32001L0007



Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0043 - 0043


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/7/KE

tad-29 ta' Jannar 2001

li taddatta għat-tielet darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta'l-Istati Membri dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2000/61/KE [2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE għandhom fihom l-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bit-triq, is-soltu magħrufa bħala "l-ADR" applikabbli mill-1 ta' Lulju 1999.

(2) L-ADR tiġi riveduta kull sentejn u għalhekk il-verżjoni emendata għandha tiġi fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2001 bi żmien tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2002, ħlief għall-merkanzija perikoluża tal-klassi 7 (il-materjal radjuattiv), li ż-żmien tranżitorju tagħha jintemm fil-31 ta' Diċembru 2001.

(3) Huwa għalhekk neċessarju li l-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE jiġu emendati.

(4) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE qegħdin jiġu emendati kif ġej:

1. L-Anness A qiegħed jinbidel ma' dan li ġej:

"

L-ANNESS A

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness A tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ADR) kif inhu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2001, "l-Istat Membru" għandu jitbiddel ma' "il-Parti Kontraenti"

NB:

It-test konsolidat tal-verżjoni ta' l-Anness A għall-ADR tas-sena 2001 ikun ippubblikat hekk kif ikun disponibbli t-test fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

"

2. L-Anness B qiegħed jitbiddel b'dan li ġej:

"

L-ANNESS B

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B tal-ADR kif inhu fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2001, "l-Istat Membru" għandu jitbiddel ma' "il-Parti Kontraenti"

NB:

It-test konsolidat tal-verżjoni ta' l-Anness B għall-ADR tas-sena 2001 ikun ippubblikat hekk kif ikun disponibbli t-test fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

"

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva dwar il-merkanzija perikoluża tal-klassi 7 sal-31 ta' Diċembru 2002. Dawn għandhom immedjatament javżaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom jew ikunu akkumpanjati minn referenza għal din id-Direttiva fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif din ir-referenza għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fis-settur irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta'Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7.

[2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 40.

--------------------------------------------------