32001D0677



Official Journal L 237 , 06/09/2001 P. 0005 - 0015


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-10 ta' Awissu 2001

fuq format ta' rapportaġġ għat-tlestija mill-Istati Membri skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 1999/94/KE

(notifikat taħt id-dokument numru K(2001) 1883)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/677/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' informazzjoni għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emmissjonijiet tas-CO2 b'rispett mal-promozzjoni fis-suq ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2003 rapport fuq l-effettività tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE, li jkopru l-perjodu mit-18 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002.

(2) Il-format ta' dan ir-rapport għandu jkun stabbilit mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2001.

(3) Il-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/94/KE.

(4) It-tweġibiet għall-mistoqsijiet fil-format tar-rapportaġġ għandhom ikunu bbażati fuq data u informazzjoni nazzjonali miġbura, bl-użu ta' metodoloġiji nazzjonali xierqa, u għandhom ikunu komprensivi kemm jista jkun,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-rapporti tagħhom meħtieġa mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 1999/94/KE lill-Kummissjoni skond il-format stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS

Format tar-rapportaġġ għat-tlestija mill-Istati Membri skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 1999/94/KE

GLOSSARJU

Id-definizzjonijiet segwenti huma inklużi bħala gwida għall-interpretazzjoni għall-iskopijiet ta' dan ir-rapport biss.

Sistema ta' klassifikazzjoni għal vetturi: sistema għal klassifikazzjoni ta' karozzi, per eżempju, skond it-tip tagħhom jew il-klassi tas-suq (per eżempju tal-familja, mini, kompatta, saloon, vettura għall-utlità ta' l-isports jew parametri oħra).

Konsumatur kummerċjali: entità kummerċjali jew individwu privat li jħallas għall-kiri jew xiri tal-vettura, li se tintuża l-aktar għal raġunijiet ta' negozju.

Bejjiegħ: persuna li tirrapreżenta lin-negozju li permezz tagħha l-konsumatur jixtri jew jikri l-vettura.

Negozju: l-entità kummerċjali minn fejn il-konsumatur jixtri jew jikri l-vettura.

Multi-franchise: negozju li jbiegħ aktar minn franchise waħda (jiġifieri jbiegħ karozzi ta' iktar minn manifattur wieħed).

Punt ta' bejgħ: lokalità, bħal ħanut tal-karozzi jew biċċa art miftuħa intiża għall-bejgħ tal-karozzi, fejn karozzi ġodda tal-passiġġiera huma murija jew offruti għall-bejgħ jew għall-kera lil konsumaturi potenzjali. Fieri kummerċjali fejn karozzi ġodda tal-passiġġiera huma ppreżentati lill-pubbliku huma inklużi f'din id-definizzjoni.

Konsumatur privat: individwu privat li jħallas għall-kera jew għax-xiri ta' vettura li ma tintużax għal raġunijiet ta' negozju.

Single franchise: negozju li jbiegħ franchise waħda (jiġifieri jbiegħ karozzi minn manifattur wieħed).

(M) Mandatorju

(F) Fakoltattiv

A. DETTALJI TA' ISTITUZZJONI (JIET) LI JISSOTTOMETTU RAPPORT [1]

KOLLHA MANDATORJI

1. Isem tal-persuna li qed timla l-formola:

2. Titolu uffiċċjali tal-persuna li qed timla l-formola:

3. Isem ta' l-organizazzjoni u tad-dipartiment ta' l-organizazzjoni:

4. Tip ta' organizazzjoni:

5. Indirizz:

6. Telefon internazzjonali:

7. Telefax internazzjonali:

8. E-Mail:

9. L-istituzzjoni ġiet innominata skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva?

B. KUNTEST TA' L-IMPLIMENTAZZJONI

1. Ipprovdi dettalji ta' regolament jew arranġamenti tas-suq li jew għandhom effett fuq l-għażla ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri jew li jistgħu jinfluenzaw b'mod ieħor ir-risposta ta' l-informazzjoni speċifikata mid-Direttiva. (M)

1.1. Jekk jogħġbok speċifika kull politika relatata mal-karozzi tal-passiġġieri jew relatata ma' l-ekonomija tal-karburant li huma applikati fl-Istat Membru tiegħek. Jekk jogħġbok agħti dettalji ta' dawn il-politiki u kif huma jiġu applikati. Speċifika b'mod ċar jekk u kif xi miżuri ekonomiċi minn dawn ivarjaw fl-applikazzjoni bejn il-kera jew ix-xiri ta' karozza(i) ġodda tal-passiġġieri minn organizazzjonijiet kummerċjali u konsumaturi privati (per eżempju ħelsien mit-taxxa għal karozzi ta' kumpanija). (M)

1.2. Hemm xi politiki ekonomiċi deskritti fir-risposta tal-mistoqsija 1.1 marbutin mat-tabella, gwida jew kartellun? Jekk hemm, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (M)

1.3. Hemm xi regolamenti tal-gvern jew arranġamenti tas-suq relatati mal-karozzi tal-passiġġiera, ma' dawk ta' hawn fuq, li jistgħu jinfluenzaw l-għażla ta' karozzi ġodda tal-passiġġiera jew jinfluenzaw ir-risposta ta' l-informazzjoni speċifikata f'din id-Direttiva? Jekk hemm, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (M)

1.4. Int konxju ta' xi arranġamenti tas-suq mhux tal-gvern relatati mal-karozzi tal-passiġġiera, ma' dawk ta' hawn fuq, li jistgħu jinfluenzaw l-għażla ta' karozzi ġodda tal-passiġġiera jew jinfluenzaw ir-risposta ta' l-informazzjoni speċifikata b'din id-Direttiva? Jekk hemm, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (M)

2. Dettalji ta' inizjattivi ta' l-informazzjoni li saru qabel jew li jikkonċidu biex iqajmu l-għarfien pubbliku fuq kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant ta' vetturi. (M)

