Official Journal L 223 , 18/08/2001 P. 0024 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 t’Awissu 2001 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tikkonċerna l-listi ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazjoni ta’ embrijuni ta’ bovini lejn il-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2001) 2447) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2001/638/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, w importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/113/KEE [2], Billi: (1) Is-servizzi veterinarji kompetenti tal-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu għaddew talba għal emendi tal-lista, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid- Deċiżjoni 2001/184/KE [4], ta’ gruppi uffiċjalment approvati fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini lejn il-Komunità. (2) Garanziji rigward il-konformità tal-ħtiġijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE kienu waslu għand il-Kummissjoni. (3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq. (4) Il-miżuri kif hemm dispożizzjoni dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness tad- Deċiżjoni 92/452/KE huwa emendat kif ġej: 1. il-linja li ġejja hija miżjuda mal-linji li jikkonċernaw il-gruppi Kanadiżi: "CA | | E 1241 | | Centre de production d'embryons Damythier 281, rang 5 St-Liguori, Québec JOK 2XO | Dr Luc Besner" | 2. dawn il-linji segwenti huma miżjuda mal-linji li jikkonċernaw gruppi Stati Uniti: "US | | 91CA035 E 689 | | Ruann Dairy 7285 W Davis Avenue Riverdale CA 93656 | Kenneth Halback | US | | 01WI098 E 1063 | | Dairyland Veterinary Practice 370 Flower Court Platterville WI 53818 | Dr Leah Penza" | 3. il-linji li jikkonċernaw il-gruppi Stati Uniti E 512 (91PA005) u E 962 (91CA040) huma rispettivament mibdula bis-segwenti: "US | | 91PA005 E 512 | 94PA005 IVF | Em Tran 197 Bossier Road Elizabethtown PA | Boyd Henderson | US | | 91CA040 E 692 | | Webb ET Services 1319 Prairie Flower Road Turlock CA 95480 | James Webb" | 4. il-linji li jikkonċernaw il-gruppi Kanadiżi E 607, E 660 u E 933 huma rispettivament mibdula bis-segwenti: "CA | | E 607 | | Mill Bay Veterinary Clinic 840 Delaune Road PO Box 128 Mill Bay, British Columbia VOR 2PO | Dr Jim Decker Dr Chris Urquhart | CA | | E 660 | E 660 (FIV) | Clinique vétérinaire Coaticook 490 Main Ouest CP 25 Coaticook, Québec J1A 2S8 | Dr Pierre Brassard | CA | | E 933 | | E.T.E. Inc 3700 boul. de la Chaudière suite 100 Ste-Foy, Québec G1X 2K5 | Dr Louis Picard Dr Marc Dery" | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, it-2 ta’Awissu 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tad-19.10.89, p. 1. [2] ĠU L 53, ta’ l-24.02.94, p. 53. [3] ĠU L 250, tad-29.08.92, p. 40. [4] ĠU L 67, tad-9.03.01, p. 77. --------------------------------------------------