Official Journal L 032 , 02/02/2001 P. 0001 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 li tissostitwixxi id-Deċiżjoni tal-4 ta' April 1978 dwar l-applikazzjoni ta' ċertu linji gwida fil-qasam ta' krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment (2001/76/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Komunità hija parti għall-Arranġament ta' l-OECD dwar linji gwida għall-krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment, minn hawn "il quddiem imsemmi" l-Arranġament; (2) L-Arranġament huwa s-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta'April 1978, li ġiet estiża b'Deċiżjoni 93/112/KEE [1] u l-aħħar emendata b'Deċiżjoni 97/530/KE [2]; (3) Il-parteċipanti fl-Arranġament ħejjew test ġdid konsolidat li jinkludi l-emendi approvati minnhom wara ir-reviżjoni tal-Arranġament, li kienet saret applikabbli b' Deċiżjoni 93/112/KEE; (4) Meta aċċettat l-emendi u żidiet għall-Arranġament b' Deċiżjoni 97/530/KE, il-Komunità kienet fost l-oħrajn qablet ma dikjarazzjoni ta' prinċipju mill-parteċipanti fl-Arranġament li fiha kienu esprimew l-intenzjoni tagħhom li jgħarblu prinċipji gwida bl-iskop illi jġibu konverġenza fost il-premji ta' krediti għall-esportazzjoni; (5) Il-parteċipanti fil-Arranġament ħejjew serje ta' prinċipji gwida addizzjonali li jkopru d-definizzjoni ta'kriterji minimi ta' sogru sovran u ta' sogru tal-pajjiż fir-rigward ta' premji marbuta ma krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment; dawk il-prinċipji gwida kienu inkorporati fit-test ġdid konsolidat tal-Arranġament b'mod u forma kompatibbli mall-Arranġament; (6) It-test kontenut fl-Anness għad-Deċiżjoni ta'l-4 ta'April 1978 għandu għalhekk jiġi sostitwit bit-test konsolidat tal-Arranġament; dik id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni 93/112/KEE u Deċiżjoni 97/530/KE għandhom għalhekk imunu imħassra, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-linji gwida fl-Arranġament anness ma' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw fil-Komunità. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni tal-4 ta' April 1978 u l-Anness tagħha għandhom jiġu sostitwiti b'din id-Deċiżjoni u l-Anness tagħha. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta'l-4 ta'April 1978, id-Deċiżjoni 93/112/KEE u id-Deċiżjoni 97/530/KE għandhom ikunu imħassra. Artikolu 3 L-Istati Membri huma d-destinatarji ta' din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2000. Għall-Kunsill Il-President C. Pierret [1] ĠU L 44, tal-22.2.1993, p. 1. [2] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 77. -------------------------------------------------- ANNESS (TRADUZZJONI) ARRANĠAMENT DWAR LINJI GWIDA GĦALL- KREDITI GĦALL- ESPORTAZZJONI SOSTNUTI UFFIĊJALMENT WERREJ | Paġna | INTRODUZZJONI | 131 | Il-KAPITOLU 1: KAMP TA' L-APPLIKAZZJONI TA' L-ARRANĠAMENT | 132 | 1. Parteċipazzjoni | 132 | 2. Kamp ta' l-applikazzjoni | 132 | 3. Applikazzjonijiet u esklużjonijiet settorjali speċjali | 132 | 4. Reviżjoni | 133 | 5. Irtirar | 133 | 6. Monitoraġġ | 133 | Il-KAPITOLU II: DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI FUQ L-ESPORTAZZJONI | 133 | 7. Ħlas bi flus kontanti | 133 | 8. Kondizzjonijiet ta' rimbors | 133 | 9. Punt tal-bidu tal-kreditu | 133 | 10. Terminu massimu ta' rimbors | 134 | 11. Kondizzjonijiet speċjali għal-impjant ta' l-enerġija barra minn impjant ta' l-enerġija nukleari | 134 | 12. Klassifika ta' pajjiżi għat-termini massimi tar-rimbors | 134 | 13. Rimbors tal-kapital | 135 | 14. Ħlas ta' l-imgħax | 135 | 15. Rati minimi ta' l-imgħax | 135 | 16. Stabbiliment ta' Rati ta' Imgħax Kummerċjali ta' Referenza (RIKR) | 136 | 17. Applikazzjoni ta' l-RIKR | 136 | 18. Rati ta' imgħax kosmetiċi | 136 | 19. Sostenn uffiċjali għal-rati ta' imgħax kosmetiċi | 137 | 20. Premji minimi | 137 | 21. Metodoloġija għall-klassifika tas-sogru tal-pajjiż | 138 | 22. Livelli minimi għall-premju | 138 | 23. Kundizzjonijiet konnessi | 139 | 24. Strumenti biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-premju | 139 | 25. Kosti lokali | 140 | 26. Perjodu ta' Validità għall-krediti għall-esportazzjoni | 140 | 27. L-ebda impenn ta' deroga għall-krediti ta' esportazzjoni | 140 | 28. Azzjoni biex jiġi evitat jew imnaqqas it telf | 141 | 29. Allinjament | 141 | l-KAPITOLU III. DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MALL-KUMMERĊ | 141 | 30. Prinċipji ġenerali dwar l-għajnuna marbuta | 141 | 31. Definizzjoni ta' l-għajnuna marbuta | 141 | 32. Forom ta' l-għajnuna marbuta | 142 | 33. Finanzjament assoċjat | 142 | 34. Kif pajjiż ikun intitolat għall-għajnuna marbuta | 143 | 35. Kif proġett ikun intitolat għall-għajnuna marbuta | 143 | 36. Derogi mir-regoli dwar kif ikunu intitolati | 144 | 37. Definizzjoni tal-livelli ta' konċessjoni għall-għajnuna marbuta | 144 | 38. Kalkolu tal-livell ta' konċessjoni ta' l-għajnuna marbuta | 144 | 39. Perjodu ta' validità għall-għajnuna marbuta | 145 | 40. Impenn li ma tintalabx deroga għall-għajnuna marbuta | 146 | 41. Allinjament | 146 | Il-KAPITOLU IV: PROĊEDURI | 147 | Taqsima 1: Disposizzjonijiet komuni għall-krediti għall-esportazzjoni u għajnuna relatata mall-kummerċ | 147 | 42. Impenn | 147 | 43. Impenn sod | 147 | 44. Żmien għar-risposti | 147 | 45. Formola standard għall-avviżi kollha | 147 | 46. Informazzjoni dwar sostenn uffiċjali | 147 | Taqsima 2: Proċeduri ta' avviż għall-krediti għall-esportazzjoni | 148 | 47. Derogi: Notifika preċedenti b'diskussjoni | 148 | 48. Eċċezzjonijiet permessi: Avviż preċedenti b'diskussjoni | 148 | 49. Eċċezzjonijiet permessi: Avviż preċedenti mingħajr diskussjoni | 148 | 50. Allinjament ta' derogi | 149 | 51. Allinjament ta' eċċezzjonijiet permessi | 149 | 52. Allinjament ta' termini u kondizzjonijiet li ma jikkonformawx u li ma ġewx avżati | 149 | 53. Allinjament ta' termini u kondizzjonijiet offerti minn min ma jkunx parteċipant | 150 | Taqsima 3: Proċeduri ta' avviż għall-għajnuna relatata mall-kummerċ | 150 | 54. Derogi: Avviż preċedenti b'diskussjoni | 150 | 55. Avviż preċedenti | 150 | 56. Notifika immedjata | 151 | 57. Eżenzjonijiet għall-għajnuna bla rbit | 151 | 58. Eżenzjonijiet għall-assistenza teknika u proġetti żgħar | 151 | 59. Status vinkolanti ta' l-għajnuna | 151 | 60. Allinjament ta' notifiki preċedenti | 151 | 61. Allinjament ta' notifiki immedjati | 152 | Taqsima 4: Proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna relatata mall-kummerċ | 152 | 62. Skop tal-konsultazzjonijiet | 152 | 63. Kamp u żmien tal-konsultazzjonijiet | 152 | 64. Proċeduri tal-konsultazzjoni għall-proġetti kbar | 152 | 65. Riżultat tal-konsultazzjonijiet | 153 | Taqsima 5: Proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mall-kummerċ | 153 | 66. Punti ta' kuntatt | 153 | 67. Kamp tat-talba ta' informazzjoni | 153 | 68. Kamp ta' tweġibiet | 153 | 69. Konsultazzjonijiet diretti | 154 | 70. Linji komuni | 154 | 71. Proċeduri u format ta' linji komuni | 154 | 72. Tweġibiet għall-proposti ta' linja komuni | 155 | 73. Aċċettazzjoni ta' linji komuni | 155 | 74. Nuqqas ta' qbil dwar linji komuni | 155 | 75. Data li tidħol fis-seħħ linja komuni | 155 | 76. Validità ta' linji komuni | 156 | 77. Devjazzjoni minn linja komuni | 156 | Taqsima 6: Disposizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni ta' rati ta' imgħax minimu (RIKR) | 156 | 78. Komunikazzjoni ta' rati ta' imgħax minimu | 156 | 79. Data ta' dħul fis-seħħ għall-applikazzjoni ta' rati ta' imgħax | 156 | 80. Tibdil immedjat fir-rati ta' imgħax | 157 | Taqsima 7: Disposizzjonijiet operattivi għall-iskambju ta' informazzjoni għall-premju | 157 | 81. Skambju elettroniku ta' informazzjoni għall-premju (SEI) | 157 | Taqsima 8: Reviżjonijiet | 157 | 82. Reviżjoni annwali | 157 | 83. Reviżjoni tar-rati ta' imgħax minimi | 157 | 84. Reviżjoni tal-kriterji ta' premju minimu u ta' materji relatati | 157 | Il-KAPITOLU V: IX-XOGĦOL FIL-FUTUR | 158 | 85. Ħall ta' rbit globali | 158 | 86. Purtelli fis-swieq | 158 | 87. Setturi | 158 | 88. Nuqqas ta' qbil fl-interpretazzjoni | 158 | L-ANNESS I: INTIŻA SETTORJALI DWAR KREDITI TA' ESPORTAZZJONI TAL-BASTIMENTI | 159 | L-ANNESS II: INTIŻA SETTORJALI DWAR KREDITI TA' ESPORTAZZJONI TA' L-IMPJANTI TA' ENERĠIJA NUKLEARI | 161 | L-ANNESS III: INTIŻA SETTORJALI DWAR KREDITI TA' ESPORTAZZJONI TA' L-AJRUPLANI ĊIVILI | 164 | APPENDIĊI – LISTA ILLUSTRATTIVA | 170 | L-ANNESS IV: FORMOLA STANDARD GĦALL-AVVIŻI | 173 | L-ANNESS V: FORMOLA STANDARD GĦALL-AVVIŻI DWAR EĊĊEZZJONIJIET PERMESSI MILL-KRITERJI TA' PREMJU MINIMU | 175 | L-ANNESS VI: LISTA TA' KONTROLL TA' KWALITÀ TA' ŻVILUPP | 177 | L-ANNESS VII: SKAMBJU ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI (SEI) | 179 | INTRODUZZJONI Skop u Applikazzjoni L-iskop prinċipali ta' l-Arranġament dwar il-linji gwida ta' krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment, msemmija f'dan id-dokument bħala l-Arranġament, huwa li jipprovdi l-qafas għall-użu ordinat ta' krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment. L-Arranġament ifittex li jinkoraġixxi kompetizzjoni fost l-esportaturi mill-pajjiżi esportaturi ta' l-OECD ibbażata fuq il-kwalità u prezz ta' merkanzija u servizzi esportati iktar milli fuq il-kondizzjonijiet l-iktar favorevoli uffiċjalment sostnuti. L-Arranġament japplika għall-krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment b' termini ta' rifużjoni ta' sentejn jew iktar, relatati ma' l-esportazzjoni ta' merkanzija u/jew servizzi jew ma keri finazjarju, i.e. kiri ekwivalenti fil-fatt ma kuntratt ta' bejgħ. L-Arranġament jitratta dwar iċ-ċirkustanzi li fihom sostenn uffiċjali fil-forma ta' għajnuna marbuta u relatata mall-kummerċ u parzjalment maħlula – msemmi fl-arranġament kollu bħala għajnuna marbuta – tista' tingħata u/jew imħallta ma krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment. "Sostenn uffiċjali" [1] jista'jieħu l-forma ta' krediti/finanzjamenti diretti, rifinanzjament, sostenn tar-rati ta' l-imgħax, finanzjament ta' għajnuna (krediti u għotijiet), assigurazzjonijiet u garanziji għall-kreditu ta' l-esportazzjoni. Il-krediti/finanzjamenti diretti, ir-rifinanzjament u s-sostenn għall-rata ta' imgħax huma msemmija bħala sostenn uffiċjali tal-finanzjament. L-Arranġament jillimita it-termini u l-kondizzjonijiet tal-krediti għall-esportazzjoni li jibbenefikaw minn sostenn uffiċjali. Daw il-limiti jinkludu il-kriterji minimi tal-premju, il-minimu ta'ħlas li għandu jsir in kontanti fil-jew qabel il-bidu tal-kreditu, it-termini massimi għar-rifużjoni hu r-rati minimi ta'imgħax li jibbenefikaw minn sostenn uffiċjali tal-finanzjament. Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq l-għoti ta'għajnuna marbuta. Finalment, l-Arranġament jinkludi proċeduri għad-derogi minn u eċċezzjonijiet possibli għal dawn ir-restrizzjonijiet, kif ukoll proċeduri għall-avviż minnufih u preċedenti, għall-konsultazzjoni, għall-iskambju ta'informazzjoni u għar-reviżjoni. It-tagħmir militari u l-prodotti agrikoli huma esklużi mill-applikazzjoni ta' l-Arranġament. Linjigwida speċjali japplikaw għall-bastimenti, impjanti ta' enerġija nukleari u ajruplani. Dikjarazzjoni ta' Impenn L-Arranġament jistabilixxi termini u l-kondizzjonijiet l-iktar favorevoli ta' rimbors li jistgħu jiġu sostnuti. Il-parteċipanti kollha jirrikonixxu r-riskju li maż-żmien, dawn it-termini u kondizzjonijiet massimi għar-rimbors jistgħu jitqiesu bħala prattika normali. Huma għalhekk jimpenjaw ruħhom biex jieħdu l-passi neċessarji biex jipprevjenu li dan ir-riskju ma jistax javvera ruħu. Tradizzjonalment, ċerti setturi kummerċjali jew industrijali seta' kellhom termini u kondizzjonijiet ta' rimbors inqas favorevoli mill-massimu permess taħt dan l-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw dawn it-termini u kondizzjonijiet konswetudinali u ser jagħmlu dak kollu li fis-setgħa tagħhom jista' jsir biex jinżammu it-termini u l-kondizzjonijiet ta' kreditu skond il-konswetudini. Status L-Arranġament, li żviluppa fil-kwadru ta' l-OECD, sar f'April 1978 wara ftehim bejn il-Parteċipanti. L-Arranġament hu "Arranġament Informali" (Gentlemen's Agreement) bejn il-Parteċipanti. L-Arranġament m'huwiex Att ta'l-OECD, għalkemm jirċievi sostenn amministrattiv mis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat). KAPITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI TA' L-ARRANĠAMENT 1. PARTEĊIPAZZJONI (a) Il-Parteċipanti fl-Arranġament huma: L-Awstralja, l-Kanada, l-Komunità Ewropea (li tinkludi l-pajjiżi li ġejjin: l-Awstrija, l-Belġju, d-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Ġermanja, Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Lussemburgu, l-Olanda, l-Portugall, Spanja, l-Isvezja, u r-Renju Unit), il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti; (b) Il-Parteċipanti jaqblu li jirrispettaw u li japplikaw il-kundizzjonijiet ta' l-Arranġament. Pajjiżi oħra li jixtiequ japplikaw dawn il-Linjigwida jistgħu isiru Parteċipanti wara illi isirilhom invit mill-Parteċipanti preżenti. 2. KAMP TA'L-APPLIKAZZJONI L-Arranġament għandu japplika għall-kull għanjuna uffiċjali għall-esportazzjoni ta'merkanzija u/jew servizzi, jew għall-kiri finanzjarju, li għandhom termini ta'rifużjoni (kif definit fl-Artikolu (8) ta'sentejn jew iktar. Dan mingħajr ma jagħmel differenza jekk is-sostenn uffiċjali għall-krediti għall-esportazzjoni ikunx ingħata permezz ta' krediti/finanzjament diretti, rifinanzjament, sostenn għar-rati ta' l-imgħax, garanzija jew assigurazzjoni. L-Arranġament japplika wkoll għall-sostenn uffiċjali fil-forma ta'għajnuna marbuta. 3. APPLIKAZZJONIJIET U ESKLUŻJONIJIET SPEĊJALI SETTORJALI Il-parteċipanti għandhom japplikaw linjigwida speċjali għas-setturi li ġejjin: (a) Bastimenti L-Arranġament għandu japplika għal bastimenti li m'humiex koperti mill-Intiża dwar Krediti għall-esportazzjonijiet ta' Bastimenti (L-Anness I). Meta Parteċipant ikun beħsiebu jagħti kundizzjonijiet ta' sostenn għal bastiment kopert mill-Intiża – u għalhekk mhux minn dan l-Arranġament – illi jkunu iktar favorevoli mill-kundizzjonijiet permessi minn dan l-Arranġament, il-Parteċipant għandu javża lill-Parteċipanti l-oħra kollha b' dwan il-kundizzjonijiet. Il-proċeduri approprjati għall-avviż jidhru fl-Artikolu 49. (b) Impjant ta' Enerġija Nukleari L-Arranġament għandu japplika, ħlief meta d-disposizzjoni korrispondenti teżisti fl-Intiża Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni ta' Impjant ta' Enerġija Nukleari (L-Anness II), li tintegra l-Arranġament, l-Intiża Settorjali għandha tipprevali. L-Arranġament għandu japplika għall-sostenn uffiċjali mogħti għall-ismantellament ta' impjant ta' enerġija nukleari, i.e. l-għeluq jew l-ismantellar ta'impjant nukleari. (ċ) Ajruplani L-Arranġament għandu japplika, ħlief li meta Disposizzjonijiet korrispondenti jeżistu fl-Intiża Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni ta' Ajruplan Ċivili (L-Anness III), li tintegra l-Arranġament, l-Intiża Settorjali tipprevali. (d) Esklużjonijiet L-Arranġament ma japplikax għall-sostenn uffiċjali li għandu x'jaqsam ma l- esportazzjonijiet ta': - Materjal Militari, jew - Prodotti Agrikoli. 4. REVIŻJONI Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu, mill-inqas kull sena, l-funzjonament ta' l-Arranġament. Id-Disposizzjonijiet tiegħu jiġu riveduti skond ir-reviżjoni kif jidher fl-Artikoli 82,83 u 84. 5. IRTIRAR L-Arranġament huwa għall-żmien indefinit, ma dan kollu Parteċipant jista' jirtira minnu billi javża lill-Parteċipanti l-oħra bil-kitba permezz ta' komunikazzjoni istantanja, eż. Sistema ta' Informazzjoni Online ta' l-OECD (OLIS), telex, telefax. L-irtirar ikollu effett sittin jum skond il-kalendarju wara li n-notifika tiġi rċevuta mill-Parteċipanti. 6. MONITORAĠĠ Is-segretarjat għandu jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' l-Arranġament. KAPITOLU II DISPOSIZZJONIJIET GĦALL- KREDITI TA' L-ESPORTAZZJONI 7. ĦLAS BI FLUS KONTANTI (a) Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu illi x-xerreja ta' merkanzija u servizzi li jistgħu jieħdu sostenn uffiċjali jagħmlu ħlas kontanti ta' mill-inqas 15 fil-mija tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni mal jew qabel il-bidu tal-punt ta' kreditu kif definit fl-Artikolu 9; (b) il-valur tal-kuntratti ta' esportazzjoni huwa l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew għan-nom tax-xerrej tal-merkanzija u/jew servizzi esportati, i.e. mingħajr il-kosti lokali kif definiti fl-Artikolu 25 u kif ukoll l-imgħax. Fil-każ ta' kiri, tiġi eskluża dik il-parti tal-ħlas li hija ekwivalenti għall-imgħax; (ċ) is-sostenn uffiċjali għal dawn il-pagamenti f'kontanti jista' jieħu forma biss ta' assigurazzjoni u garanziji, i.e. sempliċi kopertura, kontra r-riskji tas-soltu preċedenti il-kreditu; (d) għall-istima ta' dawn il-pagamenti f'kontanti, il-valur tal-kuntratt ta' l-esportazzjoni jista' jiġi mnaqqas proporzjonatament jekk in-negozju jinkludi merkanzija u servizzi minn pajjiż terz li ma jkunux mogħtija sostenn uffiċjali; (e) il-pagamenti li jinżammu bħala garanzija li jkunu saru wara l-bidu tal-punt ta' kreditu ma jitqiesux bħala pagamenti f' kontanti f'dan il-kuntest. 