32001D0619



Official Journal L 215 , 09/08/2001 P. 0055 - 0056


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Lulju 2001.

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar l-importazzjoni taż-żwiemel reġistrati minn ċerti partijiet tal-Peru

(notifikata bid-dokument numru K(2001) 2314)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/619/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tar-razez taż-żiemel [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/298/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15, l-Artikolu 16, l-Artikolu 19(i) u (ii) tagħha,

Billi:

(1) Il-Peru hija nkluża fil-Parti 2, il-kolonna speċjali għaż-żwiemel reġistrati, ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1979 li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importi ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tal-baqra, majjali, razez taż-żiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/117/KEE [4].

(2) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE tal-5 ta’ Marzu 1992 li twaqqaf ir-reġonaliżżazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni tar-razez taż-żiemel [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/611/KE [6], il-Peru huwa reġjonaliżżat biex jirrestrinġi d-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja taż-żwiemel reġistrati għaż-żona metropolitana ta’ Lima biss.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/611/KE, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Peru.

(4) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [8] u 93/197/KEE [9], kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 2001/611/KE, jistipulaw rispettivament il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni ta’ l-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni taż-żwiemel reġistrati.

(5) Wara missjoni ta’ spezzjoni veterinarja tal-Kummissjoni fil-Peru s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tidher li hija taħt kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji u partikolarment il-moviment tar-razez taż-żiemel f’ċerti partijiet tat-territorju mill-bqija tal-pajjiż jidher li huwa kontrollat sew.

(6) L-awtoritajiet veterinari tal-Peru pprovdew garanzija bil-miktub li javżaw fi żmien 24 siegħa b’telefax, telegramma jew telex lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-konferma ta’ xi mard infettiv jew li jittieħed fir-razez taż-żiemel msemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE, li jridu jkunu avżati bilfors fil-pajjiż, u fi żmien xieraq kull bidla fit-tilqim jew fil-politika ta’ l-importazzjoni rigward ir-razez taż-żiemel;

(7) Enciphalomyelitis Venezweljana taż-żwiemel ma kenitx irraportata fil-pajjiż għal aktar minn sentejn, iżda l-marda hija rraportata fil-pajjiżi tal-qrib.

(8) Il-Peru ma tistax tkun ikkunsidrata ħielsa minn stomatitis vesikulari, li hija rraportata fil-bhejjem f’ħafna partijiet tal-pajjiż u fiż-żwiemel fil-widien tat-tramuntana ta’ l-Andes.

(9) Stħarriġ li tlesta dan l-aħħar fuq il-marda tan-nefħa ta’taħt ix-xedaq u d-dourine ssostanzjat l-assenza ta’ dan il-mard fil-Peru u arteritis virali tar-razez taż-żiemel ma kenitx irraportata għal ħafna snin.

(10) Minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa f’ċerti pajjiżi ġirien il-Peru mplimenta reġjonaliżżazzjoni, li jirrestrinġi l-moviment tar-razez taż-żiemel mill-partijiet tat-tramuntana tal-pajjiż lejn il-bqija tat-territorju, u l-moviment tar-razez taż-żiemel barra mir-reġjun ta’ Lima qiegħed taħt il-kontroll dirett tas-servizzi ċentrali veterinari.

(11) Għalhekk jidher il-każ li tkun emendata d-Deċiżjoni 92/160/KEE sabiex tippermetti l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati mir-reġjun ta’ Lima.

(12) Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni fl-Istati Membri taż-żwiemel reġistrati jridu jkunu adottati skond is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiż terz ikkonċernat u d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE iridu b’hekk ikunu emendati.

(13) Biex ikun hemm ċarezza l-kodiċi tal-pajjiż ta’ l-ISO għandu jintuża għall-emendi tal-listi ta’ pajjiżi terzi.

(14) Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE l-intestatura "Peru (1)" hija mibdula bl-intestatura "Peru", u l-kliem "iż-żona Metropolitana ta’ Lima" huma mibdula bil-kliem "ir-Reġjun ta’ Lima".

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-lista tat-pajjiżi terzi fil-Grupp D ta’ l-Anness I hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Ġamajka (JM), Kuba (CU), il-Messiku (1) (MX), il-Peru(1) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)."

2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness II(D) huwa mibdul b’dan li ġej:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-ammissjoni temporanja taż-żwiemel reġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Arġentina, il-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil (1), iċ-Cili, il-Ġamajka, il-Kuba, il-Messiku (1), il-Paragwaj, il-Peru, l-Urugwaj għal perijodu ta’ inqas minn 90 ġurnata."

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. Il-lista tat-pajjiżi terzi fil-Grupp D ta’ l-Anness I hija mibdula b’dan li ġej:

"l-Arġentina (AR), il-Barbados (2) (BB), il-Bermuda (2) (BM), il-Bolivja (2) (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Ġamajka (2) (JM), Kuba (2) (CU), il-Messiku (1) (MX), il-Peru (1) (2) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)."

2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa ppreżentat fl-Anness II (D) huwa mibdul b’dan li ġej:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importazzjoni fit-territorju tal-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Ġamajka, il-Kuba, il-Peru (1) u ta’ razez reġistrati taż-żiemel u razez taż-żiemel għat-trobbija u l-produzzjoni mill-Arġentina, il-Brażil (1), iċ-Ċili, il-Messiku (1), il-Paragwaj, l-Urugwaj."

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 63.

[3] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[4] ĠU L 43, ta’ l-14.2.2001, p. 38.

[5] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[6] ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 49.

[7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[8] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

--------------------------------------------------