32001D0651



Official Journal L 229 , 25/08/2001 P. 0024 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Awissu 2001

li tistabbilixxi l-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam ta’ butir importat minn New Zealand skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98 li tistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni u kwoti ta’ tariffi għall-ħalib u prodotti tal-ħalib u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/432/KE

(notifikat bid-dokument numru C(2001) 2175)

(2001/651/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru1670/2000 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1374/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni u kwoti ta’ tariffi għall-ħalib u prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 594/2001 [4], u inpartikolari l-Artikolu 9(9) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1374/98 jippreskrivi proċedura għall-verifika tal-kontenut tax-xaħam tal-butir tan-New Zealand ippreżentat biex jittħalla jiċċirkola liberament fill-Komunità skond il-kwota kurrenti ta’ aċċess speċifikata bin-Nru 35 ta’ ordni ta’ l-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Dan il-prodott huwa bbażat fuq prinċipji statistiċi. Element essenzjali ta’ dan il-prodott huwa l-użu ta’ proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam tal-butir magħmul skond speċifikazzjoni definita f’impjant ta’ produzzjoni speċifiku u magħruf minn qabel minn l-awtoritajiet li għandhom kontroll fi Stati Membri fejn id-dikjarazzjoni biex jittħallew jiċċirkolaw liberament fill-Komunità hija preżentata.

(2) L-Awtorità Assigurattiva ta’ l-Ikel tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Foresta tan-New Zealand (MAF Food) minn ittra datata l-1 ta’ Ġunju 2000 innotifikat il-Kummissjoni bil-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni għal kull speċifikazzjoni tax-xiri tal-prodott f’sitt impjanti ta’ produzzjoni skond l-Artikolu 28(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1374/98. Fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 9(9) ta’ l-istess Regolament, il-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni kien approvat minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/432/KE [5].

(3) B’ittra datata d-29 ta’ Settembru 2000, l-Awtorità Assigurattiva ta’ l-Ikel tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Foresta tan-New Zealand (MAF Food) innotifikat lill-Kummissjoni bil-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni rivedut għal kull speċifikazzjoni tax-xiri tal-prodott f’ħames impjanti ta’ produzzjoni skond l-Artikolu 28(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1374/98. Il-proċedura ta’ kalkulazzjoni użata biex jiġi stabbilit il-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni għal kull speċfikazzjoni tax-xiri tal-prodott ġie rivedut, minnħabba li element essenzjali ta’ din id-devjazzjoni standard ma kenitx ikkunsidrata. Aktar minn hekk, waħda mis-sitt impjanti ta’ produzzjoni imsemmija m’għadhiex tipproduċi butir skond il-kwota kurrenti ta’ aċċess. Il-figuri riveduti kienu s-suġġett ta’ verifika u diskussjonijiet sussegwenti ma’ l-awtoritajiet tan-New Zealand li fl-aħħar irriżultaw f’konferma mill-awtoritajiet tan-New Zealand b’ittra ddatata l-20 ta’ Lulju 2001, tal-figuri notifikati qabel.

(4) Kif rikjest minn l-Artikolu 9(9) tar- Regolament (KE) Nru 1374/98, il-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni li ġie rivedut u notifikat għandu jkun approvat u komunikat lill-Istati Membri, u d-data ta’ meta għandhom jidħlu fis-seħħ għandha tkun it-22 ta’ Awissu 2001. Fl-istess ħin, għal raġunijiet ta’ kjarifika, id-Deċiżjoni 2000/432/KE għandha tkun inħassra,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni notifikat lill-Kummissjoni mill-MAF Food, tan-New Zealand b’ittra tad-29 ta’ Settembru 2000 u elenkat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma approvati. Għandhom japplikaw għall- importazzjonijiet ta’ butir fejn ċertifikati mil-IMA 1 joħorġu mit-22 ta’ Awissu 2001.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2000/432/KE hija revokata.

Għandha tkompli tapplika lil importazzjonijiet ta’ butir li għalihom ċertifikati IMA 1 ħarġu qabel it-22 ta’ Awissi 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

[3] ĠU L 185, tat-30.6.1998, p. 21.

[4] ĠU L 88, ta’ l-20.3.2001, p. 7.

[5] ĠU L 170, tal-11.7.2000, p. 16.

--------------------------------------------------

ANNESS

Proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam ta’ butir manifatturat fin-New Zealand u maħsub biex jitħalla jiċċirkola liberament fil-Komunità Ewropea skond il-kwota kurrenti ta’ aċċess ipprovdut għalih bl-ordni Nru 35 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1374/98

Isem tal-Fabbrika | Nru reġistrat tal-fabbrika | Nru ta' Speċifikazzjoni | Proċess tipiku ta' devjazzjoni standard |

1 | 2 | 3 | 4 |

Prodotti tal-Ħalib Kiwi Ltd, Kauri | 2000 | 0905 | 0,160 |

Prodotti Anchor Ltd (Te Awamutu) | 5572 | 0081 | 0,175 |

0084 | 0,173 |

Kiwi Tasman Cooperative Dairies Ltd | 146 | 0081 | 0,172 |

0084 | 0,172 |

Westland Cooperative Dairy Co. Ltd | 143 | 0081 | 0,170 |

0084 | 0,170 |

Kiwi Dairy Products Ltd Hawera | 47 | 0081 | 0,175 |

0084 | 0,175 |

--------------------------------------------------