32001L0005



Official Journal L 055 , 24/02/2001 P. 0059 - 0061


Id-Direttiva 2001/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta' Frar 2001

li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar addittivi ta' l-ikel awtorizzati biex jintużaw f'affarijiet ta' l-ikel maħsubin għall-konsum mill-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 5(3) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Jaġixxu f'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa [5] tistabbilixxi lista ta' additivi ta' l-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2) Kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam ta' addittivi ta' l-ikel minn meta saret l-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE.

(3) Id-Direttiva 95/2/KE għandha tiġi addatata sabiex tagħti kas ta' dawn l-iżviluppi.

(4) Addittivi ta' l-ikel jistgħu jiġu approvati sabiex jintużaw f'affarijiet ta' l-ikel biss jekk ikunu konformi mal-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 89/107/KEE.

(5) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/107/KEE, Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' addittiv ġdid ta' l-ikel għal perjodu ta' sentejn fit-territorju tiegħu.

(6) Bi qbil mat-talbiet minn Stati Membri, dawn l-addittivi li ġejjin awtorizzati b'mod nazzjonali għandhom jiġu approvati fuq livell tal-Komunità: propan, butan u iso-butan; dawn il-prodotti għandhom jiġu mmarkati fuq it-tikketta bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqmsu ma' aerosol dispensers [6].

(7) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, stabbilit taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/579/KE [7], kien ġie kkonsultat dwar l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika, bi qbil ma' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/107/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE huma b'dan il-mezz emendati kif ġej:

1. L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-addittiv li ġej għandu jiżdied fit-tabella:

"Idroġenu E 949 *"

(b) f'punt 3 tan-nota, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-test li jikkorrispondi mas-simbolu *:

"E 949"

2. fl-Anness IV

(a) dan li ġej għandu jiżdied mat-tielet u r-raba' kolonna tar-ringiela għal

"E 445: Esteri tal-gliċerina ta' rożini ta' l-injam"

:

| | "Xorb alkoħoliku mdardar bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 li jistabbilixxi regoli generali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoholiku | 100 mg/l |

| | Xorb alkoħoliku mdardar li fih inqas minn 15 % ta' alkohol bil-volum | 100 mg/l |

(b) Ir-ringieli li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"E 650 | Aċetat taż-żingu | Chewing gum | 1000 mg/kg |

E 943a | Butan | Sprej ta' żejt veġetali għat-twaġen (għal użu professjonali biss) Sprej ta' emulsjoni bbażat fuq l-ilma | quantum satis |

E 943b | Iso-butan |

E 944 | Propane" |

3. fl-Anness V l-ewwel ringiela għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"E 1520 | Propane-1,2-diol (propylene glycol) | Kuluri, emulsjonanti, anti-ossidanti u enżimi (massimu ta' 1 g/kg f'affarijiet ta' l-ikel)" |

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa l-24 ta' Awissu 2002, l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Frar 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

T. Östros

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1).

[2] ĠU C 21 E, tal-25.1.2000, p. 42 u ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 238.

[3] ĠU C 51, tat-23.2.2000, p. 27.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta'April 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 2000 (ĠU C 300, ta' l-20.10.2000, p. 45) u deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2001.

[5] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/72/KE (ĠU L 295, ta' l-4.11.1998, p. 18).

[6] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 40. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE (ĠU L 23, tat-28.1.1994, p. 28).

[7] ĠU L 237, tat-28.8.1997, p. 18.

--------------------------------------------------