32001D0753



Official Journal L 282 , 26/10/2001 P. 0077 - 0080


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Ottubru 2001

dwar kwestjonarju għal rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw

(innotifikata skond id-dokument numru K(2001) 3096)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/753/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2000/53/KE l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

(2) Ir-rapport għandu jkopri fid-dettal kemm l-inklużjoni tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha. Dan għandu jsir abbażi tal-kwestjonarju f'din id-Deċiżjoni.

(3) Il-miżuri mogħtija f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE [2],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE abbażi tal-kwestjonarju fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 34.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNESS

KWESTJONARJU

għar-rapport ta' l-Istati Membri dwar it-transpożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw

M'hemmx il-ħtieġa li tiġi rripetuta informazzjoni diġà mogħtija, iżda jekk jogħġbok indika fejn u meta dik l-informazzjoni kienet mogħtija.

1. Inklużjoni fil-Liġi Nazzjonali

1.1. Il-Kummissjoni ġiet mogħtija l-liġijiet nazzjonali u r-regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva 2000/53/KE fil-liġi nazzjonali? (Iva/Le)

1.1.1. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.1 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.1.2. Jekk ir-risposta għal 1.1 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.2. L-Istat Membru ttrasferixxa xi disposizzjoni elenkata fl-Artikolu 10(3) permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-settur ekonomiku interessat? (Iva/Le)

1.3. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.2 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.4. Kien hemm xi produttur u l-vetturi tiegħu li ġw eżentati mill-Artikoli 7(4), 8 u 9, bis-saħħa tal-possibbiltà ta' eżenzjoni permessa skond l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2000/53/KE? (Iva/Le)

1.4.1. Jekk ir-risposta għal 1.4 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.5. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1)? (Iva/Le)

1.5.1. Jekk ir-risposta għal 1.5 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.5.2. Jekk ir-risposta għal 1.5 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.6. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2)(a)? (Iva/Le)

1.6.1. Jekk ir-risposta għal 1.6 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.6.2. Jekk ir-risposta għal 1.6 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.7. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(1)? (Iva/Le)

1.7.1. Jekk ir-risposta għal 1.7 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.7.2. Jekk ir-risposta għal 1.7 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.8. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2)? (Iva/Le)

1.8.1. Jekk ir-risposta għal 1.8 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.8.2. Jekk ir-risposta għal 1.8 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.9. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(3)? (Iva/Le)

1.9.1. Jekk ir-risposta għal 1.9 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.9.2. Jekk ir-risposta għal 1.9 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.9.3. L-Istat Membru għamel użu mill-klawżola fl-Artikolu 5(3) li tippermetti lill-produtturi, dealers u kolletturi, għan-nom ta' xi faċilità ta' trattament awtorizzata, li joħorġu ċertifikati ta' distruzzjoni skond il-kundizzjonijiet speċifikati fihom? (Iva/Le)

1.9.3.1. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.9.3 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.9.4. L-Istat Membru għamel użu mill-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 5(3)? (Iva/Le)

1.9.5. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.9.4 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.9.6. Jekk ir-risposta għal 1.9.4 hi "Iva", il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa b'dan? (Iva/Le)

1.9.7. Jekk ir-risposta għal 1.9.6 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.10. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(4)? (Iva/Le)

1.10.1. Jekk ir-risposta għal 1.10 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inkluża informazzjoni dettaljata li tikkorrispondi għall-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 5(4).

1.10.2. Jekk ir-risposta għal 1.10 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.11. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(5)? (Iva/Le)

1.11.1. Jekk ir-risposta għal 1.11 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.11.2. Jekk ir-risposta għal 1.11 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.12. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(1)? (Iva/Le)

1.12.1. Jekk ir-risposta għal 1.12 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.12.2. Jekk ir-risposta għal 1.12 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.13. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2)? (Iva/Le)

1.13.1. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.13.2. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.13.3. Jekk ir-risposta għal 1.13 hi "Iva", ġiet applikata xi deroga skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6(2)? (Iva/Le)

1.13.4. Jekk ir-risposta għal 1.13.3 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.13.5. Jekk ir-risposta għal 1.13.3 hi "Iva", il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa b'dan? (Iva/Le)

1.13.6. Jekk ir-risposta għal 1.13.5 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.14. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)? (Iva/Le)

1.14.1. Jekk ir-risposta għal 1.14 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.14.2. Jekk ir-risposta għal 1.14 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.15. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(4)? (Iva/Le)