2.1. Jekk jogħġbok agħti dettalji ta' xi inizjattivi jew programmi li ġew introdotti, qabel id-disposizzjonijiet tad-Direttiva ġew inforzati fl-Istat Membru tiegħek, sabiex ikabbru l-għarfien ta' kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant fost sewwieqa (per eżempju skema ta' tabelli fuq l-ekonomija tal-karburant, kampanja televiżiva u radjofonika). (M)

2.1.1. Għal programmi introdotti bħal dawn, speċifika jekk jogħġbok, il-perijodu taż-żmien fuq liema dawn l-inizjattivi jew programmi kienu applikati. (M)

2.1.2. Għal programmi introdotti bħal dawn, jekk jogħġbok ikteb fil-qosor fuq jekk dawn l-inizjattivi tqiesux li kellhom impatt u l-konklużjonijiet li setgħu wasslu biex dawn l-inizjattivi kellhom jew ma kellhomx impatt (ara fuq). Alternattivament, kull rapport ta' l-evalwazzjoni li ġie prodott, li jissodisfa dawn it-talbiet għall-informazzjoni imsemmija hawn fuq, jista' jkun sottomess. (M)

2.2. Kien hemm xi "għodda" ta' informazzjoni addizzjonali li ntużaw sabiex jikkomplementaw id-disposizzjonijiet speċifikati mid-Direttiva 1999/94/KE (per eżempju kampanji tat-televiżjoni, tar-radju jew tal-gazzetti; ġranet biex ikabbru l-għarfien, konferenzi)? Għal kull għodda li ntużat jekk jogħġbok speċifika t-tip ta' għodda użata, il-mezz ta' komunikazzjoni użat, it-tul taż-żmien ta' l-applikazzjoni, stima ta' l-ispejjeż u stima tan-numru ta' nies li ntlaħqu. (M)

3. Agħti deskrizzjoni fil-qosor ta' l-istruttura tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri. (M)

3.1. In-numru ta' negozji reġistrati fl-Istat Membru. (M)

3.2. Il-perċentwali ta' negozji li huma indipendenti (jiġifieri mhumiex ta' xi manifattur) u mhux indipendenti (jiġifieri ta' xi manifattur). (M)

3.3. Il-perċentwali ta' negozji li huma single-franchise u l-perċentwali ta' negozji li huma Multi-franchise. (M)

3.4. Il-perċentwali ta' karozzi ġodda li huma reġistrati (mixtrija jew mikrija) minn konsumaturi privati. (F)

3.5. Il-perċentwali ta' karozzi ġodda li huma reġistrati (mixtrija jew mikrija) minn konsumaturi kummerċjali. (F)

Ċ. STIMA TA' L-EFFETTIVITÀ TAD-DISPOSIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHOM

1. Għamilt studji rigward l-effettività tad-Direttiva 1999/94KE rigward xi tnaqqis ta' l-emissjonijiet totali tal-CO2 jew l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri? Jekk jogħġbok issottometti r-riżultati u d-dettalji ta' l-istudji. (F)

2. Għamilt xi studji li jikkonċernaw l-ispejjeż u l-benefiċċji marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, (per eżempju għal bejjiegħa, għall-gvern jew għal manifatturi tal-karozzi) rigward il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gwida, tabella u kartelluni? (F)

2.1. Jekk jogħġbok issottometti r-riżultat ta' l-istimi ta' l-ispejjeż jew l-analiżi tal-benefiċċju u ta' l-ispejjeż u għid b'mod ċar l-assunzjonijiet u l-metodoloġiji użati. L-istimi ta' l-ispejjeż għandhom ikunu strettament addizzjonali ma' dak li kien jintefaq fin-nuqqas tad-Direttiva. (F)

2.2. L-entitajiet kollha jikkonsidraw l-ispejjeż bħala aċċettabbli? Jekk le, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (F)

2.3. Kif hu maħsub li jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż, jekk jistgħu? (F)

3. Evalwazzjoni ta' l-effettività tad-Direttiva rigward l-informazzjoni lill-konsumaturi u l-influenza fuq il-konsumaturi. (M)

Metodi ta' stima

3.1. L-Istat Membru tiegħek għamel stima ta' l-għarfien tal-konsumatur fuq kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant qabel l-inforzar tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok isottometti r-riżultati, il-konklużjonijiet li waslu għalihom, dettalji tal-metodi ta' stima użati u l-livelli stmati tal-preċiżjoni. Jekk l-istħarriġ sar, jekk jogħġbok agħti d-dettalji inklużi n-numri mistħarrġa, stimi tal-preċiżjoni u stimi ta' rappreżentazzjoni. Jekk jogħġbok semmi l-perijodu taż-żmien meta seħħew l-istimi. (M)

3.2. Għamilt testijiet tal-forom differenti tal-gwida, tabella jew kartellun skond kondizzjonijiet prattiċi? Jekk iva jekk jogħġbok irraporta d-dettalji u l-metodi u l-kondizzjonijiet tat-testijiet kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet. (M)

3.3. L-Istat Membru tiegħek għamel stima ta' l-effettività tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva (jiġifieri it-tabella, il-gwida, il-kartellun u l-materjal promozzjonali) bl-iskop li jagħti lill-konsumatur il-possibilità li jagħmel għażla nformata? L-Istat Membru tiegħek għamel stima tal-perċezzjoni tal-konsumatur u r-risposta ta' l-informazzjoni fuq l-ekonomija tal-karburant provdut bid-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji ta' xi stimi li saru, u l-metodi użati u l-livelli ta' stima tal-preċiżjoni. Jekk l-istħarriġ sar, jekk jogħġbok agħti d-dettalji inklużi n-numri mistħarrġa, stimi tal-preċiżjoni u stimi ta' rappreżentazzjoni. Jekk jogħġbok semmi l-perjodu taż-żmien meta seħħew l-istimi. (M)