8. KUNDIZZJONIJIET TA' RIMBORS It-terminu tar-rimbors huwa iż-żmien bejn il-bidu tal-punt tal-kreditu, kif definit fl-Artikolu 9, u id-data kuntrattwali tal-pagament finali. 9. PUNT TAL-BIDU TAL-KREDITU Id-definizzjoni fl-Arranġament hija bbażata fuq id-definizzjoni ta'l-Unjoni ta' Berna tat-termini "punt tal-bidu tal-kreditu": (a) fil-każ ta' kuntratt ta' bejgħ ta' merkanzija ta' tagħmir li tikkonsisti f'oġġetti individwali li jistgħu jintużaw weħidhom (eż. lokomotivi), il-punt tal-bidu huwa data medja jew id-data attwali meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tal-merkanzija f'pajjiżu stess; (b) fil-każ ta'kuntratt ta' bejgħ ta' merkanzija ta' tagħmir għall-impjant sħiħ jew fabbriki meta min jissuplixxi m'għandu l-ebda responsabbiltà li jimmuntahom biex jaħdmu, il-punt tal-bidu hi d-data li fiha ix-xerrej ikun ser jieħu l-pussess fiżiku tat-tagħmir sħiħ (esklużi ir-rikambji) previst fil-kuntratt; (ċ) fil-każ ta' kuntratti ta' kostruzzjoni meta il-kuntrattur ma jkollux responsabbiltà li jqiegħed fl-użu, il-punt tal-bidu jkun id-data meta l-kostruzzjoni tkun lesta; (d) fil-każ ta' kuntratt meta min jissuplixxi jew il-kuntrattur ikollhom responsabiltà kuntrattwali li jqiegħedu fl-użu, il-punt tal-bidu ikun d-data meta, wara l-installazzjoni jew il-kostruzzjoni, ikunu saru kontrolli preliminari biex jiġi assigurat li jkun lest biex jaħdem. Dan japplika kemm jekk ikun ġie konsenjat lix-xerrej f'dak il-mument skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt u kemm jekk le u irrispettivament minn xi impenn li jkompli li jista' jkollu min jissuplixxi jew il-kuntrattur (eż. li jiggarantixxi il-funzjonament effettiv jew li jħarreġ ħaddiema lokali); (e) fil-każijiet tas-subparagrafi (b) sa (d) hawn fuq, meta il-kuntratt jipprevedi l-eżekuzzjoni separata ta' partijiet individwali ta' proġett, d-data tal-punt tal-bidu tkun id-data tal-bidu ta' kull parti separata, jew id-data medja ta' dawk il-punti tal-bidu, jew, jew meta min jissuplixxi ikollu kuntratt, mhux għall-proġett kollu iżda għall-parti essenzjali tiegħu, l-punt tal-bidu jista' jkun dak li jkun approprjat għall-proġett fit-totalità tiegħu. 10. TERMINU MASSIMU TA' RIMBORS It-terminu massimu ta' rimbors ivarja skond il-klassifika tal-pajjiż tad-destinazzjoni stabbilità bil-kriterji fl-Artikolu 12. (a) Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta' rimbors huwa ta' ħames snin, bil-possibilità ta' Ftehim għall-tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għall-avviż preċedenti stabbiliti fl-Artikolu 49; (b) għall- pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta' rimbors huwa ta'għaxar snin; (ċ) m'għandux jingħata sostenn uffiċjali meta hemm prova ċara li l-kuntratt ikun sar ma xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-merkanzija bl-iskop uniku li jinkisbu l-iktar kundizzjonijiet favorevoli ta' rimbors; (d) meta kuntratt jinvolvi iktar minn pajjiż wieħed ta' destinazzjoni l-Parteċipanti għandhom jippruvaw jistabbilixxu linja komuni skond il-proċeduri fl-Artikolu 71 sa 77 biex jkun ftehim fuq kundizzjonijiet xierqa. 11. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL-IMPJANT TA' L-ENERĠIJA BARRA MINN IMPJANT TA' L-ENERĠIJA NUKLEARI (a) Għal-impjanti ta' enerġija barra minn l-impjanti ta' enerġija nukleari, t-terminu massimu ta' rimbors għandu jkun tnax -il sena. Jekk Parteċipant ikun beħsiebu jagħti sostenn lill-terminu ta' rimbors itwal minn ħames snins għall-pajjiżi minn Kategorija I jew minn għaxar snin għall-pajjiżi tal-Kategorija II, il-Parteċipant għandu jgħati avviż minn qabel skond il-proċedura fl-Artikolu 49; (b) impjanti ta' l-enerġija barra minn impjanti ta' enerġija nukleari huma stazzjonijiet ta' l-enerġija kompleti, jew partijiet tagħhom li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; jinkludu l-komponenti kollha, it-tagħmir, il-materjali, u s-servizzi (inkluż it-taħriġ tal-ħaddiema) meħtieġa direttament għall-konstruzzjoni u tqegħid fl-użu ta' dawn l-istazzjonijiet ta' enerġija non-nukleari. Dan ma jinkludix oġġetti li għalihom li x-xerrej soltu jkun responsabbli, eż. kosti relatati ma' żvilupp ta' l-art, toroq, bini fuq il-lant tax-xogħol, fili ta'l-elettriku, u l-istallazzjoni għat-trasmissjoni ta' l-enerġija u għas-servizz ta'l-ilma; kif ukoll spejjeż li jsiru mħabba proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali (eż. permessi tas-sit, ta' kostruzzjoni u ta' tagħbija tal-karburanti) fil-pajjiż tax-xerrej. 12. KLASSIFIKA TA' PAJJIŻI GĦAL TERMINI MASSIMI TA' RIMBORS (a) Pajjiżi tal-Kategorija I huma dawk li qegħdin fil-gradwatorja tal-Bank Mondjali [2]. Il-pajjiżi l-oħrajn kollha huma fil-Kategorija II. Il-livell tal-gradwatorja tal-Bank Mondjali hu kkalkulat mill-ġdid kull sena. Pajjiż ibiddel il-kategorija biss wara li l-livell fil-kategorija tal-Bank Mondjali ikun baqa l-istess għal sentejn konsekuttivi; (b) Dawn il-kriterji u proċeduri operattivi japplikaw meta jiġu kklassifikati il-pajjiżi; 1. il-klassifika għall-iskopijiet ta' l-Arranġament hija stabbilità skond id-dħul per capita kif ikkalkolat mill-Bank Mondjali għall-iskopijiet tal-klassifika mill-Bank Mondjali tal-pajjiżi li jisselfu; 2. f'każijiet meta il-Bank Dinji m'jkollux informazzjoni biżżejjed biex jippubblika id-dħul per capita, il-Bank Mondjali jintalab jagħmel stima il-pajjiż in kwistjoni ikollux dħul per capita, ‘il fuq jew taħt l-għatba attwali. Il-pajjiż jiġi klassifikat skond l-istima sakemm il-Parteċipant ma jiddeċiedux li jaġixxi mod ieħor; 3. jekk il-pajjiż jiġi riklassifikat skond l-Artikolu 12(a) ir-riklassifika tidħol fis-seħħ ġimagħtejn wara li l-konklużjonijiet li jaslu għalihom mill-informazzjoni mogħtija mill-Bank Mondjali jiġu kkomunikati mis-Segretarjat lill-parteċipanti kolla; 4. fil-każijiet meta il-Bank Mondjali jirrevedi l-figuri, ma jingħatax każ tar-reviżjonijiet fir-rigward ta' l-Arranġament. Madankollu, il-klassifika ta' pajjiż tista' tinbidel permezz ta' linja komuni u l-Parteċipanti jikkonsidraw favorevolment tibdil minħabba żbalji jew ommissjonijiet fil-figuri li jiġu rikonoxxuti fl-istess sena kalendarja li fiha l-figuri ikunu ġew distribwiti mis-Segretarjat. 13. RIMBORS TAL-KAPITAL (a) Normalment is-somma kapitali ta' kreditu għall-esportazzjoni għandha tiġi mħallsa lura b'pagamenti regolari mhux inqas minn kull sitt xhur, bl-ewwel pagament isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu; (b) fil-każ ta' kiri, din l-iskala ta' pagamenti tista tiġi applikata jew għall-ammont tal-kapital biss, jew għall-ammont tal-kapital u l-imgħax flimkien; (ċ) jinħtieġ avviż minn qabel skond l-Artikolu 49 jekk Parteċipant ma jkunx beħsiebu li jsegwi din il-prattika. 14. ĦLAS TA' L-IMGĦAX (a) Normalment l-imgħax ma jiġix kapitalizzat matul il-perjodu ta' ħlas lura, iżda jkun irid jitħallas mux iktar tard minn kull sitt xhur, bl-ewwel pagament jsir mhux iktar tard minn sitt xhur mill-punt tal-bidu tal-kreditu; (b) jinħtieġ avviż minn qabel skond l-Artikolu 49 jekk Parteċipant ma jkunx beħsiebu li jsegwi din il-prattika. (ċ) l-imgħax jeskludi: - kull pagament li jsir bħala premju u kull ħlas għall-assigurazzjoni jew il-garanzija ta' krediti ta' provvista jew krediti finazjarji. Meta is-sostenn uffiċjali huwa mogħti permezz ta' krediti/finanzjament diretti jew rifinanzjament, il-premju jista' jew jiġi magħdud mal-valur apparenti tar-rata ta' l-imgħax jew jista' jitqies bħala ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom jiġu speċifikati separatament lill-Parteċipanti, - kull pagament ieħor bħala drittijiet bankarji jew kummissjonijiet li għandhom x'jaqsmu mall-kreditu għall-esportazzjoni għajr minn drittijiet bankarji annwali jew semi-annwali pagabbli matul iż-żmien tal-ħlas lura, u - ir-ritenuti fiskali imposti mill-pajjiż improtatur. 15. RATI MINIMI TA' IMGĦAX Il-Parteċipanti illi jagħu sostenn uffiċjali għall-finanzjament permezz ta'krediti/finanzjament diretti, rifinanzjament, jew sostenn għar-rata ta' l-imgħax għandhom japplikaw rati minimi ta' imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-Rati ta' Referenza ta' l-imgħax kummerċjali relevanti (RIKR). RIKR huma rati ta' imgħax stabbiliti skond il-prinċipji li ġejjin: - RIKR għandhom jirrapreżentaw ir-rati ta' l-imgħax għal-self kummerċjali finali fis-suq domestiku tal-munita in kwistjoni, - RIKR għandhom jikkorrispondu mill-qrib għar-rata pprattikata għal mutwatarji domestiċi ta' l-ewwel klassi, - RIKR għandhom ikunu bbażati, meta approprjat, fuq il-kost ta' fiananzjament ta' finanza b'rata ta' imgħax fissa f'perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin, - RIKR m'għandhomx iġibu distorsjoni fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni domestiċi, u - RIKR għandhom jikkorrispondu mill-qrib għal rata li tiġi pprattikata għal mutwatarji barranin ta'l-ewwel klassi. 16. STABBILIMENT TA' RIKR (a) Skond il-prinċipji ta' l-Artikolu 15, l-RIKR għandhom jiġu stabbiliti f'marġini fiss ta' 100 punti bażiċi ogħla mir-rati bażi rispettivi sakemm il-Parteċipanti ma jiftiehmux mod ieħor; (b) Kull Parteċipant għandu jagħżel fil-bidu wieħed miż-żewġ sistemi ta' rati bażiċi għall-munita nazzjonali tiegħu: - rendiment ta' titoli statali ta' tlett snin għall-kundizzjonijiet ta' ħlas lura sa u jinkludu ħames snin; rendiment ta' titoli statali ta' ħames snin għall-kundizzjonijiet ta' ħlas lura ta' iktar minn ħamsa sa u jinkludu tmien snin u nofs; u rendiment ta' titoli statali ta' seba' snin għall-kundizzjonijiet ta' ħlas lura iktar minn tmien snin u nofs, jew - rendiment ta' titoli statali ta' ħames snin għall-iskadenzi kollha. L-Eċċezzjonijiet għas-sistema ta'rata bażi għandhom ikunu miftehma bejn il-Parteċipanti. (ċ) l-eċċezzjonijiet għas-sistema ta'rata bażi huma ir-RIKR tal-Yen, li hi bbażata fuq ir-Rata prima f'terminu twil - RPTT bi tnaqqis ta' 20 punt bażi għall-iskadenzi kollha; u ir-RIKR ta' l-euro, li hija bbażata fuq ir-rendiment tas-suq sekondarju fuq titoli ta' l-euro ta' perjodu medju fil-borsa tal-Lussemburgu b'żieda ta'50 punt bażi; (d) Parteċipanti oħra għandhom jużaw il-metodu magħżul meta jiddeċiedu li jiffinanzjaw b'dik il-munita; (e) Parteċipant jista' jibdel is-sistema tar-rata bażi wara li jagħti avviż ta' sitt xhur minn qabel u wara li jieħu il-parir tal-Parteċipanti; (f) jekk Parteċipant li jixtieq li jagħti sostenn uffiċjali fil-munita ta'pajjiż li ma hux Parteċipanti jista' jipproponi li ssir RIKR f'dik il-munita billi jintużaw il-proċeduri tal-linja komuni skond l-Artikoli 70 sa 77. 17. APPLIKAZZJONI TA' L-RIKR (a) Ir-rata ta' l-imgħax li tkun applikabbli għal negozju partikolari m'għandiex tkun iffissata għal perjodu itwal minn 120 ġurnata. Marġini ta' 20 punti bażi għandu jingħadd ma' l-RIKR jekk il-kundizzjonijiet għas-sostenn uffiċjali tal-finanzjament ikunu stabbiliti qabel id-data tal-kuntratt; (b) Meta is-sostenn uffiċjali għall-finanzjament jingħata għall-self b'rati varjabbli, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra m'għandhomx jitħallew li joffru l-opzjoni ta' l-inqas bejn l-RIKR (fil-mument tal-kuntratt oriġinali) u r-rata tas-suq ta' perjodu qasir matul iż-żmien kollu tas-self. 18. RATI TA' IMGĦAX KOSMETIĊI Rati ta' l-imgħax kosmetiċi huma rati iktar baxxi mir-rata RIKR relevanti, li jieħdu sostenn uffiċjali, u li jistgħu jkun fihom miżura kompensatorja inkluża żieda korrispondenti fil-valur tal-kuntratt jew xi aġġustament ieħor fil-kuntratt. 19. SOSTENN UFFIĊJALI GĦALL-RATI TA' IMGĦAX KOSMETIĊI (a) Sostenn ta' finanzjament uffiċjali permezz ta'finanzjament dirett m'għandux jingħata iktar baxx mir-rati RIKR relevanti; (b) Sostenn uffiċjali jista' jingħata mill-mezzi li ġejjin: - sostenn ta' finanzjament uffiċjali, barra minn dak imsemmi fuq, sakemm dan is-sostenn ma jiġix offrut b' rati ta' imgħax kosmetiċi, u/jew - sostenn uffiċjali fil-forma ta'assigurazzjoni u garanziji, i.e. kopertura sempliċi; (ċ) jekk Parteċipant ieħor jistaqsi dwar negozju, l-Parteċipant li jkun beħsiebu jagħti sostenn il dak in-negozju għandu jagħmel mill-aħjar biex jagħti stampa ċara tal-kundizzjonijiet finanzjarji u tal-mekkaniżmu inkluża il-miżura kompensatorja; (d) Parteċipant li jkollu informazzjoni li tagħti x'tifhem il-kundizzjonijiet li ma jikkonformawx ikunu ġew offerti minn Parteċipant ieħor għandu jagħmel sforz raġonevoli biex jistabilixxi jekk in-negozju ikunx se jibbenefika jew le minn sostenn ta' finanzjament uffiċjali, u jekk il-kundizzjonijiet ta' dan is-sostenn jikkonformawx jew le mad-Disposizzjonijiet ta'l-Artikolu 15 tal-Arranġament. Dan il-Parteċipant jitqies li għamel sforz raġonevoli jekk ikun informa, permezz ta' komunikazzjoni istantanja, lill-Parteċipant l-ieħor illi jkun assuma li kien offra dawn il-kundizzjonijiet li ma jikkonfermawx, bl-intenzjoni tiegħu li jallinja ruħu. Jekk kemm-il darba il-parteċipant li jkun maħsub li qed joffri kundizzjonijiet li ma jikkonformawx ma jiddikkjarax fi żmien tlett ijiem utli li n-negozju ma jibbenefikax minn sostenn ta' finanzjament uffiċjali jew illi l-kundizzjonijiet ta' sostenn ta' finanzjament uffiċjali jikkonformaw mad-Disposizzjonijiet ta'l-Artikolu 15 ta' l-Arranġament, il-Parteċipant li jallinja ruħu ikollu d-dritt li jallinja l-istess kundizzjonijiet skond il-proċedura ta' l-Artikolu 50. 20. PREMJU MINIMU (a) Il-Parteċipanti li jagħtu sostenn uffiċjali permezz ta'krediti/finanzjament diretti, rifinanzjament, assigurazzjoni u garanziji għall-kreditu għall-esportazzjoni, għandhom jimponu xejn inqas mill-livell tal-premju minimu għar-riskju sovran u għar-riskju tal-pajjiż, kemm jekk l-akwirent jew il-mutwatarju huwa enti privat u kemm jekk huwa pubbliku; (b) ir-riskju sovran huwa dak garantit assolutament mill-Istat, eż. il-Ministeru tal-Finanzi jew il-Bank Ċentrali; (ċ) riskju tal-pajjiż huwa l-istima dwar jekk pajjiż hux sejjer isostni d-djun esteri. Il-ħames elementi ta' riskju tal-pajjiż huma: - moratorju ġenerali magħmul mill-gvern ta' l-akkwirent/mutwatarju/garanti jew ta' l-aġenziji li tagħmel il-pagamenti fuq il-pagamenti kolla lura - ġrajja politiċi u/jew diffikulatjiet ekonomiċi barra mill-pajjiż tal-Parteċipant li jagħti l-avviż jew miżuri leġislattivi/amministrattivi li jittieħdu barra mill-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika illi jżommu jew jirritardaw it-trasferiment ta'fondi mħallsa fir-rigward tal-kreditu, - Disposizzjonijiet legali li jittieħdu fil-pajjiż ta' l-akwirent/mutwatarju li jiddikjaraw illi ħlas lura magħmula fil-munita lokali jissaldaw validament id-dejn, minkejja li, bħala riżultat ta' fluttwazzjoni fir-rati tal-kambju, dawn il-ħlasijiet meta maqluba fil-munita tal-kreditu, ma jkoprux iktar l-ammont tad-dejn fid-data tat-trasferiment tal-fondi, - kull miżuri oħra jew deċiżjoni tal-gvern ta'pajjiż barrani li żżom milli jsir pagament minn xi kreditu, u - każijiet ta'forza maġġuri li jiġru barra il-pajjiż tal-Parteċipant li jinnotifika, i.e. il-gwerra (inkluża gwerra ċivili), l-esproprajazzjoni, ir-revoluzzjoni, l-irvell, id-disordni ċivili, iċ-ċikluni, l-għargħar, it-terremoti, l-isbruffar tal-vulkani, il-maremoti u l-inċidenti nukleari; (d) il-livelli minimi tal-premju għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipji ta' l-Artikoli 21 sa 23; (e) il-Parteċipanti jistgħu jimponu livelli ogħla mill-livelli minimi tal-premju. 