32001L0040



Official Journal L 149 , 02/06/2001 P. 0034 - 0036


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE

tat-28 ta' Mejju 2001

dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) It-Trattat jistabbilixxi illi l-Kunsill irid jadotta l-miżuri dwar il-politika ta' l-immigrazzjoni f'oqsma li jinkludu l-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza kif ukoll l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali.

(2) Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 afferma mill-ġdid ir-riżoluzzjoni tiegħu li joħloq żona ta' liberà, sigurtà u ġustizzja. Għal dan il-għan, politika kompuni Ewropea dwar l-asil u l-migrzzjoni għandha timmira kemm għat-trattament ġust taċ-ċittadini ta' pajjiż terz u ġestjoni aħjar tal-mixi tal-migrazzjoni.

(3) Il-ħtieġa li tiżi żgurata iktar effikaċja fl-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' l-espulsjoni u kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri tintitola r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjonijiet.

(4) Id-Deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz iridu jiġu adottati skond id-drittijiet fundamentali, kif issalvgwardati mill-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Dritttijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950, b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 8 tagħha u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra li għandha x'taqsam ma' l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 u kif jirriżultaw mill-pinċipji kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

(5) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-espulsjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, għar-raġuni ta' l-effetti ta' l-azzjoni prevista, jistgħu jkinkisbu aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx lil hemm minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(6) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea, ir-Renju Unit ta notifika bl-ittra tat-18 ta' Ottubru 2000 dwar ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(7) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti illi din id-Direttiva timmira li tibni fuq l-acquis tax-Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, id-Danimarka għandha tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan l-istrument jekk tridx tittrasponi din id-deċiżjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

(8) Rigward ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Direttiva tikkostitwixi żvilupp ta' l-acquis tax-Schengen fit-tifsira tal-ftehim konkluż fit-18 ta' Mejju 1999 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dwn iż-żewġ Stati. B'riżultat tal-proċeduri stabbiliti f'dan il-Ftehim, id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal dawn iż-żewġ Stati u fir-relazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ Stati u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li lilhom hija indirizzata din id-Direttiva,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 23 u l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kovenzjoni ta' Schengen", il-għan ta' din id-Direttiva huwa li jagħmel possibbli r-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar l-espulsjoni maħruġa minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "l-Istat Membru tal-ħruġ", kontra ċittadin ta' pajjiż terz preżenti ġewwa t-territorju ta' Stat Membru ieħor, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "l-Istat Membru ta' l-infurzar".

2. Kull deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 1 għandha tiġi implimentata skond il-leġislazzjoni applikannli ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-membri tal-familja ta' ċittadin ta' l-Unjoni li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,

(a) "ċittadin ta' pajjiż terz" għandha tfisser kull min huwa ċittadin ta' l-ebda wieħed mill-Istati Membri;

(b) "deċiżjoni dwar l-espulsjoni" għandha tfisser kull deċiżjoni li tordna espulzjoni meħuda minn awtorità amministrattiva kompetenti fi Stat Membru tal-ħruġ;

(ċ) "miżura ta' l-infurzar" għandha tfisser kull miżura meħuda mill-Istat Membru ta' l-infurzar bil-ħsieb li jimplimenta deċiżjoni wara espulsjoni.

Artikolu 3

1. L-espulsjoni riferita fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-każijiet li ġejjin:

(a) ċittadin ta' pajjiż terz huwa s-suġġett ta' deċiżjoni dwar l-espulsjoni msejsa fuq theddida gravi u preżenti għall-ordni pubbika jew dwar is-sigurtà u s-salvagward nazzjonali, meħuda fil-każijiet li ġejjin:

- il-kundanna ta' ċittadin ta' pajjiż terz mill-Istat Membru tal-ħruġ għal offiża kkastigata b'piena li tinvolvi iċ-ċaħda tal-libertà ta' mill-inqas sena,