Għarfien u fehma tal-konsumatur fuq kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant

3.4. Kemm huma żvilluppati l-għarfien u l-fehma tal-konsumatur fuq kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant? (F)

3.4.1. Kif iqisu l-fatturi varji li jistgħu jkunu kkunsidrati l-konsumaturi privati u kummerċjali, inkluż l-ekonomija tal-karburant, meta jagħżlu karozza ġdida biex jikru jew jixtru? (F)

3.4.2. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati jew kummerċjali li d-differenzi fil-konsum tal-karburant bejn karozzi ta' l-istess daqs tista' tkun? (F)

3.4.3. Kif tvarja, skond l-użu maħsub tal-karozza, is-sewwieq, l-fatturi ekonomiċi l-oħra minbarra l-ispejjeż tal-karburant, il-politika ambjentali ta' l-organizazzjoni jew kwalunkwe fattur importanti ieħor, l-importanza li l-konsumaturi kummerċjali jagħtu lill-ekonomija tal-karburant? (F)

3.4.4. Kemm huma konxji l-konsumaturi privati u kummerċjali tal-kwistjonijiet taż-żjieda fit-temperatura dinjija u tibdiliet fil-klima u r-rabta tagħhom ma' l-użu tal-karburant (karburanti fossili)? (F)

3.4.5. Kif ivarja l-għarfien u l-fehma tal-konsumatur fuq kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburnat skond il-klassi soċjo-ekonomika tal-konsumatur, l-età tal-konsumatur, is-sess tal-konsumatur, l-importanza li l-konsumatur jagħti lill-ispejjeż tal-karburant u taxxi tal-vettura u fatturi kollha li huma maħsuba li huma ta' interess? (F)

3.4.6. Skond il-bejjiegħa, kemm hija ta' priorità l-ekonomija tal-karburant għal konsumaturi privati u kummerċjali? (F)

3.4.7. Skond il-bejjiegħa, kemm jistaqsu ta' spiss il-konsumaturi privati jew kummerċjali fuq l-ekonomija tal-karburant? (F)

L-attitudni tal-konsumatur lejn is-sorsi ta' l-informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant

3.5. Kif jikkunsidraw is-sorsi ta' l-informazzjoni ta' l-ekonomja tal-karburant il-konsumaturi privati u kummerċjali? (F)

3.5.1. Liema sorsi ta' informazzjoni l-konsumaturi privati u kummerċjali jaħsbu li huma importanti meta jagħżlu karozza tal-passiġġier ġdida għax-xiri jew kera, inklużi is-sorsi ta' l-informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant kif provdut bid-Direttiva? (F)

3.5.2. Kemm kien faċli għal konsumaturi privati u kummerċjali li jakkwistaw id-data dwar l-ekonomija tal-karburant u li jqabblu l-ekonomija tal-karburant ta' karozzi different? (F)

3.5.3. Kemm kien faċli għal konsumaturi privati u kummerċjali biex jakkwistaw id-data ta' l-impatt ambjentali u li jqabblu id-data ta' l-impatt ambjentali ta' karozzi differenti? (F)

L-effettività tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva in ġenerali

3.6. Kemm huma effettivi d-disposizzjonijiet tad-Direttiva (jiġifieri tabelli, gwidi u kartelluni, materjal promozzjonali), meħuda bħala ħaġa waħda, li jippermettu lill-konsumatur li jagħmel għażla informata? (M)

3.6.1. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li hija informattiva l-iskema ta' l-informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant (jiġifieri tabelli, gwidi, kartelluni u materjal promozzjonali) meta meħudha bħala ħaġa waħda? Din kif tvarja ma' l-għarfien tal-konsumatur ta' kwistjonijiet dwar l-ekonomija tal-karburant, il-klassi soċjo-ekonomika tal-konsumatur, l-età tal-konsumatur, is-sess tal-konsumatur, l-importanza li l-konsumatur jagħti lill-ispejjeż tal-karburant u lit-taxxi fuq il-vettura u kwalunkwe fattur ieħor li huwa maħsub li huwa ta' interess? (F)

3.7. Liema grad ta' influenza għandhom id-disposizzjonijiet tad-Direttiva, meħuda flimkien, fuq l-imġieba tal-konsumatur? (M)

3.7.1. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li hija influwenti l-iskema ta' l-informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant flimkien (jiġifieri tabelli, gwidi, kartelluni, letteratura promozzjonali)? Kif tvarja r-risposta tal-konsumaturi ma' l-għarfien tal-konsumatur ta' kwistjonijiet dwar l-ekonomija tal-karburant, il-klassi soċjo-ekonomika tal-konsumatur, l-età tal-konsumatur, is-sess tal-konsumatur, l-importanza li l-konsumatur jagħti lill-ispejjeż tal-karburant u lit-taxxi fuq il-vettura u kwalunkwe fattur ieħor li huwa maħsub li huwa ta' interess? (F)

3.7.2. Kif jaġġustaw l-imġieba konsumaturi privati meta jagħżlu karozza, b'riżultat ta' l-informazzjoni miksuba mill-iskema ta' l-informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant, kif speċifikat bid-disposizzjonijiet tad-Direttiva? Kif tvarja r-risposta tal-konsumaturi ma' l-għarfien tal-konsumatur ta' kwistjonijiet ta' l-ekonomija tal-karburant, l-opinjoni tal-konsumatur ta' kemm huma influenti d-disposizzjonijiet tad-Direttiva, il-klassi soċjo-ekonomika tal-konsumatur, l-età tal-konsumatur, is-sess tal-konsumatur, l-importanza li l-konsumatur jagħti lill-ispejjeż tal-karburant u lit-taxxi fuq il-vettura u kwalunkwe fattur ieħor li huwa maħsub li huwa ta' interess? (F)

