Official Journal L 209 , 02/08/2001 P. 0032 - 0032
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2001 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija (2001/595/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300(2), Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Komunitajiet Ewropej ikkonkludew t-trattat tal-Karta ta' l-Enerġija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni numru 98/181/KE, KEFA, Euratom [1] li inkorporat ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GATT ta' l-1947. (2) L-introduzzjoni fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-WTO li b'referenza minflok għad-dispożizzjonijiet tal-GATT ta' l-1947, kif ukoll l-inklużjoni ta' lista ta' tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ enerġija fid-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ huma fl-interess tal-Komunità. (3) Il-Komunità għandha kompetenza esklużiva għall-politika kummerċjali komuni. (4) Il-Konferenza tal-Karta ta' l-Enerġija u l-Konferenza Internazjonali miżmuma fl-24 ta' April 1998 ftehmet dwar it-test ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija, inkluża lista ta' tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ l-enerġija, u dwar deciżjonijiet ftehim u dikjarazzjonijiet relatati (Emenda tal-Kummerċ). (5) Il-Komunità approvat b'Deċiżjoni tal-Kunsill numru 98/537/KE [2] it-test ta' l-Emenda tal-Kummerċ u l-applikazzjoni provviżorja tagħha sakemm tibda sseħħ. (6) L-adozzjoni ta' l-Emenda tal-Kummerċ sejra tgħin biex jintħalqu l-għanijiet tal-Komunità Ewropea. L-imsemmija Emenda għandha għalhekk tiġi approvata, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija hija b'din id-Deċiżjoni approvata f'isem il-Komunità Ewropea. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea, jiddepożita l-istrument ta' l-approvazzjoni ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża, skond l-Artikoli 39 u 49 tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Lulju 2001. Għall- Kunsill Il-President M. Verwilghen [1] ĠU L 69, tad-9.3.1998, p. 1., [2] ĠU L 252, tat-12.9.1998, p. 21. --------------------------------------------------