Official Journal L 278 , 23/10/2001 P. 0032 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2001 li temenda d-Deċiżjoni 95/340/KE li tistabilixxi lista proviżorja ta’ pajjiżi mhux membri li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ħalib u prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib (notifikata bid-dokument numru K(2001) 3125) (Test b’rilevanza għall-ŻEE) (2001/743/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta’ ħalib mhux proċessat, ħalib proċessat bis-sħana u prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib [1], skond l-aħħar emendi permezz tat-Trattat tas-Sħubija ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) u (3) tiegħu, Billi: (1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/340/KE [3], skond l-aħħar emendi permezz tad-Deċiżjoni 96/584/KE [4], tistabbilixxi lista provviżorja ta’ pajjiżi mhux membri li mingħandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-ħalib u l-prodotti li l-bażi tagħhom hu l-ħalib. (2) Wara li faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Urugwaj hu meħtieġ, sabiex tkun assigurata l-protezzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità, li tkun formalment sospiża l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet mill-Urugwaj, tal-ħalib mhux proċessat u prodotti tal-ħalib, u ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu ġew proċessati permezz ta’ pasturizzazzjoni waħda. (3) Wara li faqqgħet il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-Arġentina hu wkoll meħtieġ li tkun formalment sospiża l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet mill-parti tan-nofsinhar tal-pajjiż li kienet ġiet diġa approvata, tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu ġew proċessati permezz ta’ pasturizzazzjoni waħda. (4) L-awtoritajiet kompetenti tal-Mawritanja talbu l-awtorizzazzjoni għal ċertu ħalib u prodotti tal-ħalib li jkunu impurtati ġewwa l-Komunità, u, wara li kien hemm missjoni mill-Komunità, jidher li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali hi tali li l-Mawritanja tista’ tkun elenkata għal ċertu ħalib trattat u prodotti tal-ħalib, meta wieħed jikkunsidra li pjan residwu jkun maqbul, u għandu jkun hemm l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti, qabel jistgħu jseħħu l-importazzjonijiet. (5) Hu opportun li jkunu kjarifikati l-intestaturi tal-kolonni fl-Anness. (6) Hu meħtieġ li tkun emendata d-Deċiżjoni 95/340/KE fejn xieraq. (7) Din id-Deċiżjoni ser tkun riveduta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-mard ta’ l-annimali fil-pajjiżi ikkonsidrati. (8) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE hu mibdul bl-Anness tad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. [2] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 33. [3] ĠU L 200, ta’ l-24.8.1995, p. 38. [4] ĠU L 255, tad-9.10.1996, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS Lista ta' pajjiæi mhux membri approvati fil-prinċipju u l-importazzjoni għandhom jaderixxu mar-rekwiæiti tas-saħħa ta'l-annimali u s-saħħa pubblika Kodiċi ISO tal-pajjiż mhux membru | Pajjiż mhux membru | Parti A (L-Artikolu 1 ħalib mhux proċessat/prodott) | Parti B (L-Artikolu 2 trattament singlu pasturizzazzjoni | Parti Ċ (L-Artikolu 3 trattament aktar minn singlu pasturizzazzjoni) | AD | l-Andorra | + | + | + | AL | l-Albanija | 0 | 0 | + | AR | l-Arġentina | 0 | 0 | + | AU | l-Awstralja | 0 | + | + | BG | il-Bulgarija | 0 | + | + | BR | il-Brażil | 0 | 0 | + | BW | il-Botswana | 0 | 0 | + | BY | il-Belaruss | + | 0 | + | BZ | Beliż | 0 | 0 | + | BH | il-Bosnja-Herżegovina | 0 | 0 | + | CA | il-Kanada | + | + | + | CH | l-Isvizzera | + | + | + | CL | iċ-Ċile | + | + | + | CN | ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0 | 0 | + | CO | il-Kolumbja | 0 | 0 | + | CR | il-Kosta Rika | 0 | 0 | + | CU | Kuba | 0 | 0 | + | CY | Ċipru | + | + | + | CZ | ir-Repubblika Ċeka | + | + | + | DZ | l-Alġerija | 0 | 0 | + | EE | l-Estonja | 0 | + | + | ET | l-Etjopja | 0 | 0 | + | GL | Groenlandja | 0 | + | + | GT | il-Gwatemala | 0 | 0 | + | HK | Hong Kong | 0 | 0 | + | HN | il-Ħonduras | 0 | 0 | + | HR | il-Kroazja | 0 | + | + | HU | l-Ungerija | + | + | + | IL | l-Iżrael | 0 | 0 | + | IN | l-Indja | 0 | 0 | + | IS | l-Islanda | + | + | + | KE | il-Kenja | 0 | 0 | + | LI 0 | il-Lituwanja | 0 | + | + | LV | il-Latvja | 0 | + | + | MA | il-Marokk | 0 | 0 | + | MG | il-Madagaskar | 0 | 0 | + | MK | Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 0 | + | + | MR | il-Mawritanja | 0 | 0 | + | MT | Malta | + | + | + | MU | il-Mawrizju | 0 | 0 | + | MX | il-Messiku | 0 | 0 | + | NA | in-Namibja | 0 | 0 | + | NI | in-Nikaragwa | 0 | 0 | + | NZ | in-New Zealand | + | + | + | PA | il-Panama | 0 | 0 | + | PL | il-Polonja | + | + | + | PY | il-Paragwaj | 0 | 0 | + | RO | ir-Rumanija | 0 | + | + | RU | ir-Russja | 0 | 0 | + | SG | Singapor | 0 | 0 | + | SK | ir-Repubblika Slovakka | + | + | + | SL | l-Islovenja | + | + | + | SU | El Salvador | 0 | 0 | + | SZ | l-Isważiland | 0 | 0 | + | TH | it-Tajlandja | 0 | 0 | + | TN | it-Tuniżja | 0 | 0 | + | TR | It-Turkija | 0 | 0 | + | UA | l-Ukrajna | 0 | 0 | + | US | l-Istati Uniti ta' l-Amerika | + | + | + | UY | l-Urugwaj | 0 | 0 | + | ZA | l-Afrika t'Isfel | 0 | 0 | + | ZW | iż-Żimbabwe | 0 | 0 | + | --------------------------------------------------