Gwida ta' l-effettività

3.8. Kemm hi effettiva l-gwida li tippermetti lill-konsumatur biex jagħmel għażla informata? (M)

3.8.1. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali huma konxji tal-gwida u kif huma qed isiru konxji tal-gwida? (F)

3.8.2. Kif qegħdin jakkwistaw il-gwida tagħhom il-konsumaturi privati u kummerċjali? Għalfejn konsumaturi privati u kummerċjali li huma konxji tal-gwida ma jakkwistawx il-gwida? Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jgħidu li ma rċevewx gwida meta jitolbuha f'post ta' bejgħ? (F)

3.8.3. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali josservaw l-informazzjoni fil-gwida? (F)

3.8.4. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li hija ċara u tinftiehem l-gwida? (F)

3.8.5. Konsumaturi privati u kummerjali (u bejjiegħa) jsibu l-gwida utli? (F)

3.8.6. Konsumaturi privati u kummerjali (u bejjiegħa) jaħsbu li l-gwida tista' tkun imtejjba? Liema titjib jirrakkomandaw? (F)

3.9. Kemm għandha influenza din il-gwida? (M)

3.9.1. Kemm jemmnu li għandha influenza din il-gwida l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) rigward il-promozzjoni ta' karozzi li huma effiċjenti fl-użu tal-karburant? (F)

L-effettività tat-tabella

3.10. Kemm hi effettiva t-tabella li tippermetti lill-konsumatur biex jagħmel għażla informata? (M)

3.10.1. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jaraw it-tabella fuq jew qrib il-karozza? (F)

3.10.2. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jgħidu li l-persuna li qed tbiegħ uriethom it-tabella? Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jgħidu li l-persuna li qed tbiegħ spjegalhom it-tabella? Liema perċentwali ta' dawn il-konsumaturi staqsew lill-persuna li qed tbiegħilhom biex tispjegalhom it-tabella? (F)

3.10.3. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jaqraw din it-tabella? (F)

3.10.4. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li hija ċara u tiftiehem it-tabella? (F)

3.10.5. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li hija utli t-tabella? (F)

3.10.6. Konsumaturi privati u kummerċjali jippreferu li t-tabella tqabbel l-ekonomija tal-karburant ta' karozzi ma' oħrajn? Liema metodu ta' tqabbil jippreferu l-konsumaturi? (F)

3.10.7. Konsumaturi privati huma konxji tat-tabella Ewropea dwar l-enerġija għal apparat? Konsumaturi privati għandhom preferenza bejn il-format tat-tabella Ewropea dwar l-enerġija għal apparat u l-format użat fit-tabella dwar l-ekonomija tal-karburant? Konsumaturi privati jippreferu li t-tabelli għal kull prodott li juża' l-enerġija jkunu ta' format simili? (F)

3.10.8. Konsumaturi privati u kummerjali (u bejjiegħa) jemmnu li t-tabella tista' tkun imtejjba? Liema titjib jirrakkomandaw? (F)

3.11. Kemm għandha influenza din it-tabella? (M)

3.11.1. Konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) kemm jemmnu li t-tabella hija influenti rigward il-promozzjoni ta' l-effiċjenza tal-karburant? (F)

L-effettività tal-kartellun (wirja)

3.12. Kemm hu effettiv il-kartellun (wirja) li jippermetti lill-konsumatur li jagħmel għażla informata? (M)

3.12.1. Liema perċentwali ta' konsumaturi privati u kummerċjali jaraw il-kartelluni (wirjiet)? (F)

3.12.2. X'qed jitgħallmu l-konsumaturi privati u kummerċjali mill-kartellun (wirja)? (F)

3.12.3. Kemm jemmnu l-konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) li huwa ċar u jinftiehem il-kartellun (wirja)? (F)

3.12.4. Konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) kemm jemmnu li huwa utli l-kartellun (wirja)? (F)

3.12.5. Konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) jemmnu li l-kartellun (wirja) jista' jkun imtejjeb? Liema titjib jirrakkomandaw? (F)

3.13. Kemm għandu influenza dan il-kartellun (wirja)? (M)

3.13.1. Kemm jemmnu li l-kartellun (wirja) huwa influenti konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) rigward il-promozzjoni ta' l-effiċjenza tal-karburant? (F)

L-effettività ta' letteratura oħra promozzjonali

3.14. Kemm huma effettivi d-disposizzjonijiet tad-Direttiva għall-letteratura promozzjonali biex tagħti lill-konsumatur il-possibilità li jagħmel għażla informata? (M)

3.14.1. Kemm qegħdin jindunaw b'informazzjoni dwar l-ekonomija tal-karburant f'letteratura promozzjonali oħra konsumaturi privati u kummerċjali? (F)

3.14.2. Kemm jemmnu li hu utli konsumaturi privati u kummerċjali li jkollok data ta' l-effiċjenza tal-karburant miktuba b'mod ċar fuq il-letteratura promozzjonali kollha? (F)

3.15. Kemm huma influenti d-disposizzjonijiet tad-Direttiva għall-letteratura promozzjonali oħra? (M)

3.15.1. Kemm jemmnu li huma influenti konsumaturi privati u kummerċjali (u bejjiegħa) d-disposizzjonijiet tad-Direttiva għal letteratura promozzjonali oħra għall-promozzjoni ta' karozzi b'effiċjenza tal-karburant? (F)

3.16. Jekk jogħġbok issottometti l-konklużjonijiet li wasalt għalihom rigward l-effettività tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva rigward l-għarfien u l-influenzar ta' konsumaturi. (M)

D. FORMAT U APPLIKAZZJONI TA' L-GĦODDA TA' L-INFORMAZZJONI

Format tat-tabella

1. Liema hu l-format tat-tabella li jintuża fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok issottometti eżempji. (M)

