32001D0839



Official Journal L 319 , 04/12/2001 P. 0045 - 0064


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta' novembru 2001

li tistabilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar annwali dwar l-istima tal-kwalità ta' l-arja fl-ambjent skond id-Direttivi tal-Kunsill 96/62/KE u 1999/30/KE

(notifikata skond id-dokument numru C (2001) 3405)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/839/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-amministrazzjoni tal-kwalità ta' l-arja fl-ambjent [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 96/62/KE tistabbilixxi il-qafas għall-istima u l-amministrazzjoni dwar il-kwalità ta' l-arja fl-ambjent.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 dwar il-limiti għall-valuri għad-dijossidju tal-kubrit, dijossidju tan-nitrogen u l-oxides tan-nitrogen, materji tal-partiċelli u ċomb fl-arja fl-ambjent [2] tippreskrivi limiti għall-valuri li għandhom jintlaħqu f'ċerta data fissa.

(3) Ir-rappurtar regolari mill-Istati Membri huwa element integrali ta' dik il-legislazzjoni.

(4) Numru ta' affarijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/62/KE, in konġunzjoni ma' l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 1999/30/KE, fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 999/30/KE għandhom jiġu rappurtati abbażi ta' kull sena.

(5) Skond id-Direttiva 1999/30/KE, d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar skond id-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE fuq il-limiti għall-valuri u gwidi għall-valuri tal-kwalità ta' l-arja għad-dijossidju tal-kubrit u l-partiċelli sospizi [3], id-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 dwar limitu għall-valur taċ-ċomb fl-arja [4] u d-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1982 dwar l-i standards tal-kwalità ta' l-arja għad-dijossidju tan-nitrogen [5] huma mħassra b'effett mid-19 ta' Lulju 2001, għalkemm il-limiti għall-valuri skond dawn id-Direttivi jibqgħu fis-seħħ sal-2005 għad-Direttivi 80/779/KEE u 82/884/KEE, u sal-2010 għad-Direttiva 85/203/KEE u r-rappurtar fejn dawn il-limiti għall-valuri jiġu skorruti jkompli skond l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 1999/30/KE.

(6) Sabiex jiġi assigurat li l-informazzjoni meħtieġa hija provduta fil-forma korretta, l-Istati Membri għandhom ikunu mitluba li jissottomettuha abbażi ta' kwestjonarju standardizzat.

(7) Billi l-miżuri provvduti f'din id-Deċiżjoni huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62 KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness bħala bażi sabiex jgħaddu l-informazzjoni li għandha tiġi provduta abbazi ta' kull sena skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/62/KE, in konġunzjoni ma' l-Annessi I, II, III, IV u V, u l-Artikoli 3, 5 u 9(6) tad-Direttiva 1999/30/KE.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

[2] ĠU L 163, tad-29.6.1999, p. 41.

[3] ĠU L 229, tat-30.8.1990, p. 30.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 15.

[5] ĠU L 87, tas-27.3.1985, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------