1.15.1. Jekk ir-risposta għal 1.15 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.15.2. Jekk ir-risposta għal 1.15 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.16. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(5)? (Iva/Le)

1.16.1. Jekk ir-risposta għal 1.16 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.16.2. Jekk ir-risposta għal 1.16 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.17. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 7(1)? (Iva/Le)

1.17.1. Jekk ir-risposta għal 1.17 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.17.2. Jekk ir-risposta għal 1.17 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.18. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 7(2)? (Iva/Le)

1.18.1. Jekk ir-risposta għal 1.18 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. B'mod partikolari, agħti d-dettalji dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklar u r-rati ta' rkupri stabbiliti għas-snin 2006 u 2015.

1.18.2. Jekk ir-risposta għal 1.18 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.18.3. Ġiet użata d-disposizzjoni li tinsab fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(2)(a)? Jekk ir-risposta hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.18.4. Jekk ir-risposta għall-mistoqsija 1.18.3 hi "Iva", il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra ġew infurmati skond din id-disposizzjoni? (Iva/Le) Jekk ir-risposta hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji. Jekk ir-risposta hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.19. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(1)? (Iva/Le)

1.19.1. Jekk ir-risposta għal 1.19 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.19.2. Jekk ir-risposta għal 1.19 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.20. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(3)? (Iva/Le)

1.20.1. Jekk ir-risposta għal 1.20 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.20.2. Jekk ir-risposta għal 1.20 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.21. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(4)? (Iva/Le)

1.21.1. Jekk ir-risposta għal 1.21 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.21.2. Jekk ir-risposta għal 1.21 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

1.22. Ittieħdu l-miżuri meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 9(2)? (Iva/Le)

1.22.1. Jekk ir-risposta għal 1.22 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

1.22.2. Jekk ir-risposta għal 1.22 hi "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

2. Implimentazzjoni tad-Direttiva

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata kull darba li rapport ta' implimentazzjoni jintbagħat lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata safejn tkun disponibbli, billi tkun ikkunsidrata meta jixraq il-ħtieġa li tkun protetta l-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali. Barra minn hekk, hu mifhum li l-fatt li l-informazzjoni għandha tingħata f'miżuri li jorbtu legalment kif jinsabu fid-Direttiva ma jaffettwax in-natura legali ta' dawk il-miżuri.

2.1. Ittieħdu miżuri ġodda skond l-Artikoli 4(1)(a) u(b)? (Iva/Le)

2.1.1. Jekk ir-risposta għal 2.1 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

2.2. Skond l-Artikolu 4(1)(ċ), jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni disponibbli dwar it-tipi u l-kwantitajiet tal-materjali riċiklati fil-vetturi u fil-prodotti l-oħra kif ukoll dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-materjali riċiklati.

2.3. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' vetturi miġbura u ttrasferiti lejn faċilitajiet awtorizzati ta' trattament f'kull sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza.

2.4. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' faċilitajiet ta' trattament awtorizzati jew irreġistrati skond l-Artikolu 6.

2.5. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' vetturi li m’ għadhomx jintużaw mgħoddija lil faċilitajiet ta' trattament awtorizzati u li m'għandħom l-ebda valur jew valur negattiv fis-suq. Jekk jogħġbok agħti d-dettalji dwar il-valur negattiv medju ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw.

2.6. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' stabbilimenti jew impriżi ta' trattament li introduċew sistemi ta' mmaniġġjar ambjentali attestati.

2.7. Ittieħdu miżuri ġodda skond l-Artikolu 7(1)? (Iva/Le)

2.7.1. Jekk ir-risposta għal 2.7 hi "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

2.8. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar ir-rati ta' użu mill-ġdid, riċiklar jew irkupru milħuqa f'kull sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza, skond l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2).

2.9. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar l-iżmuntar, il-ħażna u t-testjar magħmula disponibbli mill-produtturi u l-manifatturi ta' komponenti bis-saħħa ta' l-Artikoli 8(3) u 8(4).

2.10. Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni, skond l-Artikolu 9(1) dwar, jekk ikun il-każ, bidliet possibbli fl-istruttura tat-trattament tal-vetturi bil-mutur u tal-kollezzjoni, l-iżmuntar, shredding, l-irkupru u l-industriji ta' riċiklar, Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari jekk xi tgħawwiġ ta' kompetizzjoni bejn jew ġewwa l-Istati Membri ġiex identifikat.

--------------------------------------------------