1.1. It-tabella tqabbel l-ekonomija tal-karburant tal-karozza li għaliha qed tirreferi, ma' dak ta' karozzi oħra? Jekk iva, jekk jogħġbok għid kif isir it-tqabbil (per eżempju karozzi huma imqabbla permezz tan-normalizazzjoni ta' l-ekonomija tal-karozzi; karozzi huma klassifikati skond sistema ta' klassifikazzjoni sabiex il-karozza tista' titqabbel ma' karozzi oħrajn fi ħdan l-istess klassi). (M)

1.2. Jekk karozzi huma klassifikati skond l-ekonomija tal-karburant tagħhom, spjega kif is-sistema tal-klassifika hija applikata fuq il-firxa ta' mudelli fis-suq. Kemm huma aġġornati l-klassifiċi? X'inhi l-klassifika ta' l-ekonomija medja tal-karburant tal-flotta sħiħa? (M)

1.3. Jekk l-ispejjeż tal-karburant huma nklużi fit-tabella, speċifika l-bażi għall-kalkoli tagħhom (jiġifieri d-distanza użata u l-ispiża tal-karburant għal kull litru jew gallun għal kull tip ta' karburant u numru ta' snin eċċ.) (M)

1.4. Jekk "indiċi jew klassi ambjentali" hija inkluża fit-tabella biex iqabbel l-impatt ambjentali tal-vettura ma' vetturi oħra, jekk jogħġbok speċifika kif id-data ġiet miġbura u espressa. (M)

1.5. Jekk id-data tal-ħoss hija nkluża fuq it-tabella, jekk jogħġbok għid kif id-data hija miġbura u espressa. Jekk id-data tal-ħoss hija mqabbla ma' karozzi oħra, jekk jogħġbok speċifika kif isir dan. (M)

1.6. Jekk emissjonijiet tossiċi u data huma imniżżla fuq it-tabella, jekk jogħġbok għid kif id-data hija miġbura u espressa. Jekk din id-data hija mqabbla ma' karozzi oħra, jekk jogħġbok speċifika kif isir dan. (M)

1.7. Ġiet imfassla sistema ta' klassifikazzjoni biex karozzi tal-passiġġieri ikunu allokati f'ċerti klassijiet għall-użu fit-tabella? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji ta' kif taħdem din is-sistema. (M)

1.8. Referenzi għal vantaġġi u żvantaġġi ekonomiċi marbuta mal-vettura, bħal taxxi – li jistgħu jinfluenzaw it-tip ta' karozza magħżula u b' hekk torbot ma' l-ekonomija tal-karburant – huma inklużi fit-tabella? Jekk jogħġbok spejga kif tkun preżentata l-informazzjoni. (M)

1.9. Minbarra dak li hu msemmi hawn fuq, hemm xi mezzi oħra kif it-tabella ta' l-ekonomija tal-karburant tmur lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet minimi ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 1999/94/KE? Jekk jogħġbok spjega kif id-data hija miġbura. Jekk jogħġbok agħti raġunijiet ukoll għalfejn it-tabella kienet iddisinjata b'dan il-mod(i). (M)

1.10. Hemm xi pjanijiet sabiex ikun aġġustat il-format tat-tabella fil-futur? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inklużi data(i) maħsuba, kif hija miġbura xi data li se tkun miżjuda u r-raġuni għall-bidliet maħsuba. (M)

Format tal-gwida

2. Liema huwa l-format tal-gwida użat fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok issottometti eżempju(i). (M)

2.1. Hemm verżjoni waħda biss ta' gwida dwar l-ekonomija tal-karburant fi ħdan l-Istat Membru tiegħek (waqt li tiskarta verżjonijiet b'lingwi differenti)? (M)

2.2. Jekk il-prezzijiet tal-karburant huma inklużi fil-gwida, jekk jogħġbok speċifika l-bażi għall-kalkoli tagħhom (jiġifieri d-distanza użata u l-prezz tal-karburant għal kull litru jew gallun ta' kull tip ta' karburant u n-numru ta' snin, eċċ.) (jekk jogħġbok għid jekk hux l-istess għat-tabella). (M)

2.3. Jekk "indiċi jew klassi ta' l-ambjent" tintuża biex jitqabbel l-impatt ambjentali tal-vettura ma' dak ta' vetturi oħrajn, jekk jogħġbok speċifika kif dan huwa derivat (jekk jogħġbok għid jekk hux l-istess għat-tabella). (M)

2.4. Jekk data tal-ħoss hija inkluża fil-gwida, jekk jogħġbok speċifika kid id-data hija miġbura u espressa. Jekk din id-data hija mqabbla ma' karozzi oħra, jekk jogħġbok speċifika kif isir dan (jekk jogħġbok għid jekk hu l-istess għat-tabella). (M)

2.5. Jekk data fuq l-emissjonijiet tossiċi tidher fil-gwida, jekk jogħġbok għid kif din id-data hija espressa? Jekk din id-data hija mqabbla ma' karozzi oħra, jekk jogħġbok speċifika kif isir dan. (M)

2.6. Kienet imfassla xi sistema ta' klassifikazzjoni għall-allokar ta' karozzi tal-passiġġieri fi klassijiet partikolari għall-użu fil-gwida? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji ta' kif din is-sistema taħdem (jekk jogħġbok għid jekk dan hu l-istess għat-tabella). (M)

2.7. Hemm vantaġġi jew żvantaġġi ekonomiċi relatati mal-vetturi, bħat-taxxi – li jistgħu jinfluenzaw it-tip ta' karozza li tintagħżel u b'hekk torbot ma' l-ekonomija tal-karburant – inklużi fil-gwida. Jekk jogħġbok spejga kif tkun preżentata l-informazzjoni. (M)

