Official Journal L 071 , 13/03/2001 P. 0007 - 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jirrinova program ta' kooperazzjoni fl-Edukazzjoni għola u Edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2001/196/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 149 u 150 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Permezz tad-Deċiżjoni tat-22 May 2000 il-Kunsill awtoriżża lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja Ftehim għall-kooperazzjoni fl-Edukazzjoni għola u stħarriġ professjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. (2) Il-Komunità u l-Istati Uniti ta' l-Amerika jippretendu li jiksbu benfiċju reċiproku minn dina l-kooperazzjoni, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkumplimenta l-programmi bilaterali bejn L-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u tipprovdi valur miżjud Ewropew. (3) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jirrinova program ta' kooperazzjoni fl-Edukazzjoni għola u l-Edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ għandha tiġi approvata, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jirrinova program ta' kooperazzjoni fl-Edukazzjoni għola u l-Edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim hu miżjud ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea lill-Kumitat Konġunt li jirreferi għalih l-Artikolu 6 tal-Ftehim jikkonsisti fi rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jesegwixxi n-notifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001. Għall-Kunsill Il-President A. Lindh --------------------------------------------------