32001D1346



Official Journal L 185 , 06/07/2001 P. 0001 - 0036


Id-Deċiżjoni nru 1346/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Mejju 2001

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-portijiet fuq l-ibħra, il-portijiet fuq l-ibħra interni u t-terminals intermodali kif ukoll il-proġett Nru 8 fl-Anness III

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kommissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-13 ta' Marzu 2001,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji-guida Komunitarji għall-iżvilupp tax-xibka tal-komunikazzjoni għat-trasport trans-Ewropew [5] tikkostitwixxi qafas ġenerali ta' referenza li jkopri l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-imbottatura wiesgħa tal-miżuri kkontemplati kif ukoll il-proġetti ta' interess komuni fl-erja tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew.

(2) Il-punti ta' l-interkonnessjoni inklużi l-portijiet fuq l-ibħra aperti, il-portijiet fuq l-ibħra interni u t-terminali intermodali huma pre-kondizzjoni għall-integrazzjoni tal-modi differenti tat-trasport f'xibka tal-komunikazzjoni multimodali.

(3) Il-portijiet fuq l-ibħra aperti fix-xikba tal-komunikazzjoni trans-Ewropea huma kklassifikati f'kategoriji. Dawn huma definiti fuq il-bażi ta' kriterji kwantitativi jew il-lokazzjoni tagħhom f'reġjuni gżejjer, periferali jew 'l aktar il-barra. Dawk il-portijiet biss fl-ogħla kategorija skond il-volum tat-traffiku għandhom jintwerew, permezz ta' indikazzjoni, fuq il-mapep. Għandhom jiġu ddikjarati l-ispeċifikazzjonijiet li jrid jilħaq proġett għal port fuq il-baħar apert meqjus ta' interess komuni.

(4) Il-kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fuq l-ibħra interni għandhom jiġu ssupplimentati bi kriterji li jirrigwardaw jew in-natura tat-tagħmir tagħhom jew il-volum ta' traffiku u dawn il-portijiet iridu jintwerew, permezz ta' indikazzjoni, fuq il-mapep.

(5) Il-Kunsill Ewropew miżmum f'Dublin fl-1996 iddeċieda illi l-proġettt Nru 8 fil-lista mill-Kunsill Ewropew ta' Essen ta' l-1994 għandu jsir il-ħolqa multimodali Portugall/Spanja mal-bqija ta' l-Ewropa.

(6) Id-deċiżjoni Nru 1692/96/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Il-portijiet fuq l-ibħra interni għandhom jagħmlu parti mix-xibka tal-komunikazzjoni, b'mod partikolari bħala punti ta' interkonnessjoni bejn il-passaġġi fuq l-ilma interni riferiti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 14 u modi oħra tat-trasport."

(b) Għandu jiġi mdaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a. Ix-xibka tal-komunikazzjoni għandha tinkludi l-portijiet fuq l-ibħra interni

(a) miftuħa għat-traffiku kummerċjali,

(b) lokatia fuq ix-xibka tal-komunikazzjoni tat-toroq ta' l-ibħra interni kif murija fid-deskrizzjoni qasira fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I,

(ċ) interkonnessa ma' rotot oħra tat-trasport trans-Ewropew kif muri fl-Anness I u

(d) imgħammra bil-faċilitajiet tat-trasbord għat-trasport intermodali jew bi traffiku annwali ta' mill-inqas 500000 elf tunnellata metrika."

2. L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"L-Artikolu 12

Il-Karatteristiċi

1. Il-portijiet fuq l-ibħra għandhom jippermettu l-iżvilupp tat-trasport bil-baħar u għandhom jikkostitwixxu ħoloq tan-navigazzjoni għall-gżejjer u għall-postijiet ta' interkonnessjoni bejn it-trasport bil-baħar u modi oħra tat-trasport. Għandhom jipprovdu t-tagħmir u s-servizzi lill-operaturi tat-trasport. L-infrastruttura tagħhom għandha tipprovdi firxa ta' servizzi għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inklużi s-servizzi tal-laneċ u s-servizzi tat-trasport bil-baħar fuq distanzi qosra u fit-tul, inkluż it-trasport kostali, ġewwa l-Komunitàu bejn din ta' l-aħħar u l-pajjiżi mhux membri.

