32001D0303



Official Journal L 104 , 13/04/2001 P. 0003 - 0005


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ April 2001

li tippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi speċje perikolati f’ applikazzjoni ta’ Artikolu 13 tad-Direttiva 85/511/KEE

(mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2001) 1107)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2001/303/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-komunitarju f’ ċerti annimali ħajjin u prodotti tagħhom bil-ħsieb ta’ tlestija tas-suq intern [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u partikolarment Artikolu 10 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1985 li ddaħħal miżuri tal-Komunita’ għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer [3], kif emendat l-aħħar bl-Att tas-Sħubija tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment Artikolu 13(3) miġjub fih,

Billi:

(1) F’Artikolu 13(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE dispożizzjonijiet huma magħmula għal tilqim ta’ emerġenza.

(2) Il-prinċipji provduti f’ dan l-Artikolu jeħtieġu li jibbilanċjaw id-deċiżjoni li jduru għal tilqim kontra interessi bażiċi tal-Komunità li m’għandhomx jiġu periokolati.

(3) Wara r-rapporti ta’ mxijiet tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit, Franza, l-Olanda u l-Irlanda, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/172/KE [4], 2001/208/KE [5]2001/223/KE [6] u 2001/234/KE [7] li għandhom x’ jaqsmu ma’ ċerti miżuri protettivi rigward il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Istat Membru rispettiv.

(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/246/KE [8] tas-27 ta’ Marzu 2001 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Olanda f’ applikazzjoni ta’ Artikolu 13 tad-Direttiva 85/511/KEE ġiet adottata wkoll biex tippermetti li l-Olanda tapplika bħala miżura prekawzjonali t-tilqima pre-emptiva qabel il-qtil ta’ annimali suxxettibbli f’ impriżi li jinstabu fil-qrib ta’ impriżi infettatti jew suspettati, waqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika u d-densità għolja ta’ annimali suxxettibbli f’ ċerti partijiet tat-territorju.

(5) Il-qtil ta’ speċje perikolati suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ikun telf mhux mixtieq ta’ materjal ġenetiku u jista’ jirriżulta wkoll f’ eradikazzjoni ta’ speċje għalhekk parti li għandha tant valur tal-wirt globali tagħna għandha tiġi protetta kemm jista’ jkun.

(6) Ġonna żooloġiċi jew fondijiet oħra definiti sew approvati jew reġistrati bi speċje perikolati li huma f’ riskju iridu jimplimentaw prattika ta’ trobbija tajba, inklużi l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat id-dħul possibbli ta’ virus tal-ilsien u d-dwiefer fil-fondijiet tagħhom.

(7) Skond Artikolu 13(3) tad-Direttiva 85/511/KEE, fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jemmnu li l-marda tista’ tikkomprometti speċje perikolati, jew annimali oħra bħal ma huma razez estremament rari jew annimali użati għal xogħol ta’ riċerka li ma jistax jiġi mibdul u li huwa importanti li jista’ wkoll jiġi nkluż fuq bażi ta’ każ b’ każ, huwa xieraq li jiġi provdut li l-modalitajiet tekniċi għat-tilqim b’ emerġenza tagħhom għandhom jiġu speċifikati taħt programm li l-Istat Membru jista’ jippreżenta lill-Kummissjoni bħala strument addizzjonali biex jiġu protetti annimali bħal dawn tal-ispeċje suxxettibbli.

(8) Miżuri dettaljati, għall-użu ta’ tilqim, identifikazzjoni u kontroll sosegwenti ta’ dawn l-annimali, jridu jiġu nklużi fil-programm li jrid jiġi sottomess.

(9) Fir-rapport tiegħu tal-10 ta’ Marzu 1999 il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Annimal u l-Assistenza tal-Annimal għamel rakkomandazzjonijiet għall-istrateġija għal tilqim ta’ emerġenza kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li jridu jiġu kunsidrati [9].

(10) Rikors għal xi tip ta’ tilqim, allavolja limitat għal kategoriji speċjali ta’ annimali li mhumiex primarjament konċernati bil-kummrċ, jista’ jikkontribwixxi biex jipperikola l-istat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ termini ta’ kummerċ internazzjonali mhux biss għall-Istat Membru jew parti mit-territorju tiegħu fejn jitwettaq it-tilqim.

(11) Il-Kummissjoni qabel ma tieħu Deċiżjoni fuq tilqim ta’ emerġenza trid tiżgura li l-miżuri li jridu jittieħdu jinkludu għall-inqas dawk provvduti f’Artikolu 13(3) mill-ewwel sas-sitt indent tad-Direttiva 85/511/KEE.

