Official Journal L 067 , 09/03/2001 P. 0077 - 0077
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2001 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni ta’ bovini lejn il-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2001) 451) (Test b’rilevanza ŻEE) (2001/184/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, w importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/557/KE [3], tistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini lejn il-Komunità. (2) Is-servizzi veterinarji kompetenti tal-Kanada kienu għaddew talbiet għal emendi tal-listi ta’ gruppi uffiċjalment approvati fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini lejn il-Komunità. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun emendata l-lista ta’ gruppi approvati. Garanziji rigward il-konformità mal-ħtiġijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad- Direttiva 89/556/KEE kienu waslu għand il-Kummissjoni. (3) Il-miżuri kif hemm dispożizzjoni dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE, fil-lista li tikkonċerna ’l Kanada l-gruppi segwenti għandhom ikunu miżjuda: CA | | E 1535 | | Optimum Genetics Ltd 4246 Albert St Regina, Saskatchewan S4S 3R9 | Dr Duncan K. Hockley | CA | | E 1375 | | Clinique vétérinaire Frampton Ent 112 rue Audet Frampton, Québec GOR 1MO | Dr Clermont Roy | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Frar 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, 19.10.89, p. 1. [2] ĠU L 250, 29.08.92, p. 40. [3] ĠU L 235, 19.09.00, p. 30. --------------------------------------------------