32001F0888



Official Journal L 329 , 14/12/2001 P. 0003 - 0003


Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill

tas-6 ta' Diċembru 2001

li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA dwar l-protezzjoni li qed tikber minn penali krimini u sanzjonijiet oħra kontra l-falsifikazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-euro

(2001/888/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' l-Isvezja [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Kunsill adotta fid-29 ta' Mejju 2000 id-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA dwar l-protezzjoni li qed tikber minn penali krimini u sanzjonijiet oħra kontra l-falsifikazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-euro [2].

(2) Il-miżuri tad-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA għandhom ikunu supplimentati minn dispożizzjoni dwar ir-rikonoxximent ta' kundanni ta' qabel dwar l-offiżi riferuti f'dik id-Deċiżjoni Kwadru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġejjin għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA:

"L-Artikolu 9a

Rikonoxximent ta' kundanni ta' qabel

Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-prinċipju tar-rikonoxximent tal-kundanni ta' qabel taħt il-kondizzjonijiet fis-seħħ taħt il-liġi domestika tiegħu u, taħt dawk l-istess kondizzjonijiet, għandu jirrikonoxxi bil-għan li jistabbilixxi s-sentenzi abitwali finali tal-kriminalità li jingħataw fi Stat Membru ieħor għall-offiżi riferuti fl-Artikoli 3 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, jew l-offiżi riferuti fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, tkun xi tkun il-munita ffalsifikata."

Artikolu 2

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu din id-Deċiżjoni Kwadru sal-31 ta' Diċembru 2002.

2. Sal-31 ta' Diċembru 2002, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew it-test tad-dispożizzjonijiet li jġorru fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. Verwilghen

[1] ĠU C 225, ta' l-10.8.2001, p. 9.

[2] ĠU L 140, ta' l-14.6.2000, p. 1.

--------------------------------------------------