2.8. Hemm skali ta' l-ekonomija tal-karburant inklużi fil-gwida? Jekk jogħġbok spejga kif tkun preżentata l-informazzjoni. (M)

2.9. Hemm xi mezzi oħrajn, minbarra dawk koperti hawn fuq, li l-gwida(i) tiegħek imorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet minimi stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 1999/94/KE? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni ta' kif il-gwida tmur lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tad-Direttiva u agħti raġunijiet għad-disposizzjonijiet iż-żejda. (M)

2.10. Teżisti verżjoni elettronika tal-gwida? Jekk jogħġbok agħti l-indirizz tal-website, it-tul taż-żmien li ilu jopera s-sit u n-numru ta' żjarat li kellu sa llum. Hemm għodda disponibbli ta' kif tista' tirranġa f'ordni, u tfittxija? Kemm tkun aġġornta ta' spiss din il-gwida elettronika? Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-kontenut u l-format tagħha. (M)

2.11. Hemm xi pjanijiet sabiex fil-futur ikun aġġustat il-format tal-gwida stampata fuq karti jew ta' fuq l-internet? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inklużi data(i) maħsuba, kif hija miġbura xi data li se tkun miżjuda u r-raġunijiet għall-bidliet maħsuba. (M)

Format tal-kartellun (wirja)

3. X'inhu l-format tal-kartellun (wirja) użat fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok agħti eżempji. (M)

3.1. L-Istat Membru tiegħek speċifika xi disposizzjonijiet minbarra dawk tad-Direttiva 1999/94/KE għall-kartelluni (wirja) dwar l-ekonomija tal-karburant? Jekk iva, jekk jogħġbok informana bid-disposizzjonijiet żejda kif huma speċifikati bil-leġislazzjoni jew politiki tiegħek u agħti r-raġunijiet għal dawn id-disposizzjonijiet iż-żejda. (M)

3.2. Hemm xi pjanijiet sabiex ikun aġġustat il-format tal-kartellun (wirja) fil-futur? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inklużi data(i) maħsuba, kif hija derivata xi data li se tkun miżjuda u r-raġunijiet għal-bidliet maħsuba. (M)

Format tal-letteratura promozzjonali

4. X'inhuwa l-format użat għall-letteratura promozzjonali? (M)

4.1. L-Istat Membru tiegħek speċifika xi disposizzjonijiet minbarra dawk tad-Direttiva 1999/94/KE għal 'letteratura promozzjonali oħra'? Jekk iva, jekk jogħġbok informana bid-disposizzjonijiet żejda kif huma speċifikati bil-leġislazzjoni jew politiki tiegħek u agħti r-raġunijiet ta' dawn id-disposizzjonijiet iż-żejda. (M)

4.2. L-Istat Membru tiegħek għandu xi disposizzjonijiet għal materjal promozzjonali mhux letterarju (per eżempju l-internet, televiżjoni, radju)? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (M)

4.3. Hemm xi pjanijiet biex ikunu aġġustati d-disposizzjonijiet eżistenti għal letteratura promozzjonali jew materjal mhux letterarju fil-futur? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji, inklużi data(i) maħsuba, kif hija miġbura xi data li se tkun miżjuda u r-raġunijiet għall-bidliet maħsuba. (M)

Aġġustamenti fil-format mill-implimentazzjoni tad-Direttiva

5. Kien hemm xi disposizzjonijiet tad-Direttiva implimentati fl-Istat Membru tiegħek (per eżempju l-kartellun, il-gwida, it-tabella) li ġew modifikati waqt il-perijodu ta' l-istima (jiġifieri minn meta d-disposizzjonijiet tad-Direttiva kienu implimentati oriġinarjament f'pajjiżek)? (M)

5.1. Speċifika liema disposizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE li kienu implimentati mit-18 ta' Jannar 2001, ġew modifikati minn dak inhar 'l hawn. Issottometti eżempji jekk huwa possibli (per eżempju tabella, gwida). (M)

5.2. Jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għall-modifikazzjonijiet varji. (M)

E. KWISTJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI

ĠENERALI

1. Kif inhuma distribwiti r-responsabbilitajiet bejn il-gvern, il-bejjiegħa, l-manifatturi u l-importaturi? (M)

1.1. Min huwa responsabbli biex jamministra d-disinn, l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gwida? (M)

1.2. Min huwa responsabbli biex jamministra d-disinn, l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tat-tabelli? (M)

1.3. Min iħallas għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gwida, tat-tabella u tal-kartellun? (M)

2. Liema sistemi ġew stabbiliti biex jipproduċu, jamministraw jew jiddistribwixxu l-informazzjoni? (M)

2.1. Kemm-il gwida tiġi stampata kull sena? Kif u lil min huma distribwiti l-gwidi? (M)

2.2. Il-bejjiegħa kif jakkwistaw it-tabelli? (M)

2.3. Il-bejjiegħa kif jakkwistaw il-kartelluni? (M)

2.4. Liema jaħsbu il-bejjiegħa li huwa mod aktar effiċjenti sabiex jakkwistaw it-tabelli, l-gwidi u l-kartelluni (wirjiet) u x'jaħsbu li jfixkilhom milli jkollhom sistemi preferibbli bħal dawn? (F)

3. Inti bi ħsiebek tkompli tuża s-sistemi tal-produzzjoni u distribuzzjoni kurrenti tiegħek għall-gwida, tabella u kartellun? Jekk le, jekk joġħgbok agħti dettalji u r-raġunijiet għall-ħsieb tiegħek li tagħmel aġġustamenti u għid meta l-modifikazzjonijiet huma maħsuba li jidħlu fis-seħħ. (M)

4. Sa liema data l-Istat Membru tiegħek inforza d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE? Jekk jogħġbok speċifika jekk id-disposizzjonijiet varji ġewx inforzati f'ħinijiet differenti. (M)

