Official Journal L 308 , 27/11/2001 P. 0037 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2001 li temenda id-Deċiżjoni 97/365/KE dwar it-tħejjija ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam (notifikata bid-dokument nru C(2001) 3701) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2001/826/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KEE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu temporanju, ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti mis-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/4/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [3], tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam. (2) Għall-pajjiżi f'dik il-lista l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni ta' saħħa tal-annimal u dik veterinarja għall-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam ġew stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE [4]. (3) Listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta' prodotti ippreparati mil-laħam ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż ġew stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE [5]. (4) Il-Kummissjoni wettqet missjoni ta' spezzjoni fil-Litwanja ta' stabbilimenti li jipproduċu l-laħam u rrakkomandat l-approvazzjoni ta' ċerti stabbilimenti li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjoni ta' prodotti tal-laħam fil-Komunità, basta li kienu waslu ċerti garanziji mill-awtorità kompetenti tal-Litwanja. (5) Il-Kummissjoni rċeviet mill-Litwanja lista ta' stabbilimenti li jipproduċu l-laħam, b'garanziji li jilħqu bis-sħiħ il-ħtiġijiet xierqa tas-saħħa tal-Komunità u jekk stabbiliment ma jikkonformax ma' dan, l-attivitajiet tiegħu ta' esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea jiġu sospiżi. (6) Lista proviżorja ta' stabbilimenti li jipproduċu prodotti tal-laħam tista' tiġi stipulata rigward il-Litwanja. (7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 It-test ta' l-Anness ma' din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 97/365/KE. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. [2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21. [3] ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 39. [4] ĠU L 89, ta' l-4.4.1997, p. 32. [5] ĠU L 154, tat-12.6.1997, p. 41. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-LITWANJA 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 55-03 | 1.1. JSC "SKINJA" | Vezaiciai/Klaipeda | | 6 | 88-24 | JSC "VILKE" | Silgaliai/Taurage | | 6 | 61-01 | JSC "MAZEIKIU MESINE" | Mazeikiai/Telsiai | | 6 | --------------------------------------------------