- l-eżistenza ta' raġunijiet serji sabiex dak li jkun jemmen illi ċittadin ta' pajjiż terz ikkommetta offiżi gravi kriminali jew l-eżistanza ta' xiehda qawwija dwar il-ħsieb tiegħu li jikkommetti dawn l-offiżi ġewwa t-territorju ta' Stat Membru.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, jekk il-persuna interessata tkun fil-pussess ta' permess tar-residenza maħruġ mill-Istat Membru ta' l-infurzar, l-Istat ta' l-infurzar għandu jikkonsulta lill-Istat tal-ħruġ u lill-Istat li jkun ħareġ il-permess. L-eżistenza ta' deċiżjoni dwar l-espulsjoni meħuda skond dan il-punt għandha tippermetti li jiġi rtirat il-permess tar-residenza jekk dan ikun awtorizzat bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat li jkun ħareġ il-permess,

(b) ċittadin ta' pajjiż terz huwa s-suppett ta' deċiżjoni dwar l-espulsjoni msejsa fuq in-nuqqas tal-konformità mar-regoli nazzjonali dwar id-dħul jew ir-rsidenza tal-barranin.

Fiż-żewġ każijiet riferiti fil-(a) u fil-(b), id-deċiżjoni dwar l-espulsjoni ma tridx tkun ġiet irrevokata jew sospiża mill-Istat Membru tal-ħruġ.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva b'rigward mistħoqq għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

3. Din id-Direttiva għandha tiġi applikata mingħajr preġuidizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Istat Responsabbli mill-Eżaminazzjoni ta' l-Applikazzjonijiet għall-Asil Iddepożitati f'wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej u kull ftehim dwar ammissjoni mill-ġdid bejn l-Istati Membri.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ċ-ċittadin tal-pajjiż terz interessat jista', skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar, iressaq proċedimenti għal rimedju kontra kull miżura riferita fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali u l-informazzjon dwar is-sigurtà għandha tiġi żgurata skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali u dwar il-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni [3].

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 101 u 102 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, l-inkartamenti ta' l-informazzjoni personali għandhom jintużaw fil-kuntest ta' din id-Direttiva għall-għanijiet stabbiliti fiha biss.

Artikolu 6

L-awtoritajiet ta' l-Istat Membru tal-ħrup u ta' l-Istat Membru ta' l-infurar għandhom jużaw il-mezzi kollha approprjati għall-kooperazzjoni u għall-iskambju tat-tagħrif sabiex jimplimentaw din id-Direttiva.

L-Istat Membru tal-ħruġ għandu jipprovdi lill-Istat Membru ta' l-infurzar bid-dokumenti kollha meħtieġa sabiex tiġi ċċertifikata l-kapaċità ssoktata ta' l-infurzar tad-deċiżjoni permezz ta' l-iktar mezzi ta' ħeffa, meta approprjat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal Manwal tas-SIRENE.

L-Istat Membru ta' l-infurzar għandul-ewwel jeżamina s-sitwazzjoni tal-persuna interessata sabiex jiżgura illi la l-istrumenti internazzjonali rilevanti u lanqas ir-regoli nazzjonali li japplikaw ma jikkonfliġġu ma' l-infurzar tad-deċiżjoni dwar l-espulsjoni.

Wara li tiġi implimentata l-miżura ta' l-infurzar, l-Istat Membru ta' l-infurzar għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-ħruġ.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lil xulxin dwar kull żbilanċ finanzjarju li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta l-espulsjoni ma tkunx tista' tiġi effettwata għas-spejjeż taċ-ċittadin/i tal-pajjiż terz interessat.

Sabiex dan l-Artikolu jkollu s-setgħa li jiġi implimentat, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-kriterji u l-arranġamenti prattiċi approprjati qabel it-2 ta' Diċembru 2002. Dawn il-kriterji u arranġamenti prattiċi għandhom japplikaw ukoll sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mit-2 ta' Diċembru 2002. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Bodström

[1] ĠU C 243, ta' l-24.8.2000, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

--------------------------------------------------