21. METODOLOĠIJA TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ (a) Il-premju għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju; (b) Biex jiġi stmat ir-riskju u sistema ta' referenza komuni tal-klassifika tal-pajjiżi, jiġu ggradati skond il-Mudell Kwantitattiv tar-Riskju tal-pajjiż (il-Mudell): - il-Mudell huwa bbażat, għal kull pajjiż, fuq tlett gruppi ta' indikaturi ta' riskju; kemm kien pagatur tajjeb mal-Parteċipanti, s-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni ekonomika, - il-metodoloġija tal-Mudell tikkonsisti fi stadji differenti li jinkludu l-istima tat-tlett gruppi ta' indikaturi ta' riskju, u l-kumbinazzjoni u l-ippeżar flessibli tal-gruppi ta' indikaturi tar-riskju, u - ir-riżultat ta' dawn il-gradi fil-pajjiżi klassifikati f'seba' kategoriji ta'riskju; (ċ) skond il-proċeduri miftehma bejn il-Parteċipanti, r-riżultat kwantitattiv tal-mudell għandu jkun ikkonsidrat pajjiż b' pajjiż biex jintegra, b'mod kwalitattiv, ir-riskju politiku u/jew fatturi oħra ta' riskju li mhux ikkonsidrati mill-Mudell; meta hemm bżonn dan jista' jwassal għall-aġġustament fil-mudell ta' klassifika biex jirrifletti l-istima finali tar-riskju tal-kreditu f'dak il-pajjiż. LIVELLI MINIMI GĦALL-PREMJI [3] (a) Il-premji għandhom jikkonverġu. Biex tiġi assigurata l-konverġenza, għandhom jiġu stabbiliti livelli minimi ta' premji, konsistenti mall-livell ta' riskju, mhux inadegwati biex ikopru l-ispejjeż operattivi u t-telf fit-tul taż-żmien u li jieħdu kont ta' sensiela ta' kundizzjonijiet standard relatati, kif ġej: - livelli ta' premji minimi jiġu stabbiliti għal kull waħda mis-seba' kategoriji ta' riskju, - il-prodott standard li miegħu jirrelata l-livell minimu tal-premju għandu jkun l-assigurazzjoni b' kopertura ta' 95 fil-mija, aġġustata proporzjonatament, b'kopertura għall-imgħax fil-perjodu ta' stennija ta'sitt xhur għat-talbiet mingħajr soprataxxa separata fuq il-premju, u - Il-krediti/finanzjament diretti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti standard għall-kopertura mija fil-mija; (b) "Pajjiżi ta' l-OECD li gHandhom introjtu għoli" (kif definit mill-Bank Mondjali) [4] kif ukoll pajjiżi oħra b'riskji simili ma jkunux suġġetti għall-applikazzjoni tal-limiti minimi tal-premju bl-intiża li ma għandux ikun prattikat prezz iktar baxx minn dak tas-suq privat; (ċ) Il-pajjiżi "bl-ogħla riskju" fil-Kategorija sebgħa għandhom, in prinċipju ikunu soġġetti għas-soprataxxa approprjata fuq il-premium għall-limitu ta' premium minimu ta' dik il-kategorija; din is-soprataxxa għandha tiġi stabbilità mill-parteċipant li jagħti sostenn uffiċjali; (d) għandu jkun hemm limiti ta' differenzjati għall-premju minimu għar-riskju sovran u għar-riskju tal-pajjiż; (e) il-livell minimu tal-premju għar-riskju sovran għandu jkun r-rata minima għar-riskju tas-settur pubbliku u tas-settur privat meta kemm ir-riskju tal-pajjiż kif ukoll dak ta' l-akkwirent/mutwatarju ikunu koperti; (f) f'sitwazzjonijiet li fihom huwa eskluż ir-riskju tax-xerrej/mutwatarju, il-livell ta' premju minimu għar-riskju tal-pajjiż għandu jiġi stabbilit b' 90 fil-mija tal-livell tal-premju minimu ta' riskju sovran, i.e. skont ta'10 fil-mija jista' jiġi applikat fuq il-livell minimu tar-riskju sovran; (g) livelli minimi ta' premju jiġu espressi f'persentaġġi tal-valur prinċipali tal-kreditu bħal li kieku il-premju jinġabar fl-intier fid-data tal-kreditu ta' l-assigurazzjoni jew tal-garanzija kif muri fl-iskambju elettroniku ta' informazzjoni (IEI) imsemmi fl-Anness VII. 23. KUNDIZZJONIJIET KONNESSI (a) Minħabba d-differenza fil-kwalità tal-prodotti provduti mill-Parteċipanti, l-livell minimu tal-premju għandu jkun aġġustat biex jittieħed kont tal-kundizzjonijiet konnessi. Il-kundizzjonijiet konessi għandhom jiġu trattati mill-perspettiva ta' l-esportatur (i.e. biex jiġi newtralizzat l-effett kompetittiv li joħroġ mill-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja), u skond tlett kundizzjonijiet konessi: - il-perċentwali ta' kopertura, - il-perjodu li fih jistgħu jsiru talbiet għall-ħlas, i.e. il-perjodu bejn id-data ta' l-iskadenza tal-pagament mix-xerrej/mutwatarju u d-data li fiha l-assiguratur/il-garanti jistgħu jkunu mitluba li jirrimborsaw lill-esportatur/lill-istituzzjoni finanzjarja, u - il-kopertura ta' l-imgħax matul il-perjodu li fih jistgħu jsiru it-talbiet għall-ħlas mingħajr soprataxxa; (b) biex jittieħed kont ta' kundizzjonijiet konnessi non-standard, il-livelli tal-premju minimu jiġu aġġustati l'fuq u l'isfel. Il-Prodotti kollha eżistenti tal-parteċipanti għandhom ikunu kklassifikati f'waħda mit-tlett kategoriji tal-prodotti li ġejjin: - prodott taħt l-istandard, i.e. assigurazzjoni mingħajr kopertura ta' l-imgħax matul il-perjodu li fih jistgħu jsiru it-talbiet għall-ħlas u assigurazzjoni bil-kopertura ta' l-imgħax matul il-perjodu li fih jistgħu jsiru it-talbiet għall-ħlas b'soprataxxa xierqa fuq il-premju, - prodott standard, i.e. assigurazzjoni bil-kopertura għall-imgħax matul il-perjodu li fih jistgħu jsiru t-talbiet għall-ħlas mingħajr soprataxxa xierqa fuq il-premju u krediti/finanzjament diretti, u - prodott ogħla mill-istandard, i.e. garanziji bla kundizzjonijiet; (ċ) id-differenzjali tal-prezz għandhom jirriflettu d-differenza fil-kwalità tat-tlett kategoriji ta' prodotti; dawn id-differenzjali għandhom iwasslu għall-soprataxxa fil-każ ta'prodotti ogħla mill-livell standard u skonti fil-premju fil-każ ta'prodotti taħt il-livell standard; (d) il-livelli minimi tal-premju għandhom jiġu aġġustati għal kull peċentwali ta'kopertura, ogħla jew taħt, il-perċentwali standard ta'kopertura, i.e. 95 fil-mija. 24. STRUMENTI BIEX TITTIEĦED REAZZJONI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PREMJU (a) Il-premju m'għandux ikun inadegwat biex ikopri l-infieq u t-telf operattivi fit-tul taż-żmien. Biex jiġi assigurat li l-livell tal-premju ikun adegwat u biex ikun possibli jekk meħtieġ, li jsiru l-aġġustamenti, l'fuq u l'isfel: - tlett strumenti ta' reazzjoni għall-Premju (SRP), għandhom jintużaw parallellament biex josservaw u jaġġustaw l-livelli minimi tal-premju, u - dawn l-istrumenti huma il-prinċipji ta' kontabilità kemm ta' kumulu u kemm ta' likwidità imqabbla mall-livell aggregat tal-parteċipanti minn naħa u meta hu l-każ l-indikaturi tas-suq privat minn naħa l-oħra; (b) għandu jiftiehem li: - l-użu ta' dawn l-istrumenti m'għandux jirrikjedi li l-Parteċipanti jibdlu s-sistemi tal-kontabilita eżistenti u l-prattiċi tagħhom, - il-krediti kollha għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment li jieħdu forma ta' krediti/finanzjament diretti, rifinanzjament, assigurazzjoni jew garanziji għall-kreditu għall-esportazzjoni li għalihom japplika dan l-Arranġament għandhom jiġu rapportati, - ir-riskju sovrani u tal-pajjiż biss għandhom ikunu rapportati, jkun jew ma jkunx kopert ir-riskju tax-xerrej, - l-istrumenti għandhom ikollhom data tal-bidu komuni, u - il-kunċett ta' talbiet għall-ħlas għandu jinkludi djun rifinanzjati taħt krediti/finanzjamenti diretti, rifinazjament, assigurazzjoni jew garanzija għal kreditu għall-esportazzjoni; għandhom jinkludu wkoll debiti posposti, skaduti jew mhux imħallsa 25. KOSTI LOKALI (a) Kosti Lokali jikkonsistu fl-ispiża għall-merkanzija u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej, li jkunu meħtieġa jew biex jiġi esegwit il-kuntratt ta' l-esportatur jew biex jiġi esegwit fl-intier il-proġett li minnu l-kuntratt ta' l-esportatur jifforma parti. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent ta' l-esportatur fil-pajjiż li qed jixtri; (b) is-sostenn uffiċjali ma jingħatax għall-iktar minn mija fil-mija tal-valur tal-merkanzija u s-servizzi esportati, inklużi dawk provduti minn pajjiżi terzi, imma esklużi kosti lokali. Konsegwentement, l-ammont ta' kosti lokali sostnut mill-kundizzjonijiet ta' kreditu m'għandux jeċċedi l-ammont ta' pagament f'kontanti. Is-sostenn uffiċjali ta' kosti lokali m'għandux jingħata b'kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk miftehma għall-esportazzjonijiet konnessi; (ċ) għall-pajjiżi ta' Kategorija I is-sostenn uffiċjali għall-kosti lokali għandu jkun ristrett għal assigurazzjoni u garanziji, i.e. kopertura sempliċi, u ma għandux jinvolvi sostenn għall-finanzjament uffiċjali. 26. PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI Termini u kundizzjonijiet ta' kreditu individwali għall-esportazzjoni jew linja ta' kreditu m'għandhomx ikunu stabbiliti għal żmien iktar minn sitt xhur. Linja ta' kreditu tfisser qafas, fi kwalunkwe forma, għall-krediti għall-esportazzjoni li jkopri sensiela ta' negozji li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta ma proġett speċifiku. 27. L-EBDA IMPENN TA' DEROGA GĦALL-KREDITI TA' ESPORTAZZJONI (a) IL-Parteċipanti m'għandhomx jidderogaw mit-termini massimu ta' rimbors, mir-rati ta' imgħax minimu, mill-livelli ta' premju minimu (wara l-aġġustament għall-kundizzjonijiet konnessi), il-limitazzjoni ta' sitt xhur fuq il-perjodu ta' validità għal termini u kundizzjonijiet ta'kreditu għall-esportazzjoni, jew jestendu it-terminu ta' rimbors billi jestendu d-data tal-ħlas ta' l-ewwel pagament tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 13(a); (b) minkejja s-subparagrafu (a) hawn fuq, Parteċipant jista', salvi il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 48, japplika livell ta'premium iktar baxx mill-livell minimu (wara aġġustament għall-kundizzjonijiet konnessi) meta r-riskju tal-kreditu tal-pajjiż (kif dettaljat fl-Artikolu 20) jiġi jew esternalizzat/imneħħi jew limitat/eskluż għal żmien kollu ta' l-obbligu ta' rimbors tad-dejn, kif ġej: - jekk Parteċipant ikun jista' jesternalizza/jneħħi l-ħames elementi tar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż (għaż-żmien kollu ta' l-obbligazzjoni ta' rimbors tad-dejn) kif dettaljat fl-Artikolu 20, l-livell minimu tal-premju jiġi stabbilit mir-riskju tal-kreditu tal-pajjiż tal-ġurisdizzjoni tal-post fejn ir-riskju jkun ġie trasferit, - jekk Parteċipant ikun jista' jillimita/jeskludi xi wieħed mill-ħames elementi tar-riskju tal- kreditu ta' pajjiż (għaż-żmien kollu ta' l-obbligazzjoni ta' rimbors tad-dejn), il-Parteċipant jista' japplika skont approprjat għall-livell minimu tal-premju. Wieħed jistenna illi jekk ikun hemm skont fejn it-trasferiment tar-riskju, kif muri fl-ewwel u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 20(ċ) huwa eskluż, dan m'għandux jaqbeż il-50 fil-mija tal-livell minimu tal-premju, - kull eċċezzjoni għall-livell minimu tal-premju li tiġi permessa għandha ssir skond il-każ u ma tikkostiwix preċeden għall-xi każ futur minn xi Parteċipant. 28. AZZJONI BIEX JIĠI EVITAT JEW IMNAQQAS IT-TELF L-Arranġament ma jipprojbix awtoritajiet ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni jew istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftehmu fuq termini u kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk permessi jekk din l-azzjoni tittieħed wara li jkun ingħata il-kuntratt (meta l-Ftehim għall-kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari jkunu diġà daħlu fis-seħħ) u meta l-intenzjoni hi biss dik li jiġi evitat jew imnaqqas id-dannu minn ġrajja li jistgħu jwasslu għall-nuqqas ta' ħlas jew għall-talba ta' indennizz. 29. ALLINJAMENT (a) Il-Parteċipanti jistgħu jallinjaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kreditu avżati skond il-proċeduri fl-Artikoli 47, 48 u 49, kif ukoll it-termini u kundizzjonijiet tal-kreditu mhux avżati jew sostnuti minn non-Parteċipanti. Is-sostenn għall-allinjament ma għandux jestendi lill'hinn mill-perjodu ta' validità tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' krediti li jiġu allinjati; (b) il-Parteċipanti għandhom jallinjaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kreditu b'kundizzjonijiet ta' sostenn skond l-Arranġament, ħlief meta l-offerta inizjali ma tkunx tikkonforma ma l-Arranġament. Meta l-allinjament jinvolvi livell minimu ta'premium, il-Parteċipanti jistgħu jallinjaw ir-rata biss jekk tgħati sostenn fuq il-bażi ta' riskju ta' l-istess kwalità, wkoll billi tikkonsidra il-kwalità tal-prodott. Parteċipant li beħsiebu jallinja it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kreditu: - meta notifikat minn Parteċipant ieħor, isegwi l-proċeduri fl-Artikoli 50 jew 51 kif approprjat, - meta mhux notifikat minn Parteċipant, isegwi l-proċeduri fl-Artikolu 52, jew - meta sostnut minn non-Parteċipant isegwi l-proċeduri fl-Artikolu 53. KAPITOLU III DISPOSIZZJONIJIET GĦAL GĦAJNUNA RELATATA MALL-KUMMERĊ 30. PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-GĦAJNUNA MARBUTA (a) Il-Parteċipanti qablu mal-prinċipju ġenerali li għandhom ikollhom politika kumplimentari għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politika ta' kreditu għall-esportazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-operazzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politika ta' għajnuna marbuta għandha tipprovdi risorsi esterni meħtieġa lill-pajjiżi, setturi jew proġetti bl-inqas jew mingħajr aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-Politika ta' għajnuna marbuta għandha tassigura l-aqwa rendiment, tnaqqas id-distorsjoni fil-kummerċ, u tikkontribwixxi għal użu effettiv fl-iżvilupp ta' dawn ir-risorsi; (b) id-Disposizzjonijiet dwar l-għajnuna marbuta fl-Arranġament ma japplikawx għall-programmi ta'għajnuna minn istituzzjonijiet multi laterali jew reġjonali; (ċ) dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Għajnuna ta' l-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità ta' għajnuna marbuta u mhux marbuta. 31. DEFINIZZJONI TA' L-GĦAJNUNA MARBUTA (a) L-għajnuna marbuta, li tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta' finanzjament assoċjat b'livell ta' konċessjoni ogħla minn żero fil-mija, hi definita bħala għajnuna li effettivament (fil-liġi jew fil-fatt) hi marbuta ma akkwist ta' merkanzija u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta' pajjiżi; (b) din id-definizzjoni tapplika meta r-rabta ssir bi ftehim formali jew b'xi forma ta' intiża informali bejn il-pajjiż li jirċievi u l-pajjiż donatur, jew jekk il-pakkett jinkludi komponenti mill-lista fl-Artikolu 32 iktar l-isfel illi ma jkunx possibli li jkollhom finanzjament għall-akkwist disponibbli liberament jew għall-kollox fil-pajjiż li jirċievi, sostanzjalment il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw u mill-Parteċipanti, jew jekk tinvolvi prattiċi li d-DAC jew il-Parteċipanti jqisu ekwivalenti għal din ir-rabta; (ċ) jekk ma jkunx hemm ċertezza dwar jekk ċerti prattiċi finanzjarji jaqgħux taħt din id-definizzjoni, l-pajjiż donatur għandu jagħti prova li ssostni l-fatt illi l-għajnuna hija proprjament bla rabta, ie għajnuna li tinkludi self u għotjiet li dħul minnhom ikun liberament u għall-kollox disponibbli biex jiġu ffinanzjati l-akkwisti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sostanzjalment kollha u mill pajjiżi tal-OECD. 32. FOROM TA' GĦAJNUNA MARBUTA L-għajnuna marbuta tista' tieħu l-forma ta': - Self ta' l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA – official development assistance) kif definiti fil-"Prinċipji Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp marbuta jew parzjalment mhux marbuta (1987)", - Għotjiet ta' l-ODA kif definiti fil-"Prinċipji Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp marbuta jew parzjalment mhux marbuta (1987)" - Forom oħra ta' finanzjament pubbliku (OOF – other official flows), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalmentli li jikkonformaw ma l-Arranġament, jew - kull kollegament flimkien, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, f'idejn id-donatur, min jislef jew li mutwatarju li tinvolvi żewġ komponenti jew iktar minn dawk preċedenti, u/jew minn dawn il-finanzjamenti li ġejjin: - kreditu għall-esportazzjoni li huwa sostnut uffiċjalment permezz ta' krediti/finanzjament diretti, rifinanzjament, sostenn għar-rati ta' l-imgħax, garaziji u assigurazzjoni li għalihom il-Arranġament japplika; - fondi oħra b'kondizzjonijiet tas-suq jew qribhom, jew ħlasijiet in kontanti mix-xerrej. 33. FINANZJAMENT ASSOĊJAT (a) Il-finanzjament assoċjat jista' jieħu diversi forom li jinkludu krediti misti, finanzjament mist, finanzjament konġunt, finanzjament parallell jew negozji integrati singli. Il-karatterisitiċi prinċipali ikunu li kollha jkun fihom: - komponent konċessjonali li huwa marbut fil-liġi jew fil-fatt mal komponent mhux konċessjonali, - jew parti singla jew kull parti tal-pakkett ta finanzjament ikunu in effett għajnuna marbuta, u - fondi konċessjonali li jkunu disponibbli biss jekk il-komponent mhux konċessjonali marbut magħhom jiġi aċċettat minn min jirċievi; (b) kollegament jew rabta "fil-fatt" huma determinati minn fatturi bħal: - l-eżistenza ta' Intiża informali bejn min jirċievi u l-awtoritajiet tad-donatur, - l-intenzjoni minn naħa tad-donatur li jirrendi iktar faċli li jiġi aċċettabbli l-pakkett ta' finanzjament bl-użu ta' ODA - l-irbit effettiv tal-pakkett sħiħ tal-fianzjament ma' l-akkwist fil-pajjiż tad-donatur, - l-istatus ta' rabta ta'l-ODA u l-mezzi ta' l-offerti jew tal-kuntratti għall-kull negozju ta' finanzjament, jew - kull prattika oħra, identifikata mill-DAC jew mill-Parteċipanti li fiha hemm de facto liaison bejn iż-żewġ komponenti ta' finanzjament jew iktar; (ċ) il-prattiċi li ġejjin ma jeskludux li jkun hemm kollegament jew rabta "fil-fatt" - spezzettar tal-kuntratt billi jingħata avviż separat għall-partijiet komponenti ta' kuntratt wieħed, - spezzettar ta' kuntratti ffinanzjati f'diversi stadji, - nuqqas ta' notifikati ta'partijiet interdipendenti ta' kuntratt, u/jew - nuqqas ta' notifikat għaliex parti mill-pakkett ta' finanzjament ma tkunx marbut. 