Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0080 - 0080
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2001 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunità, u applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan fuq arranġamenti transizzjonali fil-qasam ta' aċċess għas-suq għall-prodotti ta' ħwejjeġ u tessuti (2001/935/KE) Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim bilaterali f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim fuq negozju ta' prodotti tessili mal-Pakistan. (2) Il-Ftehim f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim ġie inizjalat fil-15 ta' Ottubru 2001. (3) Il-Ftehim f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim għandu jiġi iffirmat f'isem il-Komunità. (4) Sabiex iħalli il-benefiċji tiegħu jiżdiedu għaż-żewġ partijiet immedjatament wara in-notifikazzjonijiet relevanti li ġejjin għal World Trade Organisation, huwa xieraq li dan il-Ftehim jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Diċembru 2001 li jissospiża il-kompletar tal-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, suġġetti għar-reċiproċità, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jinnomina il-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'forma ta' Memorandum bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan fuq arranġamenti transizzjonali fil-qasam ta' aċċess għas-suq għall-prodotti ta' ħwejjeġ u tessuti f'isem il-Komunità suġġetta għall-konklużjoni tagħha. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Suġġett għar-reċiproċità, il-Ftehim f'forma ta' Memorandum ta' Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Diċembru 2001 li jissospiża il-kompletar tal-proċeduri għall-konklużjonijiet formali tiegħu. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tapplika mill-ġdid il-livelli tal-kwota ta' dawk li diġa kienu applikabbli fl-avveniment tal-falliment minn naħa tal-Pakistan sabiex iżomm l-obligazzjonijiet trattati minn punti 2 u 4 tal-Memorandum ta' Ftehim skond il-proċedura irreferuta fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċertu prodotti tessili minn pajjiżi terzi [1]. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2001. F'isem il-Kunsill Il-President A. Neyts-uyttebroeck [1] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1809/2001 (ĠU L 252, ta' l-20.9.2001, p. 1). --------------------------------------------------