5. Saret stima tal-grad tal-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva? Jekk iva, agħti dettalji ta' xi metodi ta' stima użati u l-livelli stmati tal-preċiżjoni. Jekk jogħġbok indika b'mod ċar jekk aspetti ta' l-istima jvarjaw għat-tabella, l-kartellun, l-gwida u l-letteratura promozzjonali. Jekk twettaq xi stħarriġ, agħti d-dettalji inklużi n-numri mistħarrġa, l-istimi tal-preċiżjoni u l-istimi tar-rappreżentazzjoni. Għid ukoll liema hu l-perijodu ta' żmien li matulu twettqu l-istimi. (M)

6. X'inhu l-grad ta' konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva? (M)

Konformità tat-tabella

6.1. Il-kontenut u l-format tat-tabella huma f'konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva u t-tabella tintwera ukoll skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva? (M)

6.1.1. It-tabelli jaqblu ma' l-istandardizazzjoni tal-format sabiex jippermettu għarfien ikbar minn konsumaturi? (M)

6.1.2. It-tabelli kollha huma tad-daqs A4 (jiġifieri 297 mm b'210 mm)? (M)

6.1.3. It-tabelli fihom il-konsum tal-karburant u l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skond l-Anness I tad-Direttiva? (M)

6.1.4. It-tabelli fihom test speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva, rigward id-disponibiltà tal-gwida u l-emissjonijiet tas-CO2? (M)

6.1.5. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabella korrispondenti li hija f'konformità mad-disposizzjonijiet kollha tad-Direttiva? (F)

6.1.6. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabella imwaħħla mal-karozza? (F)

6.1.7. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabella li hija mwaħħla qrib biżżejjed tal-karozza? (F)

6.1.8. Liema perċentwali ta' karozzi m'għandhom l-ebda tabella mwaħħla magħhom jew tabella murija fil-qrib? Skond il-bejjiegħa, liema huma r-raġunijiet li tabelli m'humiex murija fuq jew qrib tal-karozzi? (F)

6.1.9. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabella li ma tidhirx b'mod ċar? (F)

6.1.10. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabella li għandha xi difett? (F)

6.1.11. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabelli li ma jikkorrispondux b'mod korrett mal-karozza? (F)

6.1.12. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabelli li l-kontenut tagħhom m'huwiex f'konformità mad-Direttiva? Għal każijiet fejn il-kontenut tat-tabella m'huwiex f'konformità mad-Direttiva, liema huma r-raġunijiet għaliex il-kontenut m'huwiex f'konformità? (F)

6.1.13. Liema perċentwali ta' karozzi għandhom tabelli li l-format tagħhom m'huwiex f'konformità mad-Direttiva? Għal każijiet fejn il-format tat-tabella m'huwiex f'konformità mad-Direttiva, liema huma r-raġunijiet għaliex il-format m'huwiex f'konformità? (F)

6.1.14. Jekk jogħġbok agħti dettalji ta' xi każijiet ta' tabelli b'marki, simboli jew iskrizzjonijiet li joħolqu konfużjoni fuq it-tabelli relatati mal-konsum tal-karburant jew l-emmissjonijiet tas-CO2, li m'humiex f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva. (M)

6.1.15. Hemm xi każijiet ta' tabelli li jikkompetu li jkunu qed jintwerew fuq karozzi li fihom informazzjoni relatata ma' l-ekonomija tal-karburant u li huma f'konflitt ma' l-informazzjoni fuq it-tabella uffiċjali? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji tal-każijiet. (F)

6.2. Jekk jogħġbok issottometti l-konklużjonijiet miġbura rigward it-tabella u l-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (M)

Konformità tal-gwida

6.3. Il-kontenut u l-format tal-gwida huma f'konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva u l-gwida titqassam ukoll skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva? (M)

6.3.1. X'inhu d-daqs tal-gwida u kemm fiha paġni? (M)

6.3.2. Il-mudelli tal-karozzi huma miġbura flimkien skond id-ditta u fl-ordni alfabetiku? (M)

6.3.3. Minbarra li jkunu miġbura flimkien fl-ordni alfabetiku, l-mudelli tal-karozzi huma miġbura flimkien permezz ta' mezzi oħra? Jekk jogħġbok iddeskrivi kif huma miġbura flimkien il-mudelli. (M)

6.3.4. Kemm tkun aġġornta ta' spiss il-gwida? (M)

6.3.5. Meta tkun aġġornata il-gwida jkun fiha elenku tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġiera kollha disponibbli fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-aġġornament? (M)

6.3.6. Għal kull mudell elenkat, jidhru b'mod korrett u skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva it-tip tal-karburnat, il-valur numeriku tal-konsum tal-karburant uffiċjali u l-emmissjonijiet tas-CO2 speċifiċi uffiċjali? (M)

6.3.7. Hemm xi data oħra, minbarra dak speċifikat fid-Direttiva, mogħti għal kull mudell elenkat? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika u agħti raġunijiet għall-inklużjoni fil-gwida. (M)

6.3.8. Intużaw marki, simboli jew skrizzjonijiet fil-gwida relatati mal-konsum tal-karburant jew l-emissjonijiet tas-CO2 oħrajn li joħolqu konfużjoni u li m'humiex f'konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (M)

6.3.9. Hemm xi każijiet ta' gwidi li jikkompetu li jkunu qed jintwerew f'showrooms li fihom informazzjoni relatata ma' l-ekonomija tal-karburant u li huma f'konflitt ma' l-informazzjoni fil-gwida uffiċjali? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji tal-każijiet. (F)

6.3.10. Liema perċentwali ta' bejjiegħa għandhom gwidi b'xejn disponibbli fil-punt tal-bejgħ u liema perċentwali m'għandhomx dawn disponibbli? Liema huma r-raġunijiet għaliex gwidi b'xejn m'humiex disponibbli fil-punt tal-bejgħ? (F)

