Official Journal L 035 , 06/02/2001 P. 0052 - 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2001 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 93/455/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 120) (Test b’relevanza għall-FEE) (2001/96/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE(1) tas-26 ta’ Ġunju 1990 li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ ġewwa l-Komunità ta’ l-ifrat u l-majjali u d-Direttiva 72/462/KEE dwar il-problemi tas-saħħa u ta’ l-ispezzjoni veterinarja fuq importazzjoni ta’ l-ifrat u tal-majjali u tal-prodotti ta’ laħam frisk minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tagħha, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni 91/42/KEE(2), il-Kummissjoni stabbiliet kriterji li għandhom jiġu applikati meta jiġu mfasslin pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. (2) Bid-Deċiżjoni 93/455/KEE(3), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/194/KE(4), il-Kummissjoni approvat ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer. (3) Wara eżaminazzjoni minn missjonijiet ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja rispettivament, dawn il-pjanijiet jagħmluha possibbli biex l-għan mixtieq jintlaħaq u jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 91/42/KEE. (4) Jidher għalhekk xieraq li dawn il-pjanijiet jiġu approvati billi tiġi emendata d-Deċiżjoni 93/455/KEE. (5) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 93/455/KEE hija b’dan il-mezz emendata kif ġej: Il-kliem "l-Awstrija", "il-Finlandja" u "l-Isvezja", huma miżjudin mal-lista ta’ l-Istati Membri fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, fit-18 ta’ Jannar 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni --------------------------------------------------