34. KIF PAJJIŻ IKUN INTITOLAT GĦAL GĦAJNUNA MARBUTA (a) M'għandux jkun hemm għajnuna marbuta lill-pajjiżi li għandhom dħul per capita GNP biżżejjed għoli li ma jħallihomx intitolati għall-self ta'17-il sena mill-Bank Mondjali [5]. Il-Bank Mondjali jikkalkula mill-ġdid il-livell minimu għal din il-kategorija kull sena. Pajjiż jiġi kklassifikat mod ieħor wara li l-kategorija tiegħu mall-Bank Mondjali ma titbiddilx għal sentejn konsekuttivi; (b) il-kriterji operattivi u l-proċeduri li ġejjin japplikaw meta ssir il-klassifika tal-pajjiżi: 1. il-klassifika għal iskopijiet ta' l-Arranġament hi determinata bil-GNP per capita kif kalkolat mill-Bank Mondjali għall-iskopijiet tal-klassifika li jagħmel il-Bank Mondjali tal-pajjiżi li jisselfu; 2. f'każijiet meta l-Bank Mondjali m'għandux biżżejjed informazzjoni biex jippubblika data tal-GNP per capita, il-Bank Mondjali jintalab jagħmel stima dwar jekk il-pajjiż in kwistjoni għandux GNP per capita ogħla jew taħt l-livell minimu kurrenti. Il-pajjiż għandu jkun klassifikat skond l-istima sakemm il-Parteċipanti ma jiddeċiedux li jaġġixxu mod ieħor; 3. jekk l-intitolament ta'pajjiż għall-għajnuna marbuta jinbidel skond l-Artikolu 34(a), ir-riklassifika tidħol fis-seħħ ġimgħatejn wara li l-konklużjonijiet li nġibdu mid-data tal-Bank Mondjali fuq imsemmija ikunu kkomunikati lill-Parteċipanti kollha mis-Segretarjat. Qabel id-data effettiva tar-riklassifika l-ebda finanzjament b`għajnuna marbuta lill-pajjiż li jsir intitolat ma jista' jiġi notifikat; wara dik id-data, l-ebda finanzjament b'għajnuna marbuta lill-pajjiż mgħolli għall-kategorija oħra ma jista' jiġi notifikat, ħlief li negozji individwali koperti taħt linja ta' kreditu diġa kommessa jista' jiġi notifikat sakemm tispiċċa dik il-linja ta' kreditu (li ma tistax tkun wara sena mid-data effettiva); 4. f'każijiet meta il-Bank Mondjali jirrevedi l-figuri, dawn ir-reviżjonijiet m'għandux jittieħed każ tagħhom in relazzjoni ma' l-Arranġament. Madankollu, l-klassifika ta'pajjiż tista' tinbidel permezz ta'linja komuni skond il-proċeduri approprjati fl-Artikoli 71(ċ), 72(a) u (b), 73(a), (b) u (d), 74, 75 u 76(a), u l-Parteċipanti jikkonsidraw favorevolment tibdil minnħabba żbalji u ommissjonijiet fiċ-ċifri li jinstabu fl-istess sena kalendarja li fiha iċ-ċifri kienu ġew distribwiti l-ewwel darba mis-Segretarjat; 5. minkejja l-klassifika ta'pajjiżi ntitolati jew mhux li jirċievu għajnuna marbuta, il-provvista ta'għajnuna marbuta lill-Bulgarija, Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja, Rumanija u Repubblika Slovakka hi koperta mill-ftehim tal-Parteċipanti li jippruvaw jevitaw ċerti krediti oħra barra minn għotjiet diretti, għajnuna f'ikel u għajnuna umanitarja, sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-ftehim. Il-Ministri ta'l-OECD qablu ma din il-politika f'Ġunju ta'l-1991 [6]. 35. KIF PROĠETT IKUN INTITOLAT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA (a) Għajnuna marbuta m'għandiex tiġi estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment kellhom ikunu kummerċjalment sostenibbli kieku ffinanzjati b'kondizzjonijiet tas-suq jew ta' l-Arrangament; (b) il-kriterji ċavetta biex jagħtu t-titolu għall din l-għajnuna huma: - meta l-proġett mhux finanzjarjament sostenibbli, i.e. il-proġett m'għandux il-kapaċità meta pprezzat kif suppost fuq prinċipji tas-suq, biex jiġġenera dħul ta' flus fil-kaxxa biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż operattivi tal-proġett u l-imgħax fuq il-kapital investit i.e. l-ewwel kriterju ċavetta, jew - jekk hux raġonevoli li tikkonkludi, fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mill-Parteċipanti oħra, li ma jkunx probabbli li l-proġett jista' jiġi ffinanzjat b'kondizzjonijiet tas-suq jew ta' l-Arrangament, i.e. it-tieni kriterju ċavetta; (ċ) il-kriterji ċavetta taħt is-subparagrafu (b) huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett jiġi stmat biex jiġi determinat jekk għandux jiġi ffinanzjat b'din l-għajnuna jew bi krediti għall-esportazzjoni b'kondizzjonijiet tas-suq jew ta' l-Arranġament. Permezz ta' proċess ta' konsultazzjonijiet fl-Artikoli 62 u 65, ġabra ta' esperjenzi mistennija tiżviluppa maż-żmien li tiddefinixxi b'mod iktar preċiż, kemm għall-kreditu għall-esportazzjoni u kemm għall-aġenziji ta' l-għajnuna, gwida ex ante dwar il-linja li tifred iż-żewġ kategoriji ta' proġetti. 36. DEROGI MIR-REGOLI DWAR KIF IKUNU INTITOLATI (a) Id-Disposizzjonijiet ta'l-Artikoli 34 u 35 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta meta l-livell ta'konċessjonalità huwa 80 fil-mija jew iktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett finanzjarju assoċjat, deskritt fl-Artikolu 33; (b) id-Disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 35 ma japplikawx għal għajnuna marbuta b'valur ta' inqas minn żewġ miljuni ta' Dritijjiet Speċjali ta' Preljev (SDR Special drawing rights) ħlief għal għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, deskritt fl-Artikolu 33; (ċ) Tista' issir deroga mir-regoli ta' dan il-Kapitolu jekk il-parteċipanti jaqblu permezz ta' proċeduri ta' linja komuni stabbiliti fl-Artikoli 71 sa 77. Il-Parteċipanti jistgħu ukoll jidderogaw mir-regoli fl-Artikoli 34 sa 35 skond il-proċeduri stabbliliti fl-Artikolu 40(ċ); (d) għajnuna marbuta għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LLDCs least developed countries) kif definiti minn Nazzjonijiet Uniti mhix suġġetta għad-Disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 34 u 35. 37. DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI TAL-KONĊESSJONNALITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA Il-livell ta' konċessjonalità ta' għajnuna marbuta jixbaħ il-konċett ta' element ta' għotja użat mid-DAC. Fil-każ ta'għotjiet il-livell ta' konċessjonalità hu ta' 100 fil-mija. Fil-każ ta'self, il-livell ta' konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti ta'skont tal-pagamenti futuri għall-ħlas lura u imgħax fuq is-self li jsiru mill-mutwatarju. Din id-differenza hija espressa b' perċentwali tal-valur nominali tas-self. 38. KALKOLU TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TA' L-GĦAJNUNA MARBUTA Il-livell ta' konċessjonalità ta'għajnuna marbuta huwa kkalkolat bl-użu ta' l-istess metodu li jintuża mid-DAC għall-element ta' għotja, ħlief li: (a) ir-rata ta'skont li tintuża għall-kalkolu tal-livell ta' konċessjonalità ta' self f' munita partikolari, i.e. ir-Rata ta' Skont differenzjat (DDR differentiated discount rate), hu soġġett għall-tibdil annwali fil 15 ta' Jannar u kkalkulat kif ġej: - Il-medja ta' l-DIRR + Marġini Marġini (M) tiddependi mill-kondizzjonijiet tar-rifużjoni (R) kif ġej: R | M | Inqas minn 15-il sena | 0,75 | Minn 15-il sena sa, imma ma tinkludix 20 sena | 1,00 | Minn 20 sena sa imma ma tinkludix 30 sena | 1,15 | Minn 30 sena l'fuq | 1,25 | - għall-muniti kollha l-medja tal-CIRR hi kkalkolata billi tittieħed il-medja tas-CIRR ta' kull xahar matul il-perjodu ta'sitt xhur bejn il-15 t'Awissu tas-sena ta'qabel u l-14 ta' Frar tas-sena korrenti. Ir-rata kkalkolata, bil-marġini inkluż, hija mqarrba lejn l-iktar 10 punti bażi qrib. Jekk ikun hemm iktar minn CIRR wieħed għall-munita, is-CIRR għall-itwal żmien ta' skadenza kif stabbilit fl-Artikolu 16(b), għandha jintuża għal dan il-kalkolu; (b) id-data bażi għall-kalkolu tal-livell ta' konċessjonalità hija d-data ta' meta jibda il-kreditu kif stabbilit fl-Artikolu 9; (ċ) għall-iskop tal-kalkolu tal-livell ta' konċessjonalità globali f' pakkett ta' finanzjament assoċjat, il-livelli ta' konċessjonalità tal-krediti, fondi u pagamenti li ġejjin jitqies bħala żero: - il-krediti għall-esportazzjonijiet li huma in konformità ma' l-Arranġament, - fondi oħra b' rati tas-suq jew qribhom, - fondi uffiċjali oħra b'livell ta'konċessjonalità ta' inqas mill-minimu permess taħt l-Artikolu 40(a), ħlief fil-każijiet ta' allinjament, u - il-pagamenti in kontanti mix-xerrej. Pagamenti mad-data tal-bidu tal-kreditu jew qabilha li ma jitqiesux pagamenti in kontanti għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta' konċessjonalità. (d) ir-rata ta'skont fl-allinjament: f'għajnuna allinjata, allinjament identiku ifisser allinjament b'livell ta' konċessjonalità identika li hu jiġi rikalkolat bir-rata ta'skont fis-seħħ fiż-żmien ta' l-allinjament; (e) Kosti lokali u akkwisti minn pajjiż terz għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-livell ta'konċessjonalità fil-każ biss li jiġu ffinanzjati mill-pajjiż donatur; (f) il-livell ta'konċessjonalità globali ta' pakkett huwa stabbilit billi l-valur nominali ta' kull komponent tal-pakkett jiġi moltiplikat bil-livell ta' konċessjonalità rispettiv għall-kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u it-total jiġi diviż mill-valur nominali aggregat tal-komponenti; (g) ir-rata ta'skont ta'self ta' għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Iżda fil-każijiet ta'notifika fil-pront, ir-rata ta' skont hi dik fis-seħħ fil-ħin meta t-termini u l-kondizzjonijiet għas-self ta' l-għajnuna kienu ffissati. Tibdil fir-rata ta'skont matul iż-żmien tas-self ma jbiddilx il-livell tal-konċessjonalità tiegħu; (h) jekk tinbidel il-munita qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, l-avviż għandu jiġi revedut. Ir-rata ta'skont użata biex jiġi ikkalkolat l-livell ta' konċessjonalità tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni ma tkunx meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ikunu indikati fl-avviż oriġinali; (i) minkejja s-subparagrafu (ġ), ir-rata ta'skont użata biex jiġi ikkalkolat il-livell ta' konċessjonalità ta' negozji individwali mibdija taħt linja ta'kreditu ta' għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet oriġinarjament avżata għall-linja ta' kreditu. 39. PERJODU TA'VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA (a) Il-Parteċipanti m'għandhomx jistabbilixxu termini u kondizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk tirrelata mal finanzjament ta' negozji individwali kif ukoll ma protokoll ta'għajnuna, ma linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ma ftehim simili, għal iktar minn sentejn. Fil-każ ta' protokoll ta'għajnuna, ta' linja ta'kreditu ta'għajnuna jew ta' ftehim simili, il-perjodu ta' validità għandu jibda mid-data tal-firma, li għandha tiġi avżata skond l-Artikolu 56; l-estensjoni ta' linja ta' kreditu għandha tiġi avżata bħall li kieku kienet negozju ġdid b'nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda fuq kondizzjonijiet permess meta isir l-avviż ta' estensjoni. Fil-każ ta' negozji individwali, inklużi dawk avżati taħt protokoll ta'għajnuna, ta' linja ta'kreditu ta'għajununa jew ta' ftehim simili, l-perjodu ta'validità jibda mid-data tan-notifika ta' l-impenn skond l-Artikoli 55 jew 56 kif ikun xieraq; (b) meta pajjiż ma jibqax intitolat għall-ewwel darba għas-self ta' sbatax –il sena tal-Bank Mondjali, il-validità tal-protokolli ta'għajnuna marbuta, eżistenti jew ġodda u ta' linji ta' kreditu avżati, għandha tkun ristretta għal sena wara d-data tar-riklassifika potenzjali skond il-proċeduri fl-Artikolu 34(b); (ċ) it-tiġdid ta' dawn il-protokolli u linji ta'kreditu hi possibli biss b'kondizzjonijiet li jaqblu mad-Disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 34 u 35 ta' l-Arranġament wara: - riklassifika tal-pajjiżi, u - tibdil fid-Disposizzjonijiet tal-Arranġament. F'dawn iċ-ċirkostanzi, t-termini u l-kondizzjonijiet eżistenti għandhom jinżammu minkejja tibdil fir-rata ta'skont stabbilita fl-Artikolu 38. 40. IMPENN LI MA TINTALABX DEROGA GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA (a) Il-Parteċipanti m'għandhomx jagħtu għajnuna marbuta li: - ikollha livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 35 fil-mija, jew 50 fil-mija filkaż ta' pajjiż benefiċċarju li huwa LLDC, jew - ma jikkonformax mad-Disposizzjonijiet dwar l-intitolament għall-għajnuna fl-Artikolu 34 barra mill eżenzjonijiet indikati fl-Artikolu 36; (b) minkejja l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 40(a), ir-restrizzjonijiet dwar il-minimu ta' livell konċessjonarju minimu ma japplikawx għall-assistenza teknika kif indikata fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 58; (ċ) minkejja t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 40(a), Parteċipant jista' jagħmel offerta li ma tikkonformax b'wieħed mill-mezzi li ġejjin: - il-proċedura ta' linja komuni murija fl-Artikoli 71 sa 77, jew - ġustifikazzjoni fuq motivi ta'għajnuna permezz ta' sostenn minn grupp sostanzjali ta' Parteċipanti kif deskritt fl-Artikoli 62 u 63, jew - ittra lis-Segretarju Ġenerali, skond il-proċeduri fl-Artikolu 65, li l-Parteċipanti jittamaw tkun eċċezzjonali u rari. 41. ALLINJAMENT (a) Il-Parteċipanti jistgħu jallinjaw it-termini u l-kondizzjonijiet avżati skond il-proċeduri fl-Artikoli 55 jew 56 kif xieraq. Is-sostenn ta' allinjament m'għandux jestendi iktar mill-perjodu ta' validità tat-termini u l-kondizzjonijiet li jkunu qed jiġu allinjati; (b) il-Parteċipanti għandhom jallinjaw billi jagħtu sostenn b'termini u kondizzjonijiet illi jikkonforma ma' l-Arranġament sakemm l-offerta inizjali hi stess ma tkunx tikkonforma ma' l-Arranġament. Parteċipant illi jkun beħsiebu jallinja termini u kondizzjonijiet avżati minn Parteċipant ieħor għandu jimxi fuq il-proċeduri fl-Artikoli 60 jew 61 kif xieraq; (ċ) Parteċipant li jkun beħsiebu jallinja ma termini u kondizzjonijiet offerti minn non-Parteċipant u li ma jikkonformawx għandu jsegwi l-proċeduri fl-Artikolu 53. KAPITOLU IV PROĊEDURI Taqsima 1: Disposizzjonijiet komuni għall- krediti għall-esportazzjonijiet u għall-għajnuna relatata mall-kummerċ 42. IMPENN Impenn jirreferi għal kull dikjarazzjoni, f'liema forma tkun, li biha r-rieda jew l-intenzjoni li jingħata sostenn uffiċjali huma komunikati lill-pajjiż riċevitur, lix-xerrej, lill-mutwatarju, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja. 43. IMPENN SOD Skond il-ħsieb li jagħmlu mill-aħjar tagħhom kif intqal fl-introduzzjoni u billi jirrikonoxxu l-vantaġġ li jirriżulta jekk atteġjament komuni mfisser b'mod ċar jista' jintlaħaq fir-rigward tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-kreditu għall-negozju partikolari, il-Parteċipanti jimpenjaw rwieħhom b'mod sod illi: - jirrispettaw strettament il-proċeduri għan-notifika u, partikolarment, li jagħtu notifika minn qabel jew għall-inqas fil-mument stipulat qabel ma jagħmlu impenn, - jagħtu informazzjoni fil-forma ta' l-Annessi IV u V kif xieraq, - jwieġbu mill-ewwel għal mistoqsijiet li jsriu skond l-Artikoli 67 u 68, - jiskambjaw informazzjoni fl-iktar stadju kmieni skond l-Artikoli 70 sa 77 sabiex jintlaħaq ftehim fuq linja komuni fuq termini u kondizzjonijiet ta' kreditu għal negozji partikolari, - jikkonsidraw favorevolment talbiet għall-konsultazzjoni personali, u - ma jimxux b'mod li jirrendu bla sens il- proċeduri ta' konsultazzjoni u notifika għax ma jitħalliex żmien biżżejjed biex il-Parteċipanti jiddiskutu n-negozju. 44. ŻMIEN GĦAR-RISPOSTI Fi skambju ta'informazzjoni skond l-Artikoli 67 sa 70, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u l-kondizzjonijiet li jkun qiegħed jaħseb li jagħtihom sostenn għall-negozju partikolari u jista' jitlob informazzjoni simili mingħand il-Parteċipanti l-oħra. Jekk il-Parteċipant illi jitlob dan ma jirċevix risposta fi żmien sebat ijiem kalendarji, jista' iqis illi l-Parteċipanti l-oħra jagħtu is-sostenn tagħhom fuq l-iktar termini u kondizzjonijiet ta'kreditu favorevoli permessi mill-Arranġament. F'każijiet ta' urġenza partikolari, il-Parteċipant jista' jitlob risposta iktar malajr. 45. FORMA STANDARD GĦALL-AVVIŻI KOLLHA L-avviżi mitluba mill-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru skond il-forma standard, fl-Annessi IV u V kif xieraq u jinkludu informazzjoni mitluba u għanda tintbagħat kopja lis-Segretarjat. 