6.3.11. Il-bejjiegħa qegħdin jiltaqgħu ma' problemi fit-tqassim tal-gwidi? (F)

6.3.12. Il-gwidi huma murija fil-punt tal-bejgħ? Il-bejjiegħa għalfejn ma jurux il-gwidi? (F)

6.4. Jekk jogħġbok issottometti l-konklużjonijiet miġbura rigward il-gwida u l-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (M)

Konformità tal-kartellun (wirja)

6.5. Il-kontenut u l-format tal-kartellun (wirja) huma f'konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva u tintwera wkoll skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva? (M)

6.5.1. Liema perċentwali ta' bejjiegħa ma jurux kartellun (wirja) fil-punt tal-bejgħ? (F)

6.5.2. Liema perċentwali ta' bejjiegħa ma jurux il-kartellun (wirja) f'pożizzjoni prominenti fil-punt tal-bejgħ? (F)

6.5.3. Kif m'humiex qed jirnexxilhom ikunu f'konformità mad-Direttiva l-kartelluni (wirjiet) li huma murija fil-punt tal-bejgħ? (F)

6.5.4. Liema huma r-raġunijiet li jagħtu l-bejjiegħa għaliex m'humiex juru kartellun (wirja) tal-konsum tal-karburant? (F)

6.5.5. Liema huma r-raġunijiet li jagħtu l-bejjiegħa għaliex m'humiex juru kartellun (wirja) tal-konsum tal-karburant f'pożizzjoni prominenti? (F)

6.5.6. Liema huma r-raġunijiet li jagħtu l-bejjiegħa għal każijiet fejn il-format jew il-kontenut ta' l-kartellun (wirja) m'humiex f'konformità mad-Direttiva? (F)

6.6. Jekk jogħġbok issottometti l-konklużjonijiet miġbura rigward il-kartellun (wirja) u l-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (M)

Konformità ta' letteratura oħra promozzjonali

6.7. Hija f'konformità l-letteratura promozzjonali mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva? (M)

6.8. Jekk jogħġbok issottometti eżempji ta' każijiet fejn il-letteratura promozzjonali nstabet li ma kienitx f'konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (M)

6.9. Jekk jogħġbok issottometti l-konklużjonijiet miġbura rigward il-konformità tal-letteratura promozzjonali mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (M)

Stima tax-xejriet tal-konformità

6.10. Kif tvarja l-konformità tal-bejjiegħ (rigward il-wirja tat-tabella u l-kartellun u d-distribuzzjoni tal-gwida skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva) minn reġjun għal ieħor u t-tip ta' bejjiegħ (jiġifieri ndipendenti jew mhux indipendenti; Single franchise jew Multi-franchise; skond il-manifattur)? (F)

6.11. Kif tvarja l-konformità tal-bejjiegħ (rigward il-wirja tat-tabella u l-kartellun u d-distribuzzjoni tal-gwida skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva) ma' sistemi ta' bonus (skond il-bejgħ) użati biex jippremjaw lill-persuni li qed ibiegħu? (F)

6.12. Kif ivarja l-grad ta' konformità fl-Istat Membru tiegħek ma' l-għarfien tal-konsumatur tal-kwistjonijiet dwar l-ekonomija tal-karburant u l-influenza stmata tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva fuq l-imġieba tal-konsumatur. (F)

Sistema ta' penalitajiet

6.13. Liema sistema ta' penalità fassal l-Istat Membru tiegħek sabiex tapplika għall-vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva? (M)

6.13.1. L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa penalitajiet applikabbli għal vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva? (M)

6.13.2. Jekk jogħġbok agħti dettalji tas-sistema tal-penalitajiet. (M)

6.13.3. Inħarġu xi penalitajiet? Jekk iva, lil min ingħataw il-penalitajiet u x'kienet il-forma tal-penalità applikata? (M)

Sistema ta' raggruppament

7. L-Artikolu 2(5) u (6) tad-Direttiva tispeċifika li verżjonijiet u varjanti tat-tip tal-vettura jistgħu jinġabru flimkien taħt mudell wieħed. Kienet żvillupata sistema ta' ġbir flimkien bħal din? Jekk jogħġbok speċifika l-bażi tas-sistema ta' ġbir flimkien li ġiet żviluppata. Jekk jogħġbok speċifika kif is-sitema tal-ġbir flimkien ġiet applikata skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva. (F)

F. ESTENSJONI GĦAL MEDJA OĦRA

1. Inti diġa lest biex, u/jew bi ħsiebek, li tkompli tiżviluppa s-sistema ta' informazzjoni per eżempju għal medja oħrajn? Jekk iva, kif u għal liema raġuni? (F)

2. Inti ttestjat xi forom ta' mezzi alternattivi f'kondizzjonijiet reali? Jekk iva, jekk jogħġbok irrapporta d-dettalji tal-metodi u l-kondizzjonijiet tat-test kif ukoll r-riżultat tat-test. (F)

3. Identifikajt xi tfixkil istituzzjonali jew legali għall-estensjoni tar-rekwiżiti fuq materjali promozzjonali jew medja oħra? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji. (F)

G. L-ISTIMA KOMPLESSIVA

1. Jekk jogħġbok indika x'tgħallimt waqt l-implimentazzjoni tad-Direttiva (u d-disposizzjonijiet nazzjonali tiegħek addizzjonali). (F)

2. Jekk jogħġbok indika l-azzjoni li inti taħseb hija l-aktar urġenti sabiex ittejjeb l-effettività tad-Direttiva kemm fl-Istat Membru tiegħek kif ukoll fl-UE. (F)

[1] Jekk iktar minn persuna waħda (jew organizzazzjoni/dipartiment) qed jimlew il-formola, jekk jogħġbok agħti d-dettalji speċifikati hawn fuq għal kull każ.

--------------------------------------------------