32001D0117



Official Journal L 043 , 14/02/2001 P. 0038 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' Jannar 2001

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE fir-rigward ta' equidae li jiġu mill-Bosnija u Ħerżegovina

(notifikata taħt dokument numru C(2001) 158)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(KE) Nru 117/01

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw iċ-ċaqliq u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' equidae [1], kif l-aħħar emendata bl-Att tas-Sħubija ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 12, 15 u 19(i) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KEE [3] u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/623/KE [5], tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali bovini, majjali, equidae, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam;

(2) Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati u equidae għall-tagħmir u produzzjoni huma mniżżla rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [6] u 93/197/KEE [7], it-tnejn li huma kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 2000/209/KE [8].

(3) Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul lura ta' żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/754/KE [10];

(4) Il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta' equidae għall-qatla huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/36/KE [12];

(5) Il-Bosnija u Ħerżegovina hija inkluża fil-lista ta' pajjiżi terzi fid-Deċiżjoni 79/542/KEE u tal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' equidae huma mniżżla fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

(6) Fil-kuntest tal-ġrajjiet li seħħew fir-Repubblika tal-Bosnija u Ħerżegovina f'dak iż-żmien, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/271/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1992 li tikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali li joriġinaw fi jew li jgħaddu mir-Repubblika tal-Bosnija u Ħerżegovina [13], kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/441/KE [14], speċifikament tipprojbixxi l-importazzjoni ta' equidae fil-Komunità.

(7) Wara missjoni tal-Komunità ta' spezzjoni fil-Bosnija u Ħerżegovina s-sitwazzjoni tal-kontroll tas-saħħa taż-żwiemel tidher li mhix sodisfaċenti u nkixfu nuqqasijiet serji fil-konformità mas-sospensjoni ta' importazzjonijiet ta' equidae fil-Komunità.

(8) Waqt li jingħata kont tar-riskji li s-sitwazzjoni mhux kontrollata tas-saħħa taż-żwiemel fil-Bosnija u Ħerżegovina tippreżenta liż-żwiemel tal-Komunità, jidher xieraq li jiġu sospizi l-importazzjonijiet ta' żwiemel mill-Bosnija u Ħerżegovina skond it-termini tad-Direttiva 90/426/KEE.

(9) Id-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu hekk emendati;

(10) B'konsegwenza d-Deċiżjoni 92/271/KEE għandha tiġi mħassra biex tkun tirrifletti l-kondizzjonijiet modifikati ta' importazzjoni.

(11) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-Taqsima 1 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kolonna speċjali għal equidae ħajjin, is-salib (x) fil-linja li tirrelata mal-Bosnija u Ħerżegovina huwa mibdul b'zero (0):

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Il-Bosnija u Ħerżegovina (BA)" hija mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi fil-Grupp B ta' l-Anness I.

2. "Bosnija u Ħerżegovina" hija mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa mniżżel fl-Anness II (B).

3. "Bosnija u Ħerżegovina (BA)" hija mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi fit-tielet indent tal-paragrafu (d) fil-Kapitolu III ta' l-Annessi A, B, C, D u E.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Bosnija u Ħerżegovina (BA)" hija mħassra mill-lista ta' pajjiżi terzi fil-Grupp B ta' l-Anness I.

2. "Bosnija u Ħerżegovina" hija mħassra mill-lista ta' pajjiżi terzi fl-Grupp B tat-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa mniżżel fl-Anness II.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 93/196/KEE hija emendata kif ġej:

"Bosnija u Ħerżegovina" hija mħassra mill-lista ta' pajjiżi terzi fil-Grupp B tan-nota 3 fl-aħħar tal-paġna fl-Anness II.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Bosnija u Ħerżegovina (BA)" hija mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi fil-Grupp B ta' l-Anness I.

2. "Bosnija u Ħerżegovina" hija mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa mniżżel fl-Anness II (B).

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 92/271/KEE hija b'dan imħassra.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56.

[3] ĠU L 162, ta' l-1.7.1996, p. 1.

[4] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15.

[5] ĠU L 260, ta' l-14.10.2000, p. 52.

[6] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[8] ĠU L 64, tal-11.3.2000, p. 22.

[9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[10] ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 34.

[11] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[12] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 57.

[13] ĠU L 138, tal-21.5.1992, p. 39.

[14] ĠU L 171, tas-7.7.1999, p. 17.

--------------------------------------------------