46. INFORMAZZJONI DWAR SOSTENN UFFIĊJALI Malli Parteċipant jimpenja ruħu għall-sostenn uffiċjali li jiġi avżat skond il-proċeduri fl- l-Artikoli 47 sa 56, 60 u 61 għandu jinforma fil-każijiet kollha lill-Parteċipanti l-oħrajn kollha b'dan billi jinkludi n-numru ta' referenza ta' l-avviż fuq is- Sistema ta' Rappurtaġġ tal-Kredituri (Creditor reporting system) fil-formola 1ċ. Taqsima 2: Proċeduri ta' notifika għall-krediti ta' esportazzjonijiet 47. DEROGI: NOTIFIKA PREĊEDENTI B'DISKUSSJONI (a) Hu mistenni li l-Parteċipanti ma jiksrux l-Impenn li ma jagħmlux derogi li hemm fl-Artikolu 27 u lanqas jiksru ir-regoli ta' l-Arranġament. Madankollu, jekk fiċ-ċirkustanzi l-iktar estremi, Parteċipant ikun beħsiebu jieħu l-inizzjattiva li jsostni termini u kondizzjonijiet li jidderogaw mill-Arranġament, il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u l-kondizzjonijiet illi jkun beħsiebu jsostni mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ xi impenn. Jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, l-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ xi impenn fuq dawk il-kondizzjonijiet. Normalment, din id-diskussjoni issir permezz ta' komunikazzjoni istantanja, eż. OLIS; (b) jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni li jagħti sostenn lit-termini u kondizzjonijiet, li ma jikkonfermawx u li jkunu ġew notifikati għandu immedjatament jinforma b'dan lill-Parteċipanti l-oħra kollha. 48. EĊĊEZZJONIJIET PERMESSI: NOTIFIKA PREĊEDENTI B'DISKUSSJONI Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ xi impenn jekk ikun beħsiebu japplika rata ta'premju iktar baxxa minn dik tal-kriterji minimu għall-premju (wara aġġustament għall-kondizzjonijiet relatati) meta ir-riskju tal-pajjiż jiġi jew esternalizzat/imneħħi jew limitat/eskluż għaż-żmien kollu ta' l-obbligu tal-ħlas lura tad-debitu skond l-Artikolu 27(b). In-notifika għandha tinkludi spjegazzjoni u ġustifikazzjoni skond il-punt 9 ta' l-Anness V. Jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan iż-żmien, l-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra. Jekk l-iskont mill-kriterju minimu tal-premju huwa ta' 25 fil-mija jew iktar, il-Parteċipant li jkun qed jinnotifika għandu javża lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għoxrin ġurnata kalendarja qabel ma joħroġ kull impenn [7]. 49. EĊĊEZZJONIJIET PERMESSI: NOTIFIKA PREĊEDENTI MINGĦAJR DISKUSSJONI (a) Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ xi impenn jekk ikun beħsiebu: 1. li jsostni termini ta' rifużjoni ta'iktar minn ħamsa iżda mhux iktar minn tmien snin u nofs għall- pajjiż ta' Kategorija 1; 2. li ma jsegwix il-prattika normali tar-rifużjoni fir-rigward tal-kapital jew l-imgħax msemmija fl-Artikoli 13(a), (b) u 14(a); 3. li jagħti sostenn għall-impjant ta' l-enerġija barra minn impjant ta' enerġija nukleari, b'terminu ta' rifużjoni itwal mill-massimu relevanti fl-Artikolu 10, iżda li ma jeċċedix 12-il sena kif indikat fl-Artikolu 11(a); 4. li jsostni, termini u kondizzjonijiet ta' kreditu li jkunu iktar favorevoli mit-terminu u l-kondizzjonijiet ta' kreditu permessi mill-arranġament għal kull tip ta'bastiment li għalih tapplika l-Intiża dwar Krediti għall-Esportazzjoni ta' Bastimenti; jew 5. li japplikaw skont għall-kriterju minimu għar- riskju sovran skond l-Artikolu 22(f); (b) Jekk il-Parteċpant li jieħu l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tli jagħti sostenn għall-eċċezzjonijiet notifikati, huwa għandu immedjatament jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha. 50. ALLINJAMENT TA' DEROGI Parteċipant li jkun beħsiebu jallinja derogi notifikati għandu jimxi fuq il-proċeduri kif indikat hawn taħt. Ħlief meta il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jkun bagħat notifika li rtira l-intenzjoni li jidderoga, l-Parteċipanti jistgħu, la darba jkun għadda it-terminu ta' stennija indikat fl-Artikolu 47 jagħtu sostenn kif ġej: - għall-"allinjament identiku", i.e. termini u kondizzjonijiet li jinkludu l-element ta'deroga identiku iżda li mill-bqija jikkonformaw ma' l-Arranġament, il-Parteċipant allinjanti għandu jinnotifika l-intenzjoni li jallinja kemm jista' jkun malajr, jew - għall-"allinjament non-identiku" imqanqal mid-deroga inizjali, i.e. kull element ieħor tat-termini u l-kondizzjonijiet suġġett għar-restrizzjonijiet ta' l-Artikoli 29, il-Parteċipant li jallinja għandu jinnotifika deroga ġdida, jibda notifika preċedenti ta' ħamest ijiem kalendarji u proċedura ta' diskussjoni ta' ħamest ijiem kalendarji u jistenna li titlesta. Dan il-perjodu jista' jimxi fl-istess żmien ma' dak tan-notifika preċedenti u l-proċedura ta' diskussjoni li jkunu inbdew mill-Parteċipant notifikanti oriġinali imma ma jistax jiskadi qabel ma jispiċċa it-terminu applikabbli ta' għaxar jew għoxrin ġurnata kalendarja msemmija fl-Artikolu 47)(a). 51. ALLINJAMENT TA' EĊĊEZZJONIJIET PERMESSI Parteċipant li jkun bi ħsiebu jallinja ma eċċezzjon permessa għandu jsegwi l-proċeduri murija hawn taħt. Ħlief meta l-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jkun bagħat avviż li hu irtira l-intenzjoni li jsostni termini u kondizzjonijiet li jikkostitwixxu eċċezzjoni permessa, l-Parteċipanti jistgħu, la darba ż-żmien ta'stennija stipulat fl-Artikoli 48 jew 49, kif approprijat, ikun skada, jagħtu sostenn kif ġej: - għal "allinjament identiku", i.e. termini u kondizzjonijiet li jinkludu l-element identiku fl-eċċezzjoni permessa, iżda mill-bqija konformi ma' l-Arranġament, il-Parteċipant li qed jallinja għandu jagħti avviż li beħsiebu jallinja mill-iktar fis possibli, jew - għal "allinjament mhux identiku" suġġerit mill-avviż iniżjali, i.e. kull element ieħor tat-termini u kondizzjonijiet suġġett għar-restrizzjoni fl-Artikolu 29, il-Parteċipant li jallinja għandu jintroduċi notifika ġdida, jibda notifika preċedenti ta'ħamest ijiem kalendarji u jistenna li jgħaddu. Dan il-perjodu jista' jimxi flimkien ma' dak tan-notifika preċedenti magħmula mill-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, iżda ma jistax jiskadi qabel t-tmiem tal-perjodu t'għaxart ijiem applikabbli, imsemmi fl-Artikoli 48 jew 49, kif approprijat. Is-Segretarjat għandu jżomm dettalji tan-notifiki individwali ta' allinjament fir-rigward tal-kriterji ta'premium minimu fuq l-EEI. 52. ALLINJAMENT TA'TERMINI U KUNDIZZJONIJIET LI MA JIKKONFORMAWX U LI MA ĠEWX NOTIFIKATI (a) Parteċipant li jkun bi ħsiebu jallinja ma' termini u kundizzjonijiet li allegatament ma jikkonformawx, u li ma ġewx notifikati minn Parteċipant ieħor, li jinvolvu negozju partikolari jew linja ta' kreditu, għandu jagħmel sforz raġonevoli biex jiddetermina jekk dawn it-termini u kondizzjonijiet ikunux ser jiġu offerti. Il-Parteċipant li jallinja għandu jitqies li jkun għamel sforz raġonevoli, u għalhekk ikun intitolat li jallinja, jekk ikun informa lill-Parteċipant l-ieħor permezz ta'komunikazzjoni istantanja, eż. OLIS, ta'l-intenzjoni li jallinja bla ma rċieva l-ebda konferma fi żmien tlett ijiem utli (eskluża l-ġurnata meta rċieva) illi termini u l-kundizzjonijiet li ma jikkonformawx, ma jkunux ser japplikaw; (b) linja ta'kreditu tista' tkun allinjata b`negozju partikolari jew b`linja ta'kreditu: fiż-żewġ każijiet, l-offerta li tallinja għandha tiskadi mhux iktar tard mil-linja ta'kreditu li tkun qed tiġi allinjata; (ċ) Parteċipant li bi ħsiebu jallinja ma termini u kundizzjonijiet li ma jikkonformawx ta'Parteċipant ieħor għandu: - f'każ ta' "allinjament identiku", isegwi l-proċeduri murija fl-ewwel inċiż ta'l-Artikoli 50 jew 51, kif approprijat, u - f'każ ta' "allinjament mhux identiku", isegwi l-proċeduri murija fit-tieni inċiż ta'l-Artikoli 50 jew 51 kif approprijat, u 53. ALLINJAMENT TA' TERMINI U KUNDIZZJONIJIET OFFERTI MINN NON- PARTEĊIPANT (a) Qabel ma jallinja ma'termini u kundizzjonijiet li ma jikkonformawx, li wieħed jassumi li jkunu offerti minn non-Parteċipant, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz biex jivverifika li dawn it-termini u kondizzjoni huma sostnuti uffiċjalment. Il-Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bin-natura u r-riżultat ta'dawn l-isforzi; (b) Parteċipant li jkun bi ħsiebu jallinja termini u kundizzjonijiet li ma jikkonformawx offerti minn non-Parteċipant, għandu jsegwi l-proċedura ta' n-notifika preċedenti u ta'diskussjoni ta' l-Artikolu 47(a). Taqsima 3: Proċeduri ta' Notifika għall-għajnuna relatata mal-kummerċ 54. DEROGI: NOTIFIKA PREĊEDENTI B'DISKUSSJONI (a) Il-Parteċipanti mistennija li ma jonqsux mill-impenn li ma jidderogawx indikat fl-artikolu 40 u li jogħodu mar-regoli ta‘l-Arrangament. Madankollu jekk, f‘ċirkostanzi l-iktar estremi, Parteċipant ikun bi ħsiebu jieħu inizjattiva li jsostni termini u kondizzjonijiet li jidderogaw mill-Arrangament, il-Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha bit-termini u kondizzjonijiet li jkun intenzjonat li jsostni, permezz tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 55 u 56. Dan bla preġudizzju għall-proċeduri u ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 40(b); (b) jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jimmodera jew jirtira l-ħsieb li jsostni t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jikkonformawx, illi huwa jkun innotifika, huwa għandu, mill-ewwel jinforma b‘dan lil Parteċipanti l-oħra. 55. NOTIFIKA PREĊEDENTI (a) Parteċipant għandu jagħti notifika preċedenti jekk ikun bi ħsiebu li jagħti sostenn uffiċjali għal: - għajnuna bla rbit relatata mal-kummerċ b'valur ta'żewġ miljuni jew iktar ta' SDR, u livell konċessjonarju ta'inqas minn 80 fil-mija, - għajnuna bla rbit relatata mal-kummerċ b'valur ta'inqas minn żewġ miljuni ta' SDR u b‘element ta' għotja (kif definit mid-DAC) ta'inqas minn 50 fil-mija. - għajnuna bi rbit relatata mal-kummerċ b'valur ta'żewġ miljuni jew iktar ta' SDR, u livell konċessjonarju ta'inqas minn 80 fil-mija, jew - għajnuna bi rbit relatata mal-kummerċ b'valur ta'inqas minn żewġ miljuni ta' SDR, u livell konċessjonarju ta'inqas minn 50 fil-mija, (b) notifika preċedenti għandha ssir mill-inqas tletin ġurnata qabel ma tagħlaq id-data ta' l-offerta jew l-impenn, liema minnhom tkun qabel l-oħra; (ċ) notifika preċedenti magħmula skond it-tielat inċiż ta' l-Artikolu 55(a) hawn fuq li għandha x'taqsam ma proġett ikbar minn 50 miljun SDR għandha tinkludi informazzjoni addizzjonali dwar il-proġett li tispjega għaliex il-Parteċipant li jinnotifika jikkonsidra l-proġett bħala intitolat għal għajnuna bi rbit skond il-kriterji prinċipali indikati fl-Artikolu 35(b) hawn fuq; (d) jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva, jimmodera jew jirtira l-ħsieb li jsostni t-termini u l-kundizzjonijiet li ma jikkonformawx, illi huwa jkun innotifika, huwa għandu, mill-ewwel jinforma b‘dan lil Parteċipanti l-oħra. (e) id-disposizzjoni ta'dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal għajnuna bi rbit li tifforma parti minn pakkett finanzjarju assoċjat, kif deskritt fl-Artikolu 33. 56. NOTIFIKA IMMEDJATA Parteċipant għandu jinnotifika immedjatament lill-Parteċipanti l-oħra kollha, i.e. fi żmien jumejn utli jekk jagħti sostenn uffiċjali għall-għajnuna bi rbit relatata mall-kummerċ b'valur ta'wieħed minn dawn: - żewġ miljuni SDR jew iktar u livell ta'konċessjonalità ta' 80 fil-mija jew iktar, jew - inqas minn żewġ miljuni SDR u livell ta' konċessjonalità ta'50 fil-mija jew iktar. Parteċipant għandu wkoll jinnotifika mmedjatament lill-Parteċipanti l-oħrajn kollha meta protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu jew ftehim simili jiġu iffirmati. 57. EŻENZJONIJIET GĦAL GĦAJNUNA BLA RBIT Notifika mhix meħtieġa għal finanzjament ta' għajnuna bla rbit b'valur ta' wieħed minn dawn: - żewġ miljuni SDR jew iktar u livell ta'konċessjonalità ta' 80 fil-mija jew iktar, jew - inqas minn żewġ miljuni SDR u element ta' għotja (kif definita mid-DAC) ta' 50 fil-mija jew iktar. 58. EŻENZJONIJIET GĦALL-ASSISTENZA TEKNIKA U PROĠETTI ŻGĦAR Il-proċeduri tan-notifika fl-Artikoli 55 u 56 ma japplikawx għas-segwenti: assistenza teknika : għajnuna bi rbit meta il-komponent ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss f'koperazzjoni teknika li hi inqas minn jew tlieta fil-mija tal-valur totali tan-negozju jew miljun dollaru Amerikan, liema huwa l-inqas, u proġetti żgħar : proġetti kapitali ta' inqas minn miljun dollaru Amerikan illi huma provduti fondi esklużivament minn għotjiet ta' assistenza għall-iżvilupp. 59. STATUS VINKOLANTI TA' L-GĦAJNUNA Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali dwar l-istatus vinkolanti ta'kull forma ta'għajnuna skond l-Artikolu 31(ċ). 60. ALLINJAMENT TA' NOTIFIKI PREĊEDENTI Parteċipant li jkun beħsiebu li jallinja għajnuna bi rbit notifikata preċedentement għandu jsegwi l-proċeduri indikati hawn taħt. Ħlief meta il-Parteċipant li jkun ħa l-inizzjattiva jkun bagħat avviż illi huwa rtira l-intenzjoni li jagħti għajnuna il-parteċipanti jistgħu, jsostnu l-għajnuna bi rbit kif ġej la darba l-perjodu ta' tletin ġurnata utli msemmi fl-Artikolu 55(b) ikun għadda: - għal "allinjament identiku", i.e. it-termini u l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-istess livell ta'konċessjonalità, il-Parteċipant li jallinja għandu jagħti notifika ta' l-intenzjoni tiegħu li jallinja kemm jista' jkun kmieni, jew - għal "allinjament mhux identiku" suġġerit minn notifika inizjali, i.e. kull element ieħor li ma jikkonformax mall-kondizzjonijiet soġġetti għar-restrizzjonijiet ta' l-Artikolu 41, il-parteċipant li jallinea għandu jibda perjodu ta' notifika preċedenti ta' ħamest ijiem kalendarji u jistenna li jgħaddi. Dan il-perjodu jista' jimsi flimkien ma' dak tal-proċedura tan-notifika preċedenti u diskussjoni mibdi mill-Parteċipant li nnotifika oriġinarjament imma ma jistax jiskadi qabel it-tmiem tal-perjodu tat-tletin ġurnata utli isemmi fl-Artikolu 55(b). 61. ALLINJAMENT TA'NOTIFIKI IMMEDJATI In-Notifiki preċedenti mhumiex meħtieġa jekk il-Parteċipant beħsiebu jallinea it-termini u l- kondizzjonijiet li kienu suġġetti għan-notifika immedjata skond l-Artikolu 56. Taqsima 4: Proċeduri ta' konsultazzjoni għal għajnuna relatata mall-kummerċ 62. SKOP TAL-KONSULTAZZJONIJIET (a) Parteċipant li qed ifittex kjarifikazzjoni dwar motivazzjoni kummerċjali possibli għal għajnuna bi rbit jista' jitlob li tingħata stima tal-Kwalità ta' Għajnuna (dettaljata fl-Anness VI); (b) Barra minn hekk, parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet ma' Parteċipanti oħra, skond l-Artikolu 63. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet personali kif murija fl-Artikolu 69 sabiex jiġi diskuss: - l-ewwel, jekk offerta ta'għajnuna tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Artikoli 34 u 35 hawn fuq, u - jekk meħtieġ, jekk offerta t'għajnuna hix ġustifikata anke jekk ir-rekwiżiti ta'l-Artikoli 34 u 35 mhumiex sodisfatti. 63. KAMP TA' APPLIKAZZJONI U ŻMIENIJIET LI GĦANDHOM JIĠU RISPETTATI (a) Fil-konsultazzjonijiet, Parteċipant jista' jitlob, fost ħwejjeġ oħra, l-informazzjoni li ġejja: - stima ta' studju tal-fattibilità jew valutazzjoni tal-proġett iddettaljati, - jekk ikunx hemm offerta konkorrenti b'finanzjament mhux konċessjonali jew ta' għajnuna, - jekk hux mistenni li l-proġġett jiġġenera jew jiffranka munita barranija, - jekk ikunx hemm koperazzjoni ma organizzazzjonijiet multilaterali bħal Bank Mondjali, - il-presenza ta' Irkant Kompetittiv Internazzjonali (ICB – international competitive bidding), b'mod partikolari jekk min jissuplixxi lill-pajjiż donatur kellux l-offerta stmata bħala l-iktar baxxa, - l-impatt fuq l-ambjent, - il-parteċipazzjoni tas-settur privat, u - it-termini tan-notifiki (eż. sitt xhur qabel l-għeluq ta' l-offerti jew id-dati ta' l-impenn) ta' krediti konċessjoni jew ta' għajnuna; (b) il-konsultazzjoni għandha titlesta u r-riżultati fuq iż-żewġ kwistjoni fl-Artikolu 62 notifikati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem utli qabel l-egħluq ta' l-offerti jew id-data ta' l-impenn, liema tkun l-ewwel. Jekk il-partijiet li jikkonsultaw ma jaqblux, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-opinjoni tagħhom fi żmien ħamest ijiem utli. Għandu jirrapporta dawn il-veduti lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jirrikkonsidra jekk ikomplix meta jkun jidher li ma hemm l-ebda sostenn sostanzjali għall-offerta ta'għajnuna. 64. PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-PROĠETTI KBAR Jekk Parteċipant ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni addizzjonali mogħtija skond l-Artikolu 55(ċ), jista' jitlob informazzjoni addizzjonali. Parteċipant jista' wara dan jitlob konsultazzjoni skond l-Artikolu 63. F'konsultazzjoni bħal din għandu jingħata piż speċjali lid-disponibilità mistennija ta' finanzjament b'kondizzjonijiet tas-suq jew ta' l-Arrangament meta jitqies jekk dik l-għajnuna hix f'posta. 65. RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET (a) Donatur li jkun jixtieq jimxi ‘l quddiem bil-proġett minkejja n-nuqqas ta'sostenn sostanzjali għandu jagħti avviż minn qabel ta'l-intenzjoni tiegħu lill-Parteċipanti oħra, mhux iktar tard minn sittin jum kalendarju wara l-konklużjoni tal-Konsultazzjoni, i.e. l-aċċettazzjoni tal-Konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu wkoll jikteb ittra lis-Segretarju Ġenerali ta‘l-OECD, li fiha jiġbor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega x‘kien l-interess nazzjonali primarju, mhux relatat mall-kummerċ illi ġiegħlu jieħu l-azzjoni. Il-Parteċipanti jippretendu li dawn jibqgħu każijiet rari u mhux tas-soltu; (b) id-donatur għandu immedjatament jinnotifika lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali ta' l-OECD, u jinkludi kopja tagħha man-notifika. La d-donatur u lanqas ebda Parteċipant ieħor ma' għandu jagħmel impenn ta'għajnuna b'irbit sa għaxart ijiem utli wara li tkun inħarġet in-notifika lill-Parteċipanti. Fil-każ ta' proġetti li għalihom ġew identifikati matul il-proċess ta' konsultazzjoni, imma offerti kummerċjali konkorrenti, l-għaxart ijiem utli fuq imsemmija għandhom jiġu estiżi għal ħmistax il-ġurnata. (ċ) is-Segretarjat għandu jżomm taħt għajnejh il-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet. Taqsima 5: Proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni għall-krediti ta' l-esportazzjoni u għajnuna relatata mall-kummerċ 66. PUNTI TA' KUNTATT Il-komunikazzjoniiet kollha għandhom isiru bejn punti ta' kuntatt indikati f'kull pajjiż permezz ta' komunikazzjoni istantanja, e.g. OLIS, u jiġu ittrattati b'kunfidenzjalità. 67. KAMP TAT-TALBA TA' L-INFORMAZZJONI (a) Parteċipant jista' jistaqsi Parteċipant ieħor dwar l-atteġjament li jkollu fir-rigward ta' pajjiż terz, ta' istituzzjoni f'pajjiż terz jew ta' metodu partikolari ta' negozju; (b) Parteċipant illi jkun irċieva applikazzjoni għall-sostenn uffiċjali jista' jitlob informazzjoni mingħand Parteċipant ieħor, u jagħti informazzjoni dwar l-iktar termini u kondizzjonijiet ta' kreditu favorevoli li hu jkun dispost li jsostni; (ċ) Parteċipant illi irċieva allegazzjonijiet illi Parteċipant ikun offra sostenn uffiċjali li jidderoga mill-Arranġament jista' jistaqsi lill-dak il-Parteċipant għall-informazzjoni u jagħti, dettalji ta' l-allegazzjoni; (d) jekk it-talba għall-informazzjoni ssir lill iktar min parteċipant wieħed, għandu jkun fiha lista tad-destinatarji; (e) kopja tat-talbiet kollha għall-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarjat. 68. KAMP TAT-TWEĠIBIET (a) Parteċipant li jkun destinatarju ta' talba għall-informazzjoni għandu jwieġeb fi żmien sebgħat ijiem kalendarji u jagħti kull informazzjoni possibli. It-tweġiba għandu jkun fiha l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jkun jista' tad-deċiżjoni li aktarx jieħu. Jekk meħtieġ, it-tweġiba sħiħa għandha ssegwi kemm jista' jkun malajr. Kopji għandhom jintbagħtu lill-destinatarji l-oħrajn kollha u lis-Segretarjat; (b) jekk tweġiba għat-talba ta' investigazzjoni għal xi raġuni sussegwentement ma tibqax valida, per eżempju għaliex: - applikazzjoni tkun saret, inbidlet jew ġiet irtirata, jew - kondizzjonijiet oħra qed jiġu kkunsidrati, tweġiba għandha ssir bla dewmien u kopja tintbagħat lid-destinatarji l-oħra kollha u lis-Segretarjat. 69. KONSULTAZZJONIJIET DIRETTI (a) Il-Parteċipanti jiftiehmu li jwieġbu favorevolment għat-talbiet ta' konsultazzjonijiet diretti malajr, i.e. fi żmien ħamest ijiem utli, partikolarment meta il-proċeduri korrenti għall-iskambju ta' informazzjoni li jistgħu jitqiesu inadegwati; (b) il-Parteċipanti kollha għandhom ikunu avżati b'talbiet għall-konsultazzjonijiet diretti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista' jkun malajr wara li jgħaddi il-perjodu ta' ħamest ijiem utli; (ċ) il-Parteċipant li jitlob konsultazzjoni għandu jippresjedi u jkun responsabbli li jiġu ffissati bi qbil, il-ħin u l-post għall-laqgħa. Il-Parteċipanti oħra għandhom ikunu infurmati b'dan; (d) f'każijiet meta n-negozju suġġett tal-konsultazzjoni ikun diġa sar, il-President għandu jkun jintagħżel mill-partijiet involuti. Jekk il-konsultazzjoni ma ssirx fis-sede ta' l-OEĊD f'Pariġi, il-Parteċipant illi jitlob il-konsultazzjonijiet għandu jipprovdi s-servizzi ta' segretarjat, u jekk meħtieġ ta' interpretazzjoni; (e) is-Segretarjat għandu jiċċirkola kemm jista' jkun malajr r-riżultat tal-konsultazzjoni mall-Parteċipanti kollha. Jekk is-Segretarjat ma jkunx jista' jattendi laqgħa li tinżamm barra mis-sede ta' l-OEĊD, il-President għandu jassigura li tkun infurmata bir-riżultat; (f) il-President għandu jikkordina mas-segretarjat kull azzjoni neċċessarja li għandha ssegwi; (g) skambju ta' informazzjoni jew konsultazzjonijiet diretti jistgħu iwasslu għall-linja komuni. 70. LINJI KOMUNI Linja komuni hija Intiża bejn il-Parteċipanti biex li jiftiehmu bejniethom il-bażi ta' sostenn uffiċjali f' negozju partikolari jew ċirkostanzi speċifiċi. Jista' jkun fiha termini u kondizzjonijiet li jistgħu jkunu iktar jew inqas favorevoli minn dawk permessi taħt l-Arranġament. Ir-regoli ta'linja komuni miftehma jissostitwixxu ir-regoli ta' l-Arranġament biss għall dak in-negozju jew fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-linja komuni. 71. PROĊEDURI U FORMAT TA' LINJI KOMUNI (a) Is-Segretarjat biss huwa d-destinatarju ta' Proposti ta' linja komuni. Proposta ta' linja komuni għandha tintbagħat lill-Parteċipanti kollha u, meta għajnuna bi rbit hija nvoluta, lill-punti ta' kuntatt kollha ta' DAC, mis-Segretarjat. L-identità ta' dak li jkun ħa l-inizzjattiva m' għandiex tingħata fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fil-Bullettin ta' l-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' jagħti l-identità ta' min ħa l-inizzjattiva lil Parteċipant jew membru tad-DAC bil-fomm meta mitlub. Is-Segretarjat għandu jżomm reġistru ta' dawn it-talbiet; (b) proposta ta' linja komuni għandha tkun datata u fil-format li ġej: - numru ta'referenza, segwit minn "Linja Komuni", - isem tal-pajjiż u x-xerrej importaturi, - isem u deskrizzjoni tal-proġett preċiża kemm jista' jkun biex tidentifika l-proġett, - termini u kondizzjonijiet previsti mill-pajjiż li ħa l-inizzjattiva, - proposta ta' linja komuni, - nazzjonalità u ismijiet ta' l-offerenti konkorrenti, - id-data ta' l-għeluq ta' l-offerti kummerċjali u finanzjarji u n-numru ta' l-appalt sa fejn magħruf, u - informazzjoni oħra relavanti, inklużi r-raġunijiet għal proposta ta' linja komuni, u studji disponibbli tal-proġett u/jew taċ-ċirkostanzi speċjali; (ċ) proposta ta' linja komuni li tkun saret skond l-artikolu 34(b)(4) għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat u kkupjata lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel proposta ta' linja komuni għandu jagħti spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li mħabba fihom jikkonsidra li klassifika ta'pajjiż għandha tkun differenti minn dik indikata fl-Artikolu 34(b). 72. RISPOSTI GĦAL PROPOSTI TA' LINJA KOMUNI (a) Ir-risposti għandhom isiru sa għoxrin ġurnata kalendarja, għalkemm il-Parteċipanti huma mħeġġa li jirrispondu għall-proposta ta' linja komuni kemm jista' jkun malajr; (b) Ir-risposta tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għall-modifika tal-linja komuni jew proposta ta' linja komuni alternattiva; (ċ) Parteċipant illi javża illi m'għandu l-ebda posizzjoni peress li ma kienx avviċinat minn esportatur, jew mill-awtoritajiet ta' pajjiż li jirċievi l-għajnuna fil-każ ta' għajnuna għall-proġett jitqies illi jaċċetta il-proposta ta' linja komuni. Jekk dan il-Parteċipant jiġi avviċinat wara li l-linja komuni tkun daħlet fis-seħħ, tista' tapplika l-proċeduri fl-Artikolu 77(a) sa (d) jekk tkun tixtieq tagħti termini u kondizzjonijiet iktar liberali minn dawk tal-linja komuni. 73. AĊĊETTAZZJONI TA' LINJI KOMUNI (a) Wara perjodu ta'għoxrin ġurnata kalendarja, s-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus ta' proposta għall-linja komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-linja komuni, iżda l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, l-proposta għandha titħalla miftuħa għall perjodu addizzjonali ta'tmint ijiem kalendarji; (b) wara dan il-perjodu addizzjonali, Parteċipant illi ma jkunx irrifjuta espliċitament il-proposta ta' linja komuni għandu jitqies li aċċetta l-linja komuni. B'dana kollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li jkun ħa l-inizzjattiva, jista' jikkondizzjona l-aċċettazzjoni tiegħu bl-aċċettazzjoni espliċita ta' wieħed jew iktar mill-Parteċipanti l-oħra; (ċ) jekk Parteċipant ma jaċċettax xi elementi jew iktar ta'linja komuni ikun qed jaċċetta impliċitament l-elemementi l-oħra tal-linja komuni. Hemm intiża li din l-aċċettazzjoni parzjali tista' twassal Parteċipanti oħra li jibdlu l-atteġġjament tagħhom dwar linja komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha jistgħu joffru jew jallinjaw termini u kondizzjonijiet li ma jkunux koperti minn linja komuni; (d) linja komuni illi ma ġietx aċċettata ma tistax tiġi rikonsiderata permezz tal-proċeduri fl-Artikoli 71 u 72. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Parteċipanti m'humiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. 74. NUQQAS TA' QBIL FUQ LINJI KOMUNI Jekk Parteċipant li jkun ħa l-inizzjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jaqblux fuq linja komuni fi żmien il-perjodu ta' tmint ijiem kalendarji addizzjonali, dan il-perjodu jista' jiġi mtawwal bi ftehim bejniethom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha b'din l-estensjoni. 75. DATA LI TIDĦOL FIS-SEĦĦ IL-LINJA KOMUNI Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew illi l-linja komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet rifjutata; l-linja komuni tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara l-avviż. Is-Segretarjat għandu jgħaddi fuq l-OLIS elenku aġġornat permanentement tal-linji komuni kollha li jkunu ġew miftehma jew li għadhom mhux deċiżi. 76. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI (a) Linja komuni, la darba miftiehma, tibqa valida għall-perjodu ta'sentejn mid-data li fiha tidħol fis-seħħ, sakemm is-Segretarjat ma jkunx informat li m' hemmx iktar interess fiha, u li dan jaqblu miegħu il-Parteċipanti kollha. Linja komuni tibqa valida għall-perjodu adizzjonali ta'sentejn jekk Parteċipant jitlob estensjoni fi żmien erbatax il-ġurntat kalendarja tad-data oriġinali ta' l-iskadenza. Estensjonijiet sussegwenti jistgħu jinftiehmu permezz ta' l-istess proċedura. Linja komuni miftehma skond l-Artikolu 34(b)(4) tibqa valida sakemm l-informazzjoni tal-Bank Mondjali għas-sena ta' wara ma tkunx disponibbli; (b) is-Segretarjat għandu jissorvelja l-istatus ta'linji komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti infurmati b'dan, billi jaġġorna l-elenku "Status ta'Linji Komuni fis-seħħ" fuq l-OLIS. Għaldaqstant, is-Segretarjat, għandu inter alia: - iżidu linji komuni ġodda meta dawn jiġu aċċettati mill-Parteċipanti, - jaġġornaw d-data ta'l-iskadenza meta Parteċipant jitlob l-estensjoni, - iħassru linji komuni meta jiskadu, u - joħorġu fuq bażi ta' kull tlett xhur, lista ta' linji komuni li jkunu sejrin jiskadu fit-tlett xhur ta' wara 77. DEVJAZZJONI MINN LINJA KOMUNI (a) Parteċipant li jkun beħsiebu illi jagħti sostenn lill-termini u kondizzjonijiet li jkunu iktar favorevoli minn dawk miftehma fil-linja komuni għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha u lis-Segretarjat mill-inqas sittin ġurnata kalendarji qabel ma jagħmel impenn; (b) dan l-avviż għandu jinkludi spjegazzjoni tar-raġuni il-għala ikun beħsiebu jsostni termini u kondizzjonijiet li huma iktar favorevoli mill-linja komuni, kif ukoll juri kif dan ma jkollux bħala riżultat deċiżjoni ta' akkwist influwenzata mill-għajnuna li tkun disponibbli (possibilment inkluż ir-riżultat tal-proċedura ta' Gara Kompetittiva Internazzjonali (ICB – international competitive bid)) (ċ) jekk Parteċipant interessat f'negozju partikolari jitlob dan, is-Segretarjat għandu jorganizza konsultazzjoni diretta; (d) ħlief meta linja komuni alternattiva tiġi ffissata fil-konsultazzjoni diretta, il-Parteċipanti m'għandhomx jagħmlu impenn sat-tmienja u għoxrin ġurnata kalendarja wara l-konsultazzjoni diretta, jew sa sittin ġurnata kalendarja wara l-avviż, liema minnhom hi l-iktar tard; (e) Parteċipant għandu jirriserva d-dritt li jallinea l-offerta li tkun iktar favorevoli minn dik miftiehem fil-linja komuni skond l-Artikoli 50, 53, 60 u 61. Taqsima 6: Disposizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni ta' rati ta' imgħax minimu (CIRR) 78. KOMUNIKAZZJONI TA' RATI TA' IMGĦAX MINIMU (a) Iċ-CIRR għal muniti li jkunu ġew stabbiliti skond id-Disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 għandhom jintbagħatu permezz ta' komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba f' xahar lis-Segretarjat biex tiġi ċirkolata lill-Parteċipanti kollha; (b) Dan l-avviż għandu jasal għand is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara l-aħħar ta' kull xahar kopert minn din l-informazzjoni. Is-Segretarjat għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti kollha bir-rati applikabbli. 79. DATA TA' DĦUL FIS-SEĦĦ GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' RATI TA' IMGĦAX Kull tibdil fir-rati ta' l-imgħax għandu jidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara l-aħħar ta' kull xahar. 80. TIBDIL IMMEDJAT FIR-RATI TA' IMGĦAX Meta l-iżviluppi fis-suq jeħtieġu n-notifika ta' emenda għall-CIRR matul ix-xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li n-notifika ta'din l-emenda tkun ġiet riċevuta mis-Segretarjat. Taqsima 7: Disposizzjonijiet operattivi għall-iskambju ta' informazzjoni għall-premju 81. SKAMBJU ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI GĦALL-PREMJU (EEI) Il-Parteċipanti għandhom jagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Anness VII biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-Disposizzjonijiet ta' l-Arranġament fir-rigward tal-kriterji minimi tal-premju. Taqsima 8: Reviżjonijiet 82. REVIŻJONI ANNWALI (a) Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu, mill-inqas kull sena, il-funzjonament tal-Arranġament. Ir-reviżjoni għandha normalment issir fit-tieni tlett xhur ta' kull sena. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta' notifika, id-derogi, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tas-sistema DDR, irregoli u l-proċeduri dwar għajnuna bi rbit, kwistjonijiet dwar l-allinjament, impenji preċedenti, il-prattiċi dwar krediti dwar prodotti agrikoli u il-possibilitajiet għall-parteċipazzjoni iktar wiesgħa fl-Arranġament; (b) din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mogħtija mill-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom għat-titjib ta' l-operazzjoni u effikaċja ta' l-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom jikkonsidraw il-miri ta' l-Arranġament u s-sitwazzjoni tal-mument ekonomika u monetarja. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jkunu jixtiequ li jipproponu għal din r-reviżjoni għandhom jaslu għand is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamsa u erbgħin jum qabel id-data tar-reviżjoni. 83. REVIŻJONI TA' RATI TA' IMGĦAX MINIMI (a) Il-Parteċipanti għandhom perjodikament jirrevedu s-sistema għat-fissazzjoni taċ-CIRR sabiex jassiguraw illi r-rati notifikati jirriflettu l-kondizzjonijiet kurrenti tas-suq u jissodisfaw l-iskopijiet li mħabba fihom ikunu ġew stabbiliti r-rati applikati. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom ukoll ikopru l-marġini li jiżdied meta r-rati jiġu applikati; (b) Parteċipant għandu jissottometti lill-President tal-Parteċipanti talba bil-ġustifikazzjoni għal reviżjoni straordinarja fil-każ li dak il-Parteċipant iqis illi ċ-CIRR ta' munita waħda jew iktar ma għadux jirrifletti iktar il-kondizzjonijiet kurrenti tas-suq. 84. REVIŻJONI TAL-KRITERJI MINIMI TAL-PREMJU U KWISTJONIJIET RELATATI Il-Parteċipanti għandom regolarment u mill-inqas kull sena, jissorveljaw u jirrevedu l-aspetti kollha tar-regoli u l-proċeduri tal-premju. Dan jinkludi: - il-metodoloġija għall-Mudell tar-Riskju tal-Pajjiż sabiex jirrevedi l-validità tagħha fid-dawl ta' l-esperjenza, - il-kriterji tal-premju sabiex jaġġustawhom maż-żmien sabiex jassiguraw li jibqgħu qies preċiż tar-riskju, billi jittieħdu in konsiderazzjoni it-tliet PFT: il-kontanti fil-kaxxa u l-prinċipji ta' l-akkumulazzjoni, u l-indikaturi tas-suq privat meta approprjat, - is-sistema ta' kondizzjonijiet relatati, u - il-korp ta' l-esperjenzi taċ-ċirkostanzi li fihom ikunu applikabbli l-iskonti fuq il-kriterji minimi tal-premju u l-livell approprjat ta' dawn l-iskonti. Biex jassisti fir-reviżjoni s-Segretarjat għandu jipprovdi rapporti dwar in-notifiki kollha. KAPITOLU V XOGĦOL FUTUR 85. ĦALL TA' RBIT GLOBALI Il-Parteċipanti jikkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom li jikkoperaw mall-Grupp Tax-Xogħol dwar Aspetti Finanzjarji ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp (DAC/FA – Working Party on Financial Aspects of Development Assistence) u li jiddefenixxu iktar b'mod iktar preċiż l-għajnuna bla rbit u l-għajnuna bl-irbit. Huma isegwu mill-qrib il-progress tad-DAC/FA f'dan il-qasam. Jaqblu li jistiednu lid-DAC/FA li jikkonsidra kif isaħħaħ d-dixxiplina u t-trasparenza, bil-mod li ġej: dixxiplina : il-Parteċipanti għandhom jidħlu urġentement f'diskussjoni mad-DAC/FA biex jaqblu għall-miri dwar il-ħall ta' rbit ta' l-għajnuna; trasparenza - notifika ta' għajnuna bla rbit speċifika mill-inqas qabel il-bidu tal-proċedura tal-gara, jew fi żmien ħamsa u erbgħin ġurnata kalendarja, mid-data tal-firma tal-kuntratt finanzjarju, liema jkun l-ewwel, billi jingħata żmien raġonevoli u informazzjoni dwar il-proġett biżejjed biex jistgħu jiġu preparati l-offerti fi żmien tat-terminu ta' l-appalt, u - notifika immedjata ex-post ta' l-isem u nazzjonalità tal-kumpannija li tkun se tingħata il-kuntratt ta' għajnuna bla rbit speċifika, Is-Segretarjat għandu joħloq u jżomm aġġornat reġistru ta' dawn in-notifiki fuq l-OLIS. Din l-informazzjoni m'għandhiex tinżamm konfidenzjali. 86. PURTELLI FIS-SWIEQ Il-Parteċipanti jimpenjaw rwieħhom illi jinvestigaw iktar il-kwistjoni tat-trasparenza u li jiġu stabbiliti operazzjonijiet ta' purtelli fis-swieq sabiex jistgħu jevitaw distorsjoni fil- kompetizzjoni. 87. SETTURI (a) Il-Parteċipanti impenjaw rwieħhom li jibdew negozjati fl-1994 dwar il-linji gwida kumplimentari fir-rigward ta' Krediti għall-Esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli. Grupp ta' esperti twaqqaf u kellu l-ewwel laqgħa f'April ta' l-1995; (b) il-ħtieġa għall-linji gwida oħra jew kumplimentari fl-Arranġament għall-Impjant u tagħmir ta' l-Azzar għandhom jiġu kkonsidrati wara li jkunu magħrufa r-riżultati tan-negozjati fil-kuntest tal-Ftehim Multilaterali dwar l-Azzar. 88. NUQQAS TA' QBIL FL-INTERPRETAZZJONI Ma kienx possibli li jintlaħaq Ftehim sħiħ ta' sostenn uffiċjali minħabba differenzi bejn is-sistemi nazzjonali ta' kreditu għall-esportazzjoni li ilhom stabbiliti. Hemm intiża li jsiru sforzi biex jinħallu id-differenzi ta' interpretazzjoni u dan b'urġenza. Sakemm jintlaħaq Ftehim, il-kliem kif inhu illum fl-Arranġament ma għandux ikun ta' preġudizzju għall-interpretazzjonijiet preżenti. [1] Ara l-Artikolu 88 (Xogħol fil-futur) [2] Per eżempju bl-użu ta' l-informazzjoni ta' l-1996, il-pajjiżi li għandhom dħul per kapita il-fuq minn 5435 dollaru. [3] L-applikazzjoni tal-livell ta' premju minimu hi soġġetta għall-perjodu transitorju: - Il-perjodu transitorju jispiċċa fil-31 ta' Marzu 1999 u wara dik id-data il-prinċipji gwida jiġu mplimentati mmedjatament; - Ir-rati tal-premju li ġew stabbiliti fil-perjodu transitorju ma jkunux validi wara tlett xhur mill-31 ta' Marzu 1999 ie 30 ta' Ġunju 1999; - Matul il-perjodu transitorju għandu jkun hemm sforz biex ma jiġux ridotti r-rati tal-premju iktar baxx mill-livelli tal-minimu tal-premju inizjali ħlef fil-każ ta' allinjament; - Korea; - Il-perjodu transitorju għall-Korea għandu jispiċċa fil-31 ta' Marzu 2002;Sa l-1 ta' April 1999 il-Korea għandha tapplika mill-inqas 40 fil-mija tal-livell minimu tal-premju inizjali; Sa l-1 ta' April 2000 il-Korea għandha tapplika 60 fil-mija tal-livell minimu tal-premju; sa l-ewwel ta' April 2001 il-Korea għandha tapplika 80 fil-mija tal-livell minimu tal-premju; sa l-ewwel ta' April tat-2002 il-Korea għandha tapplia 100 fil-mija tal-livell minimu tal-premju. [4] Per eżempju bl-użu ta' l-informazzjoni ta' 1996 dawk il-pajjiżi b'introjtu per kapita ‘l-fuq minn 9635 dollaru. [5] Per eżempju bl-użu tad-data ta' l-1996 dawk il-pajjiżi li għandhom GNP per capita ogħla minn 3115 il-dollaru. [6] Minkejja l-klassifika ta' pajjiżi intitolati jew mhux li jirċievu għajnuna marbuta, il-politika dwar għajnuna marbuta għall-Belarus, Estonja, Latvia, Litwanja, il-Federazzjoni Russa, is-Slovenja u l-Ukraina, hija koperta mill-ftehim tal-parteċipanti li jippruvaw jevitaw dawn il-krediti barra minn għajnuna diretta, għajnuna f-ikel u għajnuna umanitarja. Id-deċiżjoni li dan il-ftehim jiġi mtawwal tittieħed fuq bażi annwali normalment fl-aħħar tlett xhur tas-sena.Għall-skopijiet tal-projbizzjoni ratba, d-diżattivazzjoni ta' impjant ta' enerġija nukleari minħabba emerġenza jew għall-skopijiet ta' sigurtà jista' jitqies bħala "għajnuna umanitarja". [7] Matul il-perjodu transitorju għall-applikazzjoni tal-kriterji għall-premju minimu: - Il-parteċipanti fuq bażi volontarja u bl-aħjar impenn, għandhom jinnotifikaw mill-ewwel każijiet fejn ir-riskji tal-pajjiż huma esternalizzati/imneħħija jew limitati/esklużi għaż-żmien kollu ta' l-obbligu tal-ħlas lura tad-dejn, - Hu maħsub illi l-esperjenza ta' dawn il-każijiet tiġi elenkata u tkun suġġetta għar-reviżjoni fi tmiem il-perjodu transitorju bl-iskop li tiġi stabbilita li tinkludi e.g. garanziji inkondizzjonati għall-pajjiżi terzi, kontijiet blokkati u finanzjament ibbażat fuq l-assi. Din il-massa ta' esperjenza tista' wkoll tagħti gwida dwar il-livelli ta' skont approprjati. -------------------------------------------------- ANNESS I INTIŻA SETTORJALI DWAR KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA' BASTIMENTI I. 1. Għall-kull kuntratt li għandu x'jaqsam ma kull bastiment ġdid għall fuq il-baħar jew ma kull konverżjoni ta' bastiment [1] li għandu jiġi negozjat mill-1 ta' Diċembru 1979 il'quddiem, il-parteċipanti f'din l-intiża jiftiehmu li jabolixxu il-faċilitajiet uffiċjali eżistenti [2] u li ma jintroduċu l-ebda faċilità uffiċjali ġdida għall-krediti ta' esportazzjoni b' kondizzjonijiet li jkun fihom: (i) durata massima li teċċedi tmien snin u nofs [3] mill-kunsinna u ħlas lura f' pagamenti ugwali f'intervalli regolari ta' sitt xhur, normalment u massimu ta' tnax-il xahar; (ii) pagament mall-kunsinna ta' inqas minn 20 fil-mija tal-prezz kontrattwali; (iii) rata ta' imgħax ta' inqas minn 8 fil-mija, netta minn kull imposta [4]. 2. Din ir-rata minima ta' imgħax ta' 8 fil-mija għandha tapplika għall-kreditu mogħti b'sostenn uffiċjali mill-kostruttur tal-bastiment lix-xerrej (f'negozju ta' konsenja bi kreditu) jew minn bank jew xi parti oħra fil-pajjiż tal-kostruttur tal-bastiment lix-xerrej jew lill xi parti oħra fil- pajjiż tax-xerrej (f'negozju ta' xerrej bi kreditu) kemm jekk is-sostenn uffiċjali jingħata għas-somma kollha tal-kreditu kif ukoll għall parti biss minnha. 3. Ir-rata ta' imgħax minimu tapplika wkoll għall-kreditu mogħti b'sostenn mill-gvernijiet li jipparteċipaw fl-Intiża, fil-pajjiż tal-kostruttur tal-bastiment lill-kostruttur jew lill xi parti oħra, biex ikun jista' jingħata kreditu lill-proprjetarju tal-bastiment jew lill xi parti oħra tal-pajjiż tal-proprjetarju, kemm jekk is-sostenn uffiċjali jingħata għas-somma kollha tal-kreditu u kif ukoll għall-parti biss minnha. 4. Sa fejn enti pubbliċi jipparteċipaw f'miżuri li jippromwovu l-esportazzjoni, l-parteċipanti jiftiehmu li jużaw kull influwenza possibli biex iżommu milli jsir il-finanzjament ta' l-esportazzjonijiet b'kondizzjonijiet li jmorru kontra dawn il-prinċipji. 5. Il-Parteċipanti, billi jirrikonoxxu li huwa desiderabbli ħafna li jiġi stabbilit limitu għall-kondizzjonijiet tal-kreditu għall-esportazzjoni, jiftiehmu wkoll li jagħmlu l-aħjar sforzi biex jassiguraw li ma jiġux offerti kondizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk ta' fuq lill-xerrejja bi kwalunkwe mezz ieħor. 6. Kull Parteċipant fl-Intiża li jkun jixtieq, għal raġunijiet ta' ġenwini għajnuna, li jikkonċedi kondizzjonijiet iktar favorevoli f'każ partikolari ma jkunx prekluż milli jagħmel dan, sakemm jagħti avviż adegwat ta'din id-deċiżjoni lill-partijiet kollha ta' l-Intiża skond proċedura stabbilita għall-dan l-iskop. Għal dawn il-każijiet "avviż adegwat" għandu jkun interpretat bħala li jeħtieġ li n-notifika lill-parteċipanti kollha issir, jekk possibli, mill-inqas sitt ġimgħat qabel ma tingħata l-wegħda, f'kull stadju tan-negozjati, illi jiġu impenjati il-fondi għal dan l-iskop, u f'kull każ mill-inqas sitt ġimgħat qabel l-awtorizzazzjoni ma tingħata biex tikkommettihom. 7. Avviż preċedenti għandu wkoll jingħata skond il-proċeduri miftehma bejn il-parteċipanti ta' kull deċiżjoni li tittieħed għal raġunijiet eċċezzjonali barra minn dawk speċifikati fi Klawsola 6, li jingħata sostenn lill-kondizzjonijiet iktar favorevoli b'xi mod minn dawm ta' l-Intiża. Is-sostenn (li jinkludi l-għoti ta' l-għajnuna) għandu jiġi rifjutat għal kull ordni finali li ssir [5] b'kondizzjonijiet iktar favorevoli qabel ma l-Parteċipanti fl-Intiża ikunu ingħataw avviż preċedenti bi qbil mal-proċedura miftehma. 8. Kull parteċipant fl-Intiża jista', salv li japplika l-proċeduri miftehma bejn il-parteċipanti, jsostni kondizzjonijiet iktar favorevoli f' każ partikolari li jiġi ġustifikat biex jallinea kondizzjonijiet ta' negozji sostnuti uffiċjalment, jew il-kontravenzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet minn parteċipanti oħra, jew il-konkorrenza minn pajjiżi non-parteċipanti. II. 9. Kull parteċipant fil-Intiża jista' jikseb informazzjoni minn kull parteċipant ieħor dwar kondizzjonijiet ta' sostenn uffiċjali għall-kuntratt ta' esportazzjoni sabiex jaċċerta ruħu jekk il-kondizzjonijiet jikkontravenux din l-Intiża. Il-Parteċipanti jintrabtu illi jagħtu kull informazzjoni possibilment mitluba, kemm jista' jkun malajr. Skond ir-regoli u l-prattika ta' l-OECD, kull parteċipant jista' jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jaġixxi għan-nom tiegħu fil-materja fuq imsemmija u jiċċirkola l-informazzjoni miksuba lill-parteċipanti kollha fl-Intiża. 10. Kull parteċipant jintrabat li jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali bis-sistema tiegħu ta' għoti ta' sostenn uffiċjali u ta' l-meżżi ta' implimentazzjoni ta' l-Intiża. III. 11. Din l-Intiża tidħol fis-seħħ malli l-Membri kollha tal-Grupp tax-xogħol Nru 6 ikunu nnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali li aderew għaliha jew malli l-parteċipanti li jkunu nnotifikaw b'dan il-mod lis-Segretarju Ġenerali jiddeċiedu li huma jikkostitwixxu maġġoranza rappreżentattiva tal-Membri tal-Grupp tax-xogħol Nru 6; kull parteċipant li ma jaqbilx dwar x'jikkostitwixxi maġġoranza rappreżentattiva ma jkunx marbut bid-deċiżjoni ta' l-oħrajn. L-Intiża hija miftuħa għall-pajjiżi Membri oħra tal-OECD. 12. Din l-Intiża tkun suġġetta għar-reviżjoni kull meta mitlub mill-parteċipanti, u f'kull każ mill-inqas darba fis-sena. Kull parteċipant jista' jirtira minn din l-Intiża billi jagħti lill-imsieħba avviż ta' tlett xhur kalendarji ta' l-intenzjonijiet tiegħu li jagħmel dan. F'dan il-perjodu, fuq talba ta' xi wieħed mill-imsieħba, għandu jkun hemm laqgħa tal-Grupp tax-xogħol Nru 6 biex l-Intiża tiġi riveduta, u kull parteċipant ieħor, wara notifika lill-imsieħba jista' jirtira mill-Intiża b'effett milll-istess data bħal dik tal-parteċipant li ta' l-ewwel avviż. [1] Il-konverżjoni tal-bastimenti tfisser konverżjoni ta' biċċa tal-baħar ta' iktar minn 1000 tgr. Bil-kondizzjoni illi l-operazzjonijiet ta' konverżjoni jinvolvu tibdil radikali tal-pjanta tat-tagħbija, tal-buq jew tas-sistema ta' propulsjoni. [2] Faċilitajiet uffiċjali huma dawk illi jippermettu li krediti jiġu assigurati, garantiti jew iffinanzjati minn gvernijiet, minn istituzzjonijiet tal-Gvern jew b'xi forma ta' parteċipazzjoni diretta jew indiretta minn naħa tal-Gvern. [3] Minħabba n-natura speċjali tan-negozji fuq bastimenti li jġorru gass naturali likwidu, id-durata ta' kreditu awtorizzat għall-dan it-tip ta' bastiment biss hija mtawwla sa għaxar snin. [4] Ir-rata ta' l-imgħax mingħajr ebda imposta tfisser illi parti mill-ispejjeż tal-kreditu (bl-esklużjoni ta' xi premju ta' assigurazzjoni għall-kreditu u/jew xi drittijiet bankarji) li titħallas f'intervalli regolari matul il-perjodu tal-kreditu u li tkun direttament relatata ma' l-ammont tal-kreditu. [5] Ordni għandu jitqies li ġie konfermat finalment malli x-xerrej ikun impenja ruħu irrevokabbilment bi ftehim miktub u ffirmat li jixtri mingħand l-esportatur u li jħallas skond il-kondizzjonijiet speċifikati anki jekk il-ftehim ikun soġġett għar-riservi li jistgħu jiġu rtirati biss mill-esportatur. -------------------------------------------------- ANNESS II INTIŻA SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA' IMPJANT TA' L-ENERĠIJA NUKLEARI KAPITOLU I KAMP TA' APPLIKAZZJONI TA' L-INTIŻA SETTORJALI 1. Kamp ta' applikazzjoni (a) Din l-intiża settorjali li tikkomplimenta l-Arranġament: - tindika il-linji gwida speċjali li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjaliment fir-rigward ta' kuntratti ta' l-esportazzjoni ta' stazzjon ta' l-enerġija nukleari kompleta jew parti minnu, li jikkomprendi l-komponenti kollha, it-tgħamir, il-materjali u s-servizzi, inkluż t-taħriġ ta' l-impjegati, meħtieġ direttament biex jiġu kostruwiti u jibdew jitħaddmu dawn l-istazzjonijiet ta' enerġija nukleari. Jindika wkoll il-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sostenn għall-karburant nukleari, - ma japplikax għal dak li għalih ix-xerrej huwa normalment responsabbli, b'mod partikolari, l-ispejjeż ta' l-iżvilupp ta' l-art, toroq, bini fuq il-lant tax-xogħol, linji ta' l-enerġija, u l-istallazzjoni għat-trasmissjoni ta' l-enerġija u għas-servizz ta'l-ilma, kif ukoll l-infieq li jsir minħabba l-proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali fil-pajjiż tax-xerrej (eż. permess tas-sit, permess tal-bini u permess għat-tagħbija tal-karburant); (b) il-kondizzjonijiet ta' l-Arranġament u mhux dawk ta' l-Intiża settorjali japplikaw għas-sostenn uffiċjali li jingħata biex jiġi diżarmat l-impjant ta' l-enerġija nukleari. Id-diżarm jinftiehem bħala l-għeluq, jew l-iżmantellar ta' l-impjant ta' enerġija nukleari. Il-proċeduri tal-linja komuni fl-Artikoli 70 sa 77 ta' l-Arranġament jagħtu possibilità għal restrizzjoni jew estensjoni ta' kondizzjonijiet tal-ħlas lura. 2. Reviżjoni Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu d-Disposizzjonijiet ta' din l-Intiża settorjali kull sena. KAPITOLU II DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦAJNUNA BI RBIT 3. Terminu massimu ta' rifużjoni It-terminu massimu ta' rifużjoni tkun xi tkun il-klassifika tal-pajjiż huwa ħmistax-il sena. 4. Rati minimi ta'l-imgħax (a) Parteċipant li jkun qed jagħti sostenn uffiċjali għall-finanzjament permezz ta' finanzjament dirett, rifinanzjament jew sostenn għar-rati ta' l-imgħaxijiet għandu japplika rati ta' l-imgħax minimi; il-Parteċipant għandu japplika r-Rata ta' Referenza speċjali għall- Imgħax Kummerċjali (SCIRR – Special Commercial Interest Reference Rate). Meta l-impenn ta' l-SCIRR huwa limitat inizjalment għal perjodu massimu li ma jgħaddix ħmistax-il sena mid-data ta' l-għoti tal-kuntratt, kull sostenn uffiċjali għall bqija taż-żmien tas-self għandu jkun limitat għall-garanziji u sostenn ta' rati ta' iteress bir-rati relevanti ta' l-SCIRR korrenti fil-mument tar-rifinanzjament; (b) meta is-sostenn uffiċjali għall-finanzjament jingħata għal-tagħmir għall-provvista parzjali ta' impjant ta' enerġija nukleari li min jissuplixxi ma jkunx responsabbli għall-operazzjoni tagħha, ir-rati ta' imgħax minimu għandhom ikunu l-SCIRR skond l-Artikolu 3 ta' l-intiża settorjali. Alternattivament, Parteċipant jista' joffri s-CIRR relevanti skond l-Artikolu 16 ta' l-Arranġament, basta li l-perjodu massimu mid-data ta' l-għoti tal-kuntratt sad-data ta' l-aħħar pagament ma jghaddix għaxar snin. 5. Stabbiliment ta' l-SCIRR L-SCIRR jiġi stabbilit f'marġini fiss ta' ħamsa u sebgħin punti bażi fuq is-CIRR tal-munita in kwistjoni, ħlief li għall-yen Ġappuniż, il-marġini għandu jkun ta' 40 punti bażi. Għal dawk il-muniti li għandhom iktar minn rata CIRR waħda, skond l-ewwel inċiż ta'l-Artikolu 16(b) ta' l-Arrangament, is-CIRR għall-itwal terminu jintuża biex tiġi stabbilita l-SCIRR. 