32001D0107



Official Journal L 039 , 09/02/2001 P. 0043 - 0043


Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Jannar 2001

li tiddiferixxi għal ċertu tagħmir tal-pressa trasportabbli, id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE

(notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2001) 139)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/107/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli [1], u b'mod-partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ma hemm l-ebda speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u referenzi adegwati man-normi Ewropej relevanti ma ġew miżjuda ma' l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li jirrigwardja t-trasport ta' merkanzija perikoluża fuq it-toroq [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/61/KE [3], u tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li jirigwardja t-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/62/KE [5], għall-krietel tal-pressjoni, xtillieri ċilindriċi u tankijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/36/KE. Għalhekk, id-data ta' l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar dan it-tagħmir portabbli tal-kompressjoni għandha tkun differita.

(2) L-Artikolu 18 tad-Direttiva 1999/36/KE jipprovdi li, waqt perjodu transitorju ta' 24 xahar mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tagħmir portabbli tal-kompressjoni li jkun konformi mar-regolamenti li jkun hemm fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2001. Għalhekk, id-data ta' l-iskadenza ta' dak il-perjodu għandha wkoll tkun differita.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 1999/36/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Permezz ta' l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 1999/36/KE, id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva msemmiija hija b'dan differita għall-1 ta' Lulju 2003 għall-krietel tal-kompressjoni, xtillieri ċilindriċi u tankijiet.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu tat-tagħmir li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1 li huwa konformi mar-regolamenti li huma fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2003 sa 24 xahar minn dik id-data u għandhom jawtorizzaw it-tqegħid sussegwenti fl-użu ta' dak it-tagħmir li jkun imqiegħed fis-suq qabel dik id-data.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 20.

[2] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7.

[3] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 40.

[4] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25.

[5] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 44.

--------------------------------------------------