32001D0828



Official Journal L 308 , 27/11/2001 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Novembru 2001

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta’ ekwidi vaċċinati kontra d-Deni tal-Nil tal-Punent

(notifikata permezz ta’ dokument numru C(2001) 3709)

(Test b’relevanza ŻEE)

(2001/828/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-moviment u l-importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/298/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2)(a) u l-Artikolu 19(i) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/EEC [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/619/KE [4], stabbilixxiet il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/619/KE, esiġiet il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja għall-importazjoni ta’ l-ekwidej irreġistrati u ekwidej għat-tnissil u l-produzjoni.

(3) L-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu irreġistraw każi tad-Deni tanNil tal-Punent f’ ekwidej matul l-aħħar sentejn. Reċentament, it-tilqima formalina-inattivata irċeviet approvazzjoni kondizzjonata mill-awtoritajiet kompetenti. Minħabba li l-ekwidej li ġew imlaqqma kontra l-infezzjoni tal-Virus tan-Nil tal-Punent ma jippreżentax riskju għas-saħħa ta’ l-annimal jew tal-publiku, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ l-ekwidej bħal dawn għandha tkun permissibbli, suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet.

(4) Sabiex ikunu permessi l-importazzjonijiet ta’ l-ekwidej imlaqqma kontra l-Virus tan-Nil tal-Punent minn pajjiżi inklużi fi Grupp ¬ tal-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali huwa meħtieġ li jkunu addattati l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali billi d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE ikunu emendati kif meħtieġ.

(5) Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADDOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Paragrafu ġdid huwa miżjud fl-Anness II (¬) (III) tad-Deċiżjoni 92/260/KEE:

+++++ TIFF +++++

Artikolu 2

Paragrafu ġdid huwa miżjud fl-Anness II (¬) (III) tad-Deċiżjoni 93/197/KEE:

+++++ TIFF +++++

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, 18.08.90, p. 42.

[2] ĠU L 102, 12.04.01, p. 63.

[3] ĠU L 130, 15.05.92, p. 67.

[4] ĠU L 215, 09.08.01, p. 55.

[5] ĠU L 86, 06.04.93, p. 16.

--------------------------------------------------