32001D0924



Official Journal L 339 , 21/12/2001 P. 0055 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta' Diċembru 2001

li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta'taħriġ għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika

(2001/924/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Meta addotta id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE [3], il-Kunsill stabbilixxa li d-Deċiżjoni għandha jkollha effett f'dawk l-Istati Membri li addottaw l-euro bħala munita unika.

(2) Madankollu, l-iskambju ta'informazzjoni u impjegati u l-għajnuna u l-miżuri ta'taħriġ li ġew implimentati skond il-programm għandhom ikunu uniformi f'kull parti tal-Kommunità u, għalhekk, għandhom jittieħdu passi biex l-euro tiġi garantita l-istess livell ta'protezzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn ma ġietx addottata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-applikazzjoni ta'l-Artikoli 1 sa 13 tad-Deċiżjoni 2001/923/KE għandha tiġi estiża lil dawk l-Istati Membri li m'addottawx l-euro bħala munita unika.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ser tibda tgħodd mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ser tibda tgħodd mill-1 ta'January 2002.

Maghmula fi Brussel, is-17 December 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU C 240 E, tat- 28.8.2001, p. 124.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Novembru 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail).

[3] Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------