(12) Ikun meħtieġ li jiġu riveduti l-ħtiġijiet preżenti, u r-riskji għall-kummerċ f’ annimali taz-zoo mlaqqma’ fil-Kumitat Xjentifiku u l-"Office International des Epizooties".

(13) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tapplika id-definizzjoni li ġejja: "Speċje perikolata" tfisser dawk l-annimali mniżżla f’ lista f’ kategoriji; Estinti fis-Selvaġġ, Kritikament Perikolati, Perikolati u Vulnerabbli tal-IUCN korrenti – The World Conservation Union Red List of Threatened Species.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġonna żooloġiċi, jew fondijiet oħra definiti sew approvati jew reġistrati bi speċje perikolati li jistgħu ikunu f’ periklu min infezzjoni possibbli minn imxiji tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jimplimentaw prattika veterinarja tajba, u jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa kollha biex jevitaw il-introduzzjoni possibbli tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-fondijiet tagħhom. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu kif meħtieġ: l-ebda movimenti fil-fondijiet ta’ speċje suxxettibbli, li l-ispeċje suxxettibbli jgħixu fuq ġewwa, li jiġi żgurat li ikel u friex mixtrija mhumiex kontaminati, għeluq ta’ djar għall-pubbliku tal-annimali tal-ispeċe suxxettibbli, prevenzjoni ta’ kuntatt u annimali mitmugħa mill-pubbliku, jiġi żgurat li l-ħaddiema ma jkollhomx kuntatt ma’ annimali suxxettibbli barra z-zoo u ma jidħlux f’ erji ta’ protezzjoni u sorveljanza tal-ilsien u d-dwiefer, prevenzjoni ta’ kuntatt ma’ annimali suxxettibbli barra z-zoo, istituzzjoni ta’ kontrolli ta’ disinfezzjoni fil-xtiebi tad-dħul u fl-aċċessi ta’ kull erja ta’ servizz, u l-għeluq temporanju taz-zoo jew parti miz-zoo. Dawn il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ mill-inqas sakemm l-Istati Membri jkunu żguri li r-riskju tad-dħul tal-marda rritornat għas-sitwazzjoni normali.

2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE, b’ mod partikolari Artikoli 4, 5 u 9 miġjuba fih, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jduru lejn tilqim tal-ispeċje perikolati suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ kollezzjonijiet żooloġiċi ta’ speċje perikolati, meqjusa li huma perikolati f’ prossimità ta’ 25 kilometru minn imxija tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, taħt il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Anness.

Jista’ jiġi deċiż fuq bażi ta’ każ b’ każ mill-Istat Membru konċernat li dan it-tilqim jiġi estiż lill-annimali oħra bħal ma huma razez jew annimali estremament rari użati għal xogħol ta’ riċerka importanti u li ma jistax jiġi mibdul b’ xogħol ieħor, li huma meqjusa bħal f’ perikolu ekwivalenti, taħt l-istess kondizzjonijiet kif indikat fuq.

3. Qabel ma jibdew il-miżuri riferiti fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jippreżenta programm bil-ħsieb li jiżgura li Stati Membri oħra u l-Kummissjoni huma uffiċjalment infurmati dwar id-dettalji li jikkonċernaw partikolarment l-indirizz eżatt u l-lokalità tal-kollezzjoni tal-annimali fejn it-tilqim irid jitwettaq, inkluż pjan komprensiv tal-limitu, l-enclosures u pens tal-annimali inkluż identifikazzjoni speċifika, in-numru ta’ annimali li jridu jiġu mlaqqma’ skond l-ispeċje flimkien ma’ l-identità individwali tagħhom u l-lokalità fuq il-pjan, it-tip ta’ tilqima li trid tintuża u l-ħin ta’ meta t-tilqima trid tinbeda u titwettaq, u taċ-ċirkostanzi li jimmotivaw id-deċiżjoni biex jiġu mplimentati l-miżuri.

4. L-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn l-annimali m’ għandhomx jiġu negozjati jew imċaqalqa bejn l-Istati Membri u l-prodotti mill-annimali tagħhom m’ għandhomx jidħlu fil-katina tal-ikel tal-bniedem.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussels, fil-11 ta’ April 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

[4] ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 22.

[5] ĠU L 73, tal-15.3.2001, p. 38.