2. Il-portijiet fuq l-ibħra aperti inklużi f'din ix-xibka tal-komunikazzjoni għandhom jikkorispondu ma' waħda mill-kategoriji, A, B jew Ċ, definiti hawn taħt:

A. Il-portijiet internazzjonal fuq l-ibħra aperti: il-portijiet b'volum ta' traffiku totali annwali ta' mhux inqas minn 1,5 miljun tunnellata metrika ta' merkanzija jew 200000 passiġġier li, għajr f'każ ta' impossibilità, huma magħquda ma' l-elementi fuq l-art tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew u għalhekk għandhom parti maġġuri fit-trasport marittimu internazzjonali;

B. Il-portijiet tal-Komunità fuq l-ibħra aperti, mhux inklużi fil-kategorija A: dawn il-portijiet għandhom volum ta' traffiku totali annwali ta' mhux inqas min 0,5 miljun tunnellata metrika ta' merkanzija jew bejn il-100000 u l-199999 passiġġier, huma magħquda, għajr f'każ ta' impossibilità, bl-elementi ta' fuq it-terrafirma tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew u huma mgħammra bil-faċilitajiet meħtieġa tat-trasport għat-tbaħħir fuq distanza qasira;

Ċ. Il-portijiet reġjonali: dawn il-portijiet ma jilħqux il-kriterji tal-kategoriji A u B iżda huma lokati fir-reġjuni gżejjer, periferali jew l-iktar 'il barra, u jinterkonnettjaw dawn ir-reġjuni bil-baħar u/jew bil-għaqda tagħhom mar-reġjuni ċentrali tal-Komunità.

Il-portijiet fil-kategorija A fuq l-ibħra aperti għandhom jintwerew fuq il-mapep indikattivi fid-deskrizzjonijiet fil-qosor tal-pjani fit-Taqsima 5 ta' l-Anness I, fuq il-bażi ta' l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-portijiet.

3. B'żieda mal-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 7, il-proġetti tal-portijiet fuq l-ibħra aperti ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fuq l-ibħra aperti inklużi fix-xibka tal-komunikazzjoni trans-Ewropea tal-portijiet fuq l-ibħra aperti għandhom jikkonformaw mal-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness II."

3. L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 14

Il-Karatteristiċi

Ix-xibka tal-komunikazzjoni kkombinata tat-trasport trans-Ewropew għandha tikkonsisti minn:

- il-ferovviji u t-toroq ta' l-ibħra interni li huma addattati għat-trasport u t-trapost ikkombinat bil-baħar li, ikkombinati fejn xieraq ma' l-iqsar ġarr bit-triq tal-bidu u jew tat-tmiem, jippermettu t-trasport ta' l-oġġetti fuq distanza fit-tul,

- it-terminali intermodali mgħammra bi stallazzjonijiet li jippermettu t-trasbord bejn il-ferroviji, it-toroq ta' l-ibħra interni, ir-rotot tat-trasport bil-baħar u t-toroq fuq l-art,

- il-magni u l-vaguni tal-ferroviji xierqa, fuq bażi proviżorji, fejn il-karatteristiċi ta' l-infrastruttura, li għadhom mhux addattati, hekk jeħtieġu."

4. L-Artikolu 19 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 19

Il-Proġetti speċifiċi

L-Anness III fih, bħala indikazzjoni, il-proġetti identifikati fl-Annessi I u II u fid-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Deċiżjoni li għalihom il-Kunsilli Ewropej miżmuma f'Essen fl-1994 u f'Dublin fl-1996 attribwew importanza partikolari."

5. L-Anness I għandu jiġi emendat ġej:

(a) fil-kontenut

- it-Titolu tat-Taqsima 4 "Xibka tal-komunikazzjoni tat-toroq ta' l-ibħra interni" għandu jinbidel bi: "Xibka tal-komunikazzjoni tat-toroq ta' l-ibħra interni u tal-portijiet fuq l-ibħra interni",

- it-Taqsima 5 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"It-Taqsima 5: Il-Portijiet fuq l-ibħra aperti - Il-Kategorija A

5.0. L-Ewropa

5.1. Il-Baħar Baltiku

5.2. Il-Baħar tan-Nord

5.3. L-Oċean Atlantiku

5.4. Il-Baħar Mediterran — il-parti tal-Punent

5.5. Il-Baħar Mediterran — il-parti tal-Lvant",

- fit-Taqsima 7 "Xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport ikkombinat", għandu jitħassar il-punt 7.2;

(b) rigward il-mapep li jikkorispondu mat-Taqsimiet 4 u 5:

- il-mappa li turi t-Taqsima 4 għandha tiġi mibdula b'dawk l-annessi ma' din id-Deċiżjoni. Dawn il-mapep jiddentifikaw ukoll l-portijiet fuq l-ibħra interni li huma mgħammra b'faċiltajiet għat-trasbord għat-trasport ikkombinat u għandhom jiddaħħlu minflok il-mappa li turi l-punt 7.2,

- għandhom jiddaħħlu l-mapep li juru t-Taqsima 5 kif jidhru fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

6. L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-parti tat-Taqsima 4 li tirrigwarda l-portijiet fuq l-ibħra interni għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Il-Portijiet fuq l-ibħra interni

Il-proġetti ta' interess komuni jridu jkollhom x'jaqsmu biss ma' l-infrastruttura miftuħa għal kull utent fuq bażi mhux diskriminatorja.

B'żieda mal-proġetti li għandhom x'jaqsmu l-konnessjonijiet u l-portijiet fuq l-ibħra interni msemmija fl-Anness I, il-proġetti ta' interess komuni jridu jiġu meqjusa li jinkludu kull proġett dwar l-infrastruttura li jikkorispondi ma' wieħed jew iktar mill-kategoriji li ġejjin:

1. l-aċċess għall-port mit-toroq ta' l-ibħra;

2. l-infrastruttura tal-port ġewwa l-arja tal-port;

3. infrastrutturi oħra tat-trasport ġewwa l-arja tal-port;

4. infrastrutturi oħra tat-trasport li jgħaqqdu l-port ma' l-elementi l-oħra tax-xibka tal-komunikazzjoni trans-Ewropea.

Kull proġett li jirrigwarda x-xogħol li ġej irid jiġi meqjus li huwa ta' interess komuni: il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' l-elementi kollha tas-sistema tat-trasport ġeneralment miftuħa għall-utenti kollha tat-trasport fil-port u r-rabtiet max-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport nazzjonali jew internazzjonali; b'mod partikolari, dan jinkludi l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' l-art għal skopijiet kummerċjali u għanijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-port, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' konnessjonijiet bit-triq u bil-ferrovija, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, inklużi t-tneħħija tal-ħama, tar-rotot ta' l-aċċess u ta' erji tal-baħar fil-port, u l-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' l-għajnuniet tan-navigazzjoni u l-maniġġjar tat-traffiku, tas-sistemi tal-kommunikazzjoni u tat-tagħrif fil-port u dwar ir-rotot ta' l-aċċess."

(b) It-Taqsima 5 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"It-Taqsima 5

Il-Portijiet

1. Il-kondizzjonijiet komuni għal proġetti ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fuq il-baħar fix-xibka tal-komunikazzjoni

Il-proġetti ta' interess komuni jrid ikollhom x' jaqsmu biss ma' l-infrastruttura miftuħa għal kull utent fuq bażi mhux diskriminatorja.

Kull proġett li jirrigwarda x-xogħol li ġej irid jiġi meqjus bħala ta' interess komuni: il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' l-elementi kollha tas-sistema tat-trasport ġeneralment miftuħa għall-utenti kollha tat-trasport ġewwa l-port u tar-rabtiet max-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport nazzjonali jew internazzjonali; b'mod partikolari, dan jinkludi l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' l-art għal skopijiet kummerċjali u għanijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-port, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-konnessjonijiet bit-triq u bil-ferrovija, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, inkluż it-tneħħija tal-ħama, tar-rotot ta' l-aċċess u ż-żoni l-oħra tal-baħar fil-port, u l-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta' l-għajnuniet tan-navigazzjoni u l-maniġġjar tat-traffiku, is-sistemi tal-komunikazzjoni u tat-tagħrif fil-port u dwar ir-rotot ta' l-aċċess.

