Id-Deċiżjoni tal-Kummssjoni tal-21 ta' Awwissu 2001 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra fuq is-soqfa u l-koperturi tas-soqfa (innotifikata fid-dokument numru K(2001) 2474) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Official Journal L 235 , 04/09/2001 P. 0020 - 0022
CS.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
ET.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
HU.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
LT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
LV.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
MT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
PL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
SK.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
SL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 425 - 427
Id-Deċiżjoni tal-Kummssjoni tal-21 ta' Awwissu 2001 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra fuq is-soqfa u l-koperturi tas-soqfa (innotifikata fid-dokument numru K(2001) 2474) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2001/671/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 20 [2] (a) tagħha, Billi: (1) L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 89/106/KEE jipprovdi illi sabiex jitqiesu l-livelli differenti tal-protezzjoni għax-xogħlijiet għall-bini li jistgħu jeżistu f'livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, kull ħtieġa essenzjali tista' toħloq li jiġu stabbiliti klassijiet fid-dokumenti ta' interpretazzjoni. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE" [3]. (2) Il-paragrafu 2.2 tad-dokument ta' interpretazzjoni Nru 2 jelenka numru ta' miżuri interrelatati li jissodisfaw il-ħtieġa essenzjali "Is-Sigurtà f'każ ta' nar" illi flimkien jikkontribwixxu sabiex jiddefinixxu l-istrateġija tas-sigurtà kontra l-ħruq li tista' tiġi żviluppata b'modi differenti fl-Istati Membri. (3) Il-paragrafu 4.2.1 tad-dokument ta' interpretazzjoni Nru 2 jiġġustifika l-ħtieġa ta' livelli differenti għall-ħtieġa essenzjali bħala funzjoni tat-tip, l-użu u l-lokalità tax-xogħol għall-bini, it-tqassim tiegħu u d-disponibbiltà tal-faċilitajiet ta' emerġenza. (4) Il-paragrafu 4.3.1.2.2 tad-dokument ta' interpretazzjoni Nru 2 jidentifika l-ħtiġiet tal-prodotti għall-bini rigward is-soqfa esposti għan-nar minn barra. (5) Il-livelli differenti ta' dawn il-ħtiġiet li jeżistu fl-Istati Membri jistgħu jiġu espressi f'sistema ta' klassijiet li mhumiex inklużi fid-dokument ta' interpretazzjoni Nru 2. (6) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/106/KEE jipprovdi illi l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livelli ta' l-prestazzjoni li jridu jitħarsu fit-territorju tagħhom biss ġewwa l-klassifiċi adottati fil-livell Komunitarju u bla ħsara biss għall-użu tal-klassijiet kollha jew ta' wħud minnhom jew ta' klassi waħda. (7) Fin-nuqqas ta' metodu waħdieni tat-testijiet, armonizzat għal kollox, il-klassifika wżata f'din id-Deċiżjoni għandha tkun imsejsa fuq standard wieħed li jħaddan tliet metodi distinti ta' testijiet li jwieġbu għax-xenarji differenti tar-riskji tan-nar. Din hija meqjusa li hija soluzzjoni interim sakemm tkun tista' tinkiseb l-armonizzazzjoni sħiħa permezz ta' l-iżvilupp ta' metodu tat-testijiet armonizzat għal kollox. Ġaladarba jinkiseb dan ta' l-aħħar, din id-Deċiżjoni tista' tiġi emendata sabiex tqis il-metodu l-ġdid tat-testijiet u l-klassifiċi assoċjati miegħu. (8) Il-miżuri maħsuba f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Hija hawnhekk stabbilità sistema ta' klassifika Komunitarja kif previst bid-Direttiva 89/106/KEE rigward il-prestazzjoni tas-soqfa u l-koperturi ta' soqfa kontra n-nar minn barra. Din is-sistema ta' klassifika għandha tkun kif iddikjarata fl-Anness ma' hawn. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Awissu 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, ta' l-11.02.89, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.08.93, p. 1. [3] ĠU C 62, tat-28.02.94, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS PREAMBOLU Għandhom jiġu applikati r-rapport CEN CR 1187:2001 u l-verżjonijiet aġġornati sussegwentement. Il-verżjoni aġġornata għandha tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, ir-reviżjonijiet il-ġodda tar-rapport tas-CEN, ta' l-ENV jew il-verżjoni EN ta' dan l-istandard, billi tibni fuq ir-riżultati/qbil magħmula fil-laqgħa speċjali tas-CEN TC 127 fis-16 ta' Mejju 2001. Il-klassifika ddikjarata fit-tabella hawn taħt hija msejsa fuq l-istandard li jinsab fis-CR 1187:2001. Dan l-istandard iħaddan tliet metodi distinti ta' testijiet li jikkorrispondu max-xenarji differenti ta' riskji tan-nar. Ma hemm l-ebda korrelazzjni diretta bejn il-metodi tat-testijiet u għalhekk ma hemm l-ebda ġerarkija aċċettabbli b'mod ġenerali ta' klassifika bejniethom. Meta jirregolaw dwar il-prestazzjoni tas-soqfa/il-koperturi tas-soqfa kontra n-nar minn barra, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-kombinazzjoni/jiet tat-test/klassi addattata/i għar-riskju/i attwali tan-nar fit-territorju tagħhom u jistabbilixxu ġerarkija nazzjonali ta' klassifika bejn it-testijiet/klassijiet varji. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/553/KE [1] tistabbilixxi lista ta' prodotti għall-koperturi (u/jew materjali) tas-soqfa li jistgħu jitqiesu li jwettqu l-ħtiġiet kollha tal-karetteristiċi tal-prestazzjoni dwar "il-prestazzjoni waqt nar minn barra" mingħajr il-ħtieġa ta' testijiet, bla ħsara għal kull disposizzjoni nazzjonali dwar id-disinn u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru. Dawn il-prodotti/materjali huma meqjusa li jkunu tal-Klassijiet BROOF fit-tabella ta' hawn taħt, mingħajr il-ħtieġa ta' testijiet. SIMBOLI Il-klassifiċi skond it-tliet metodi ta' testijiet jiġu identifikati kif ġej: - it-test 1 tal-CR 1187:2001: XROOF(t1), fejn it-t1 = il-marka tal-ħruq biss, - it-test 2 tal-CR 1187:2001: XROOF(t2), fejn it-t2 = il-marka tal-ħruq + ir-riħ, - it-test 3 tal-CR 1187:2001: XROOF(t3), fejn it-t3 = il-marka tal-ħruq + ir-riħ + ir-radjazzjoni. It-TE : il-ħin kritiku tal-firxa tan-nar minn barra it-TP : il-ħin kritiku tal-penetrazzjoni tan-nar Tabella IL-KLASSIJIET TA' L-PRESTAZZJONI TAS-SOQFA/KOPERTURI TAS-SOQFA GĦAN-NAR MINN BARRA [2] Il-Metodu tat-test | Il-Klassi | Il-Kriterji tal-klassifika | It-Test 1 tas-CR 1187:2001 | BROOF (t1) | Għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: firxa l' fuq tan-nar minn barra u minn ġewwa < 0,700 mil-firxa' l isfel tan-nar minn barra u minn ġewwa < 0,600 mtul massimu ta' ħruq minn barra u minn ġewwa < 0,800 ml-ebda materjal jaqbad (qtar jew tifrik) ma jaqa' minn naħa esposta,l-ebda partikoli jaqbdu/jaqbdu mingħajr fjamma ma jippenetraw il-kostruzzjoni tas-saqaf,ebda fetħa waħda >2,5 × 10-5 m2,is-somma tal-fetħiet kollha < 4,5 × 10-3 m2,il-firxa laterali tan-nar ma tilħaqx it-truf taż-żona tal-kejl,l-ebda kombustjoni minn-ġewwa mingħajr fjamma,ir-raġġ massimu tal-firxa tan-nar fuq is-soqfa "orizzontali", is-soqfa, fuq barra jew fuq ġewwa < 0,200 m. | FROOF (t1) | L-ebda prestazzjoni stabbilit | It-Test 2 tas-CR 1187:2001 | BROOF (t2) | Għaż-żewġ serje tat-testijiet f'qawwa tar-riħ ta' 2 m/s u 4 m/s: it-tul medju danneġġjat tas-saqaf u tal-baħi tiegħu ≤ 0,550 m,it-tul-massimu danneġġjat tas-soqfa u tal-bażi tagħhom ≤ 0,800 m, | FROOF (t2) | L-ebda prestazzjoni stabbilita | It-Test 3 tas-CR 1187:2001 | BROOF (t3) | It-TE≥30 min u t-TP≥30 min | CROOF (t3) | It-TE ≥ 10 min u t-TP ≥ 15 min | DROOF (t3) | TP > 5 min | FROOF (t3) | L-ebda prestazzjoni stabbilit | [1] ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 19. [2] In-numru tal-klassijiet għadu qiegħed jiġi kkunsidrat u għandu jiġi emendat malli t-tagħrif meħtieġ ikun disponibbli. --------------------------------------------------