[6] ĠU L 82, tat-22.3.2001, p. 29.

[7] ĠU L 84, tat-23.3.2001, p. 62.

[8] ĠU L 88, tat-28.3.2001, p. 21.

[9] http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scah/outcome_en.html.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kondizzjonijiet għall-użu ta' tilqim ta' emerġenza fil-kontroll u l-eradikazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f' applikazzjoni ta' Artikolu 13(3) tad-Direttiva 85/511/KEE

1 | Il-punt tal-erja ġijografika li fiha t-tilqim irid jitwettaq | Il-tilqim għandu jitwettaq biss meta imxija tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet konfermata f' 25 km ta' kollezzjoni żooloġika li tikkontjeni speċje perikolati. |

Pjan tal-fondijiet għandu jiġi sottomess b' dettalji tal-enclosures u pens f' relazzjoni ma' l-annimali li qed jiġu mlaqqma' u d-dettalji tal-limiti u ċnut tal-perimetru jew miżuri ta' kontroll oħra. B' żieda ma' dan pjan dettaljat tal-lokalità ġijografika tiegħu u r-relazzjoni tal-impriżi kollha tal-annimali f' raġġ ta' 3 kilometri għandu jiġi sottomess ukoll. |

2 | Speċje u età tal-annimali li jridu jiġu mlaqqma' | L-annimali kollha fil-kollezzjoni tal-ispeċje suxxettibbli indipendentement mis-sess, l-età u l-istat ta' gestation tagħhom. Lista tal-annimali li jridu jiġu mlaqqma' flimkien ma' l-identità individwali tagħhom għandu jiġi provvdut. |

3 | It-tul taż-żmien tal-kampanja tat- tilqim | Kull kampanja għandha titlesta f' 48 siegħa. |

4 | Waqfien speċifiku ta' annimali mlaqqma' u prodotti ta' annimali mlaqqma' | Il-miżuri preskritti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/511/KEE għandhom jgħoddu għal fondijiet li fuqhom sse titwettaq it-tilqima ta' emerġenza sa tletin ġurnata wara li tkun tlestiet l-aħħar tilqima. |

Annimali mlaqqma' m' għandhomx jiġu negozjati jew imċaqalqa bejn l-Istati Membri imma jisgħu jiġu mċaqalqa taħt sorveljanza uffiċjali bejn kollezzjonijiet żooloġiċi tal-istess stat fl-istess Stat Membru. |

Prodotti mill-annimali minn annimali bħal dawn m' għandhomx jidħlu fil-katina tal-ikel |

5 | Identifikazzjoni speċjali u reġistrazzjoni speċjali tal-annimali mlaqqma' | Annimali mlaqqma' jridu jkunu idetifikabbli individwalment u r-rekordi ta' identità ta' dawn l-annimali jridu jkunu annotati b' mod ċar kif xieraq. Marka li ma titħassarx li tindika li l-annimali ġew imlaqqma' għandhom jiġu applikati fil-ħin tat-tilqim kull fejn ikun possibbli. |

6 | Materji oħra xierqa għat-tilqim ta' emerġenza |

6.1 | Eżekuzzjoni tal-kampanja tat-tilqim | Tilqim għandu jitwettaq taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti. Miżuri meħtieġa jridu jkunu fis-seħħ biex tiġi evitata imxija possibbli tal-virus. Xi kwantitajiet residwi tat-tilqima għandhom jiġu ritornati għall-punt tad-distribuzzjoni tat-tilqim b' rekord miktub fuq numru ta' annimali mlaqqma' u n-numru ta' dożi użati. |

Kull fejn ikun possibbli kampjuni tad-demm għandhom jittieħdu qabel ma' u mill-inqas 30 jum wara t-tilqim għal testjar seroloġiku għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Rekord tar-riżultati tat-test iridu jinżammu għal mill-inqas 10 snin. |

6.2 | Tilqima li trid tintuża | It-tilqima inattivata li trid tintuża għandha tiġi formulata b' mod xieraq u għandha tkun effettiva kontra t-tip ta' virus fiċ-ċirkolazzjoni. Għandha tintuża skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant u/jew l-awtoritajiet veterinarji. |

6.3 | Tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm lill-Kummissjoni | Rapport dettaljat dwar l-eżekuzzjoni tal-programm inklużi r-riżultati tat-testjar mwettaq għandu jiġi provvdut lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qafas ta' Kumitat Permanenti Veterinarju. |

--------------------------------------------------