2. L-ispeċifikazzjonijiet għall-proġetti ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu max-xibka tal-komunikazzjoni tal-portijiet fuq l-ibħra aperti

Kull proġett li jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin irid jiġi meqjus bħala wieħed ta' interess komuni:

Speċifikazzjonijiet tal-proġett | Kategorija tal-port |

I.Il-Promozzjoni tat-trasport bil-baħar fuq distanza qasira

L-infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tat-toroq ta' l-ibħa aperti u l-ibħra interni fuq distanza qasira | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija A |

II.L-aċċess għall-portijiet

L-aċċess għall-portijiet bit-toroq fuq l-ibħra aperti jew ta' l-ibħra interni | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B |

L-aċċessibilità permanenti tal-portijiet fil-Baħar Baltiku li qegħdin f'latiduni approssimattiva ta' 60° fit-Tramuntana u lil hemm minnha, inklużi l-ispejjeż kapitali għat-tfarrik tas-silġ matul ix-xitwa | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A, B u Ċ |

Il-ħolqien jew it-titjib ta' l-aċċess għall-intern ta' l-art li jgħaqqdu l-port ma' l-elementi l-oħra tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-konnessjonijiet bil-ferrovija, bit-triq u bit-toroq ta' l-ibħra interni. | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija A |

L-iżvilupp ta' l-aċċess għall-intern ta' l-art eżistenti li jgħaqqad il-port ma' l-elementi l-oħra tax-xibka tal-komunikazzjoni tat-trasport trans-Ewropew permezz ta' konnessjonijiet bil-ferrovija, bit-triq u bit-toroq ta' l-ibħra interni. | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B |

III.L-infrastruttura tal-port ġewwa ż-żona tal-port

L-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' port biex iżżid l-effiċjenza intermodali | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A u B |

It-titjib fil-grad ta' l-infrastruttura tal-port, b'mod partikolari fil-portijiet fuq il-gżejjer u fir-reġjuni periferali u f'reġjuni l-aktar 'il barra | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategorija Ċ |

L-iżvilupp u l-istallazjoni tas-sistemi tal-maniġġjar u ta' l-informantika bħall-EDI (skambju ta' l-informazzjoni bl-elettronika) jew sistemi oħra tal-maniġġjar intelliġenti tat-traffiku tal-passiġieri u ta' l-oġġetti bl-użu ta' teknoloġiji integrati | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet f'kategoriji A, B u Ċ |

L-iżvilupp ta' l-istallazzjonijiet tal-portijiet għalbiex jiġi rċevut l-iskart | Il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet fil-kategoriji A, B u Ċ." |

(ċ) It-tieni u tielet inċiżi tat-Taqsima 7 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"— il-kostruzzjoni jew l-iżvilupp taċ-ċentri tat-trasferimenti bejn it-tipi tat-trasport intern, inkluż l-istabiliment tat-tagħmir tat-trasbord ġewwa t-terminali flimkien ma' l-infrastruttura korrispondenti,

— l-addattament ta' l-erji tal-port, li jagħmilha possibli li jiġi żviluppat jew imtejjeb it-trasport ikkombinat bejn it-trasport bil-baħar u bil-ferrovija, it-trasaport fl-ibħa interni jew bit-triq".

7. L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-Titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Il-Lista ta' l-14-il proġett addottati mill-Kunsilli Ewropej miżmuma f'Essen fl-1994 u f'Dublin fl-1996"

(b) L-intestatura 8 (

"Il-Motorway Lisbona - Valladolid"

) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"8. Il-għaqda multimodali Portugall/Spanja mal-bqija ta' l-Ewropa billi jiġu żviluppati l-konnessjonijiet bil-ferrovija, bit-triq, bil-baħar u bl-ajru fit-tliet kurituri Iberiċi li ġejjin:

- il-Galicia (A Coruña)/il-Portugall (Lisbona)

- Irún/il-Portugall (Valladolid-Lisbona)

- il-kuritur tal-Lbiċ(Lisbona-Sevilja)."

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU C 120, tat-18.4.1998, p. 14.

[2] ĠU C 214, ta' l-10.7.1998, p. 40.

[3] ĠU C 373, tat-2.12.1998, p. 20.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 1999 (ĠU C 175, tal-21.6.1999, p. 110), il-Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2000 (ĠU C 228, tad-9.8.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' April 2001.

[5] ĠU L 228, tad-9.9.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

IT-TAQSIMA 4

Ix-xibka tal-komunikazzjoni tal-portijiet fuq l-ibħra interni u l-portijiet fl-intern

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

IT-TAQSIMA 5

Portijiet — Kategorija A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Stqarrija tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni beħsiebha fir-reviżjoni li ġejja tad-Deċiżjoni 1692/96/KE tinkludi fil-proposta tagħha l-Elbe-Lübek Kanal u t-Twente-Mittellandkanal bħala parti mix-xibka tal-komunikazzjoni tat-toroq ta' l-ibħra interni.

--------------------------------------------------