Official Journal L 118 , 27/04/2001 P. 0047 - 0047
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp (2001/332/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 181, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Skond l-Artikolu 177 tat-Trattat, il-politika tal-Kommunità fl-isfera tal-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp, għandha tieħu ħsieb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni gradwali u bla xkiel tagħhom fl-ekonomija mondjali, u l-kampanja kontra l-povertà f'dawn il-pajjiżi. (2) Il-Kommunità għandha tapprova, fl-insegwiment ta' l-oġġettivi tagħha fl-isfera ta' relazzjonijiet esterni, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Kommunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Kommunità Ewropea u l-Poplu tar-Repubblika tal-Bangladexx fuq sħubija u żvilupp qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Kommunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 20 tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-Kummissjoni, assistita minn rappreżentanti tal-Pajjiżi Membri, għandha tirrappreżenta l-Kommunità fil-Kummissjoni Konġunta msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001. F'isem il-Kunsill Il-President A. Lindh [1] ĠU C 143, 21.05.99, p. 8. --------------------------------------------------