6. Kosti lokali u Kapitalizzazzjoni ta' l-imgħax Id-Disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 25 tal-Arranġament ma japplikawx meta s-sostenn uffiċjali għall-finanzjament jingħata fuq il-bażi ta' l-SCIRR. Sostenn uffiċjali għall-finanzjament b'rati oħra barra minn SCIRR għall-kosti lokali u l-kapitalizzazzjoni ta' l-imgħax li jakkumula qabel il-punt inizjali meħud flimkien m'għandhux ikopri ammont li jeċċedi l-15 fil-mija tal-valur esportat. 7. Sostenn uffiċjali għall-Karburant Nukleari (a) It-terminu massimu għar-rifużjoni għal-kariga ta' karburant inizjali m'għandhux ikun iktar minn erba' snin mill-kunsinna. Parteċipant li jagħti sostenn uffiċjali għall-finanzjament għal-kariga ta' karburant inizjali għandu japplika rati minimi ta' imgħax; Parteċipant għandu japplika is-CIRR relevanti. Il-kariga ta' karburant inizjali għandha tikkonsisti minn mhux iktar mill-qalba nukleari inizjalment istallata, żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jaslu sal-qalba nukleari; (b) It-terminu massimu għar-rifużjoni għar-rikariga sussegwenti ta' karburant nukleari huwa ta' sitt xhur. Jekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali jiġu meqjusa xierqa termini itwal li fl-ebda każ m'għandhom jeċċedu sentejn, japplikaw il-proċeduri indikati fl-Artikolu 47. Parteċipant li jagħti sostenn uffiċjali għall-finanzjament ta' rikariga sussegwenti ta' karburant nukleari għandu japplika rata ta'imgħax minimu; il-Parteċipant għandu japplika is-CIRR relevanti; (ċ) sostenn uffiċjali għall-provvista separata ta' Servizzi għall-arrikkiment ta' l-Uranju m'għandhux jingħata fuq kondizzjonijiet iżjed favorevoli minn dawk li japplikaw għall-karburant nukleari; (d) l-iproċessar mill-ġdid u il-maniġġ ta' karburant maħruq (inkluż it-tneħħija ta' l-iskart) għandu jiħallas bi flus kontanti; (e) il-Parteċipanti m'għandhomx jagħtu karburant jew servizzi nukleari b'xejn. 8. Għajnuna Il-Parteċipanti m'għandhomx jagħtu sostenn għall-għajnuna, jekk mhux fil-forma ta' għotja bla rbit. KAPITOLU III PROĊEDURI 9. Konsultazzjonijiet preċedenti Billi jirrikonoxxu l-vantaġġi li jinkisbu jekk jkun hemm atteġjament komuni dwar kondizzjonijiet għall-impjant ta' enerġija nukleari, l-Parteċipanti jaqblu li jidħlu f' konsultazzjoni preċedenti fil-każijiet kollha meta jkun hemm l-intenzjoni li jinagħta sostenn uffiċjali. 10. Notifikazzjoni preċedenti (a) Il-Parteċipant illi jieħu l-inizzjattiva għall-konsultazzjoni preċedenti għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem qabel ma jieħu deċiżjoni finali dwar il-kondizzjonijiet li jkun beħsiebu jsostni, u jagħti fost oħrajn, id-dettalji li ġejjin: - ħlas fi flus, - it-terminu għar-rifużjoni (jinkludi il-bidu tal-kreditu, il-frekwenza tal-pagamenti għar-rifużjoni tal-kapital, u jekk dawn il-pagamenti ikunux fl-istess ammont). - il-munita u il-klassifika tal-valur tal-kuntratt, skond paragrafu 7 ta' l-Anness IV, - rata ta'imgħax, - sostenn għall-kosti lokali, inkluż l-ammont totali ta' kosti lokali espress bħala perċentwali tal-valur tal-kuntratt ta' l-esportazzjoni, il-kondizzjonijiet tar-rifużjoni, in-natura tas-sostenn li jingħata, - il-porzjon tal-proġett li jiġi finanzjat, b'informazzjoni separata għal-kariga inizjali tal-karburant, meta approprjat, - kull informazzjoni oħra relevanti inkluża referenza għal każijiet relatati; (b) Il-Parteċipanti l-oħra m'għandhomx jieħdu deċiżjoni finali dwar il-kondizzjonijiet sostnuti matul il-perjodu ta' għaxart ijiem imsemmi fis-subparagrafu (a) iżda għandhom fi żmien ħamest ijiem jiskambjaw informazzjoni mall-Parteċipanti l-oħrajn kollha fil-konsultazzjoni dwar il-kondizzjonijiet ta' kreditu approprjati għal-dak in-negozju bl-iskop li jintlaħaq atteġjament komuni dwar dawn il-kondizzjonijiet; (ċ) jekk ma jintlaħaqx atteġjament komuni b'dan il-mod fi żmien għaxart ijiem wara li jkunu rċevew in-notifika inizjali, id-deċiżjoni finali ta' kull Parteċipant fil-konsultazzjoni għandha tiġi ritardata għal għaxart ijiem addizzjonali u matul dan iż-żmien miżjud isiru sforzi oħra biex jintlaħaq l-atteġjament komuni konsultazzjonijiet diretti. -------------------------------------------------- ANNESS III INTIŻA SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA' AJRUPLANI ĊIVILI PARTI 1 AJRUPLANI KBAR ĠODDA U MAGNI GĦAL DAWN L-AJRUPLAN KAPITOLU I KAMP TA' L-APPLIKAZZJONI 1. Forma u kamp ta' l-Applikazzjoni L-ewwel parti ta' l-intiża Settorjali li tikkomplimenta l-Arranġament, tindika il-linji gwida speċjali li japplikaw għall-krediti għall-esportazzjoni sostnuti uffiċjalment li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ jew il-kiri ta' ajruplani kbar ċivili ġodda, elenkati fl-Appendiċi I, u l-magni mwaħħla f'dawn l-ajruplani. Il-kondizzjonijiet tal-Kapitolu 1 japplikaw ukoll għall-magni u spare parts meta magħduda bħala parti mill-ordni oriġinali għall-ajruplan, salvi d-Disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 tal-Parti 3 ta' din l-intiża Settorjali. Ma tapplikax għall-simulaturi tat-titjir, li huma suġġetti għall-kondizzjonijiet ta' l-Arranġament. 2. Mira Il-Mira ta'din il-Parti ta' din l-Intiża settorjali hi li jiġi stabbilit ekwilibriju bilanċjat li fis-swieq kollha: - jirrendi ugwali il-kondizzjonijiet finanzjarji kompettittivi bejn il-Parteċipanti, - jinnewtralizza il-fattur finanza bħala għażla għall-ajruplan li qed jikkonkorru, fost il-parteċipanti u - jevita distorsjonijiet tal-konkorrenza. KAPITOLU II DISPOSIZZJONJIET DWAR KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI U GĦAJNUNA 3. Ħlas bi flus kontanti (a) Il-Parteċipanti għandhom jirrikjedu pagament bi flus kontanti ta' minimu ta' 15 fil-mija tal-prezz totali ta' l-ajruplan, li jinkludi l-prezz tal-qafas, tal-magni mqegħda fih, tal-magni ta' riserva u ta' spare parts kif jidher fil-parti tlieta ta' l-Artikolu 29 ta'dan l-Intiża Settorjali; (b) sostenn uffiċjali għal dawn il-ħlasijiet fi flus kontanti jistgħu jieħdu biss il-forma ta'assigurazzjoni u garanziji, i.e. kopertura pura, kontra r-riskju solitu qabel il-kreditu. 4. Terminu massimu għar-rifużjoni It-terminu massimu għar-rifużjoni huwa ta' tnax-il sena. 5. Muniti ammissibbli Il-muniti li jistgħu jiġu ammessi għal sostenn uffiċjali ta' finanzjament, kif definit fl-introduzzjoni għall-Arranġament, huma: id-Dollaru ta' l-Istati Uniti, il-Mark Ġermaniż, il-Frank Franċiż, il-Lira Sterlini, l-Euro u l-Gilder Olandiż. 6. Rati minimi ta' l-Imgħax (a) Il-Parteċipanti li qed jagħtu sostenn uffiċjali għall-finanzjament, li m'għandhux jeċċedi il-85 fil-mija tal-prezz totali ta' l-ajruplan msemmi fis-subparagrafu (a) ta' l-Artikolu 3 ta' hawn fuq, għandhom japplikaw ir-rati minimi ta' l-imgħax sa massimu ta' 62,5 fil-mija tal-prezz totali ta'l-ajruplan kif ġej: - fuq kondizzjonijiet ta' rifużjoni sa u jinkludu l-għaxar snin – TB10 + 120 punti bażi, - fuq kondizzjonijiet ta' rifużjoni sa tnax-il sena – TB10 + 175 punti bażi, - fejn TB10 tfisser ir-rendiment ta' għaxar snin ta' titoli governattivi fil-munita relevanti (ħlief l-euro) fil-maturità kostanti bħala medja matul l-aħħar ġimgħatejn kalendarji. Fil-każ ta' l-Euro, TB 10 tfisser rendiment ta' titotli ECU b'terminu twil kif pubblikat fil-borża tal-Lussemburgu, seerje ta' titoli b'terminu twil, bil-medja ta' l-aħħar ġimgħatejn kalendarji b'għoxrin punti bażi inqas. Għall-muniti kollha marġini kif indikat hawn fuq għandu wkoll jiġi applikat; (b) il-perċentwali massima mill-prezz totali ta'l-ajruplan li tista' tkun iffinanzjata bir-rata fissa minima ta' imgħax msemmija fis-subparagrafu (a) iktar il-fuq għandha tiġi limitata għal 62,5 meta ir-rifużjoni tas-self ikun mifruċ fuq iż-żmien kollu tal-finanzjament u 42,5 fil-mija meta r-rifużjoni tas-self tkun mifruxa fuq l-aħħar parti tal-pagamenti. Il-Parteċipanti jistghu jużaw kull tip ta' rifużjoni, salv il-massimu applikabbli għal dak it-tip. Parteċipant li jkun qed joffri dawn il-forom għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra bl-ammont, ir-rata ta' l-imgħax, d-data li fuqha jitqies l-imgħax, il-perjodu ta' validità tar-rata ta' l-imgħax u t-tip ta' rifużjoni. Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu ż-żewġ massimi kull darba li ssir reviżjoni skond l-Artikolu 17 biex jeżaminaw jekk xi massimu jagħtix vantaġġi iktar mill-ieħor bl-iskop illi jaġġustaw l-iktar vantaġġjuż sabiex il-bilanċ ikun iktar ekwilibrat; (ċ) salv il-minimu ta' 85 fil-mija msemmi fis-subparagrafu (a) ta' hawn fuq, 1. il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu sostenn addizzjonali ta' finanzjament uffiċjali b'manjiera paragunabbli ma' dak mogħti mill-Korporazzjoni ta' għoti ta' Fondi Privati għall-Esportazzjoni (PEFCO - Private Export Funding Corporation). L-informazzjoni dwar il-kosti tas-self u r-rati applikabbli ta' l-imgħax, esklużi id-drittijiet għall- garanzija uffiċjali, fuq finanzjament b'rata fissa għall isbors immedjat fuq sensiela ta' dati, għall-offerti ta' kuntratti, u għall-offerti ta' appalt, għandha tingħata kull ħmistax il-ġurnata lill-Parteċipanti l-oħra fuq bażi regolari. Parteċipant li joffri din il-forma għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra bl-ammont, ir-rata ta' l-imgħax, id-data ta' l-iskadenza ta' l-imgħax, il-perjodu ta' validità tar-rata ta' l-imgħax u l-iskala tal-pagamenti. Kull Parteċipant li jallinea dan il-finanzjament offert minn Parteċipant ieħor għandu jallinja mat-termini u l-kondizzjonijiet kollha barra mill-perjodu ta' validità għall-offerti ta' impenn kif indikat fl-Artikolu 8 hawn taħt, 2. dawn ir-rati kif notifikati għandhom jiġu applikati mill-Parteċipanti kollha sakemm ir-rata ta' l-imgħax stabbilita għall-sborsi matul erbgħa u għoxrin xahar ma teċċedix 225 punti bażi ogħla mit-TB10. Jekk ir-rata ta' l-erbgħa u għoxrin xahar teċċedi 225 punti bażi, il-Parteċipanti ikunu jistgħu japplikaw ir-rata ta' 225 punti bażi għall-isbors ta'erbgħa u għoxrin xahar u r-rati kollha korrispondenti u għandhom jikkonsultaw immedjatament biex tinstab soluzzjoni permanenti; (d) fir-rata ta' imgħax minimu huwa inkluż il-premju għall-assigurazzjoni tal-kreditu u d-drittijiet ta' garanziji. Madankollu id-drittijiet għall-impenn u l-amministrazzjoni m'humiex inklużi fir-rata ta' l-imgħax. 7. Aġġustamenti għar-Rata ta' l-imgħax Ir-rati ta' imgħax minimu indikati fl-Artikolu 6 hawn fuq għandhom ikunu riveduti kull ġimgħatejn. Jekk il-medja tar-rendiment tat-titoli governattivi fil-munita rilevanti bi skadenza fissa, jew ir-rendiment tat-titoli fl-euro b'terminu twil, jiddiferixxu b'10 punti bażi jew iktar fit-tmiem ta' perjodu ta' ġimgħatejn, dawn ir-rati ta'imgħax minimu għandhom jiġu aġġustati bl-istess differenza ta' punti bażi fuq imsemmija u r-rata kkalkulata mill-ġdid għandha tiġi mressqa lejn l-eqreb 5 punti bażi. 8. Perjodu ta' Validità għall-offerti ta' Krediti għall-Esportazzjoni/Rati ta'Imgħax L-offerti għar-rati ta' imgħax minimu skond l-Artikolu 6 m'għandhomx idumu fis-seħħ iktar minn tlett xhur. 9. Determinazzjoni ta' Offerti ta' Rati ta' Imgħax u għażla ta' Rati ta' Imgħax (a) Il-parteċipanti jistgħu jagħtu sostenn ta' finanzjament uffiċjali skond l-Artikoli 6 u 7 hawn fuq bir-rata ta' l-imgħax li tkun tapplika fid-data li ssir l-offerta tar-rata ta' l-imgħax għall- ajruplani rilevanti, sakemm l-offerta tiġi aċċettata fil-perjodu ta'validità skond l-Artikolu 8. Jekk l-offerta tar-rata ta' l-imgħax ma tiġix hekk aċċettata, jistgħu jsiru offerti oħra għall-rata ta' imgħax sa u mhux iktar tard minn, id-data tal-kunsinna ta' l-ajruplan rilevanti; (b) offerta ta' rata ta' imgħax tista' tiġi aċċettata u r-rata ta' l-imgħax tista' tintgħażel kull żmien bejn il-firma tal-kuntratt u d-data tal-kunsinna ta' l-ajruplan rilevanti. Ir-rata magħżula minn dak li jissellef għandha tkun irrevokabbli. 10. Sostenn għall-kopertura waħedha Il-Parteċipanti jistgħu jagħtu sostenn uffiċjali bħala garanzija jew assigurazzjoni biss, i.e. kopertura pura, salv il-minimu ta' 85 fil-mija msemmi fl-Artikolu 6(a) hawn fuq. Kull Parteċipant illi jagħti dan is-sostenn għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra bl-ammont, bit-terminu, bil-munita bl-iskala tal-ħlas lura u bir-rati ta' l-imgħax. 11. Punt ta' Referenza tal-Kompetittività Meta ikun hemm kompetizzjoni sostenuta uffiċjalment, ajruplani li qegħdin fil-lista ta' ajruplani kbar ċivili fl-Appendiċi 1 ta' din l-Intiża Settorjali u li jikkompeti ma'ajruplani oħra jistgħu jibbenifikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet ta' kreditu. 12. Garanzija għar-Riskju dwar Ħlas Lura Il-Parteċipanti jistgħu jiddeċiedu dwar il-garanzija li huma jqisu aċċettabli biex tagħmel tajjeb għar-riskju tal-ħlas lura mingħajr ma jirriferu dan lill-Parteċipanti l-oħra. Madankollu, jiftiehmu li jagħtu dettalji ta' din il-garanzija jekk mitluba minn Parteċipanti oħra, jew meta jqisu li dan huwa xieraq. 13. Tibdil fil-Mudell Il-Parteċipanti jiftiehmu li meta offerta ta' rata ta' imgħax fiss issir jew tinftiehem fuq tip partikolari ta'ajruplan, il-kondizzjonijiet li jkun fiha ma jistgħux jiġu trasferiti għal tip ieħor li jkollu indikazzjoni ta' mudell differenti. 14. Kiri Il-Parteċipanti jistgħu, salvi l-kondizzjonijiet l-oħra ta' l-ewwel Parti ta' l-intiża settorjali jaghtu sostenn għall-kiri finanzjarju fuq l-istess bażi bħal kuntratt ta' bejgħ. 15. Għajnuna Il-Parteċipanti m'għandhomx jagħtu sostenn għall-għajnuna ħlief fil-forma ta' għotja bla irbit. B'dana kollu il-parteċipanti jistgħu jikkonsidraw favorevolment kull talba għall-linja komuni dwar għajnuna b-irbit għall-skopijiet umanitarji. KAPITOLU III PROĊEDURI 16. Notifika Preċedenti, Allinjament u Skambju ta' informazzjoni Il-proċeduri għan-notifika preċedenti, għall-allinjament u għall-iskambju ta' informazzjoni indikati fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti ta' l-Intiża Settorjali. Il-parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk ikun hemm raġuni li wieħed jaħseb li Parteċipant ieħor ikun qed joffri kreditu uffiċjalment sostnut b'termini u kondizzjonijiet li ma jikkonformawx ma l-Intiża settorjali. Il-konsultazzjoni għandha ssir fi żmien għaxart ijiem, imma mill-bqija bil-proċeduri indikati fl-Artikolu 69 ta' l-Arranġament. 17. Reviżjoni Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu l-proċeduri u d-Disposizzjonijiet ta'dan l-Intiża settorjali kull sena sabiex iġibuhom qrib għall-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq u l-prattiċi ta' finanzjament abitwali jinbidlu konsiderevolment, ir-reviżjoni tista' tintalab f'kull żmien. PARTI 2 AJRUPLANI ĠODDA KOLLHA ĦLIEF L-AJRUPLANI KBAR KAPITOLU IV KAMP TA' APPLIKAZZJONI 18. Forma u Kamp ta' Applikazzjoni It-tieni Parti ta' l-Intiża Settorjali li tikkomplimenta l-Arranġament tindika l-linji gwida speċjali li japplikaw għall krediti għall-esportazzjonijiet sostnuti uffiċjalment għall-bejgħ jew kira ta'ajruplan ġodda mhux koperti mill-ewwel Parti ta'din l-Intiża Settorjali. Ma tapplikax għal hovercraft u għall-simulaturi tat-titjir, suġġetti għal-kondizzjonijiet ta' l-Arranġament. 19. Dikjarazzjoni ta' Impenn Id-disposizzjoniet ta'dan il-Kapitolu jirrapreżentaw l-iktar kondizzjonijiet ġenerużi li l-Parteċipanti jistgħu joffru meta jagħtu sostenn uffiċjali. Il-Parteċipanti għandhom, madankollu, ikomplu jsegwu il-kondizzjonijiet abitwali tas-suq għal tipi differenti ta'ajruplani u għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux mittiefsa. 20. Kategoriji ta' Ajruplan Il-Parteċipanti ftiehmu li jqegħdu l-ajruplani f'dawn il-kategoriji: Kategorija A : ajruplani li jaħdmu bit-turbini, inklużi l-elikotteri, (eż. Ajruplani turbo jet, turbo prop u turbo fan) ġeneralment bi tletin sa sebgħin pultruna, Kategorija B : ajruplani oħra li jaħdmu bit-turbini, inklużi elikotteri, Kategorija Ċ : ajruplani oħra, inklużi elikotteri. Lista illustrattiva ta'ajruplani f'kategoriji A u B hija murija fl-Appendiċi I. KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI U GĦAJNUNA GĦALL-ESPORTAZZJONI 21. Terminu Massimu għall-Ħlas Lura It-terminu massimu għall-ħlas lura jvarja skond il-kategorija ta' ajruplani determinati bil-kriterji murija fl-