar-revizjoni tal-Kummissjoni għall-kresossim metil. F’dan ir-rapport tar-reviżjoni t-teħid aċċettabbli ta’ kuljum (TAK) tal-kresossim metil ġie ffissat għal 0,4 mg/kg bw/kuljum. L-espożizzjoni għal tul il-ħajja tal-konsumaturi għall-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bl-ażossistrobin jew bil-krezosossim metil ġiet stmata u kkalkolata skond il-proċeduri u l-prattiċi użati fil-Komunità Ewropea filwaqt li tqiesu l-linji ġwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [11] u ġie kkalkolat illi l-livelli massimi tal-fdalijiet iffissati b'din id-Direttiva ma joħolqux eċċessività ta’ dawn it-TAKijiet. (8) Ma ġewx innotati effetti tossiċi akuti li jeħtieġu li tiġi stabbilita doża akuta ta' referenza matul l-istima u d-diskussjoni li saru qabel ma l-ażossistrobin u l-kresossim metil ġew inklużi fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE. (9) Is-sieħba kummerċjali Komunitarji ġew ikkonsultati dwar il-livelli ddikjarati f’din id-Direttiva permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ġew ikkunsidrati l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli. Il-possibbiltà li jiġu ffissati l-livelli massimi tat-tolleranza fl-importazzjoni tal-fdalijiet fil-każ ta’ kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ pestiċidi/wċuħ tar-raba’ trid tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni aċċettabbli. (10) Ġew ikkunsidrati l-parir u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, b’mod partikolari fejn jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi dwar il-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bil-pestiċidi. (11) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE għandu jiġi miżjud id-dħul li ġej: "Il-Fdalijiet tal-pestiċida | Il-Livell Massimu f'mg/kg | L-Ażossistrobin | 0,3 il-Ħafur | Artikolu 2 Fl-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE il-kolonni intestati "l-ażossistrobin", u "l-kresossin metil" jiġu mibdula b’dawk iddikjarati fl-Anness ma’ din id-Direttiva. Artikolu 3 Id-disposizzjoni fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/42/KE fejn "Il-livell massimu għall-fdalijiet ta’ l-aċefat fuq il-ħawħ għandu jiġi stabbilit għal 0,02 (*) mg/kg" għandha tiġi applikata mill-Istati Membri mill-1 ta' Diċembru 2001. Artikolu 4 1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2002. Għandhom jgħarrfu b'dan minnufih lill-Kummissjoni. 3. Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Marzu 2002. 4. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 221, tas-7.08.86, p. 37. [2] ĠU L 148, ta’ l-1.06.01, p. 70. [3] ĠU L 350, ta’ l-14.12.90, p. 71. [4] ĠU L 230, tad-19.08.91, p. 1. [5] ĠU L 175, tat-28.06.01, p. 21. [6] ĠU L 191, tas-7.07.98, p. 50. [7] ĠU L 21, tat-28.01.99, p. 21. [8] ĠU L 194, tas-27.07.99, p. 36. [9] ĠU L 197, tat-3.08.00, p. 26. [10] ĠU L 244, tad-29.09.00, p. 78. [11] Il-Linji gwida sabiex jitbassar it-teħid djetetiku tal-fdalijiet tal-pestiċidi (irriveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta' l-Ikel b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar il-Fdalijiet tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). -------------------------------------------------- ANNESS Il-Gruppi u l-eżempji tal-prodotti individwali li għalihom japplikaw il-livelli massimi tal-fdalijiet | Il-fdalijiet tal-pestiċidi u l-livelli massimi tal-fdalijiet (mg/kg) | L-Ażossistrobin | Il-Kresossim metil | 1.Il-Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriservat fil-friża, li ma jkunx fih iz-zokkor, il-ġewż (i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,05 | 0,05 | Il-Grapefruit | | | Il-lumi | | | Il-Lime | | | Il-Mandolin (inklużi l-klementina u ibridi oħra) | | | Il-Larinġ | | | Il-Pomelos | | | Oħrajn | | | (ii)IL-ĠEWŻ TAS-SIĠAR (imqaxxar jew bil-qoxra) | 0,1 | 0,1 | Il-Lewż | | | Il-Brazil nuts | | | Il-ġewż Cashews | | | Il-Qastan | | | Il-Ġewż ta' l-Indi | | | Il-Ġellewż | | | Il-Ġewż Macadamia | | | Il-Pecan | | | Iż-Żerriegħa tal-prinjol | | | Il-Pistaċċi | | | Il-Ġewż | | | Oħrajn | | | (iii)IT-TUFFIEĦ | 0,05 | 0,2 | It-Tuffieħ ta' belludja | | | Il-Lanġas | | | Il-Quince | | | Oħrajn | | | (iv)FROTT TA' L-GĦADMA | 0,05 | 0,05 | Il-Berquq | | | Iċ-Ċirasa | | | Il-Ħawħ (inklużi n-nektarin u ibridi simili) | | | Il-Għajnbaqar | | | Oħrajn | | | (v)IL-BERRIES U L-FROTT IRQIQ (a)Il-Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 2 | 1 | Il-Għeneb tal-mejda | | | Il-Għeneb ta' l-inbid | | | (b)Il-Frawli (minbarra s-selvaġġ) | 0,05 | 0,05 | (ċ)Il-Frott tal-Qasab (minbarra dak selvaġġ) | 0,05 | 0,05 | It-Tut | | | Id-Dewberries | | | Il-Loganberries | | | Iċ-Ċawsli | | | Oħrajn | | | (d)Frott irqieq ieħor u l-berries (mhux selvaġġi) | 0,05 | | Il-Bilberries | | | Il-Cranberries | | | Il-Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 1 | Il-Gooseberries | | 1 | Oħrajn | | 0,05 | (e)Il-Berries selvaġġi u l-frott selvaġġ | 0,05 | 0,05 | (vi)MIXXELLANJI L-Avocado | | | Il-Banana | 2 | | It-Tamal | | | It-Tin | | | Il-Kiwi | | | Il-Kumquat | | | Il-Litchi | | | Il-Mango | | | Iż-Żebbuġ | | 0,2 | Il-Passion Fruit | | | L-Ananas | | | Ir-Rummien | | | Oħrajn | 0,05 | 0,05 | 2.Il-Ħaxix ta' l-Ikel, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef (i)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TA' L-GĦERUQ U TUBERI | 0,05 | 0,05 | Il-Pitravi | | | Iz-Zfunnarija | | | Is-Celeriac | | | Il-Għerq mustarda | | | L-Qaqoċċ | | | Iz-Zfunnarija bajda | | | Il-Għerq tat-tursin | | | Ir-Ravanell | | | Is-Sassefrika | | | Il-Patata ħelwa | | | In-Nevew | | | Il-Ġidra | | | Il-yam | | | Oħrajn | | | (ii)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAL-BASLA | 0,05 | 0,05 | It-Tewm | | | Il-Basal | | | Ix-Xalott | | | Il-Basal aħdar (tar-Rebbiegħa) | | | Oħrajn | | | (iii)ĦAXIX TA' L-IKEL LI JAGĦTI L-FROTT (a)Is-Solanacea It-Tadam | 2 | 0,5 | Il-Bżar | 2 | 1 | Il-Brinġiel | 2 | 0,5 | Oħrajn | 0,05 | 0,05 | (b)Il-Kukurbit il-qoxra li tittiekel | 1 | 0,05 | Il-Ħjar | | | Il-Gherkin | | | Il-Qara' bagħli | | | Oħrajn | | | (ċ)Il-Kukurbit il-Qoxra li ma tittikilx | 0,5 | 0,2 | Il-Bettieħ | | | Il-Frott tal-ġenu Cucurbita | | | Id-Dulliegħ | | | Oħrajn | | | (d)Il-Qamħirrum ħelu | 0,05 | 0,05 | (iv)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL BRASSIKA | 0,05 | 0,05 | (a)Il-Brassika tal-fjuri Il-Brokkoli | | | Il-Pastard | | | Oħrajn | | | (b)Qalba tal-brassika Brussels sprouts | | | Qalba tal-kaboċċa | | | Oħrajn | | | (ċ)Il-Brassika tal-weraq Il-Kaboċċi ċiniżi | | | Il-Kale | | | Oħrajn | | | (d)Il-Ġidra | | | (v)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAL-WERQA U L-ĦWAWAR FRISKI | 0,05 | 0,05 | (a)Il-Ħass u simili Il-Krexxun | | | Il-Lamb's lettuce | | | Il-Ħass | | | L-iScarole | | | Oħrajn | | | (b)L-Ispinaċi u simili L-Ispinaċi | | | Il-Weraq tal-pitravi (chard) | | | Oħrajn | | | (ċ)Il-Watercress | | | (d)Il-Witloof | | | (e)Il-Ħwawar Il-Maxxita | | | Il-Kurrat selvaġġ | | | Tursin | | | Il-Weraq tal-krafes | | | Oħrajn | | | (vi)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL LEGUMINUŻI (friski) | | 0,05 | Il-Ful/Fażola (bil-miżwed) | | | Il-Ful/Fażola (bla miżwed) | | | Il-Piżelli (bil-miżwed) | 0,5 | | Il-Piżelli (bla miżwed) | 0,2 | | Oħrajn | 0,05 | | (vii)IL-ĦAXIX TA' L-IKEL TAZ-ZOKK (friski) | 0,05 | 0,05 | L-Asparagu | | | Il-Kardun | | | Il-Krafes | | | Bużbież | | | Il-Qaqoċċ | | | Il-Kurrat | | | Ir-Rabarbru | | | Oħrajn | | | (viii)IL-FUNĠI | 0,05 | 0,05 | (a)Il-Faqqiegħ ikkultivat | | | (b)Il-Faqqiegħ selvaġġ | | | 3.Iż-Żerriegħa tal-Ħaxix ta' l-Ikel bil-Miżwed | | 0,05 | Il-Ful/Fażola | | | L-Għazz | | | Il-Piżelli | 0,1 | | Oħrajn | 0,05 | | 4.Iż-Żerriegħa taż-żejt | 0,05 | 0,1 | Iż-Żerriegħa tal-Kittien | | | Il-Karawett | | | Iż-Żerriegħa tal-Peprin | | | Il-Ġunġlien | | | Żerriegħa tal-ġirasol | | | Iż-Żerriegħa tal-lift | | | Iż-Żerriegħa tas-soya | | | Iż-Żerriegħa tal-mustarda | | | Iż-Żerriegħa tal-qoton | | | Oħrajn | | | 5.Il-Patata | 0,05 | 0,05 | Il-Patata bikrija | | | Il-Patata li tinħażen | | | 6.It-Tè (il-weraq u z-zkuk, imnixxfa, iffermentati jew xorta oħra, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 | 0,1 | 7.Il-Ħopp (imnixxef) inklużi l-gerbub tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat | 20 | 0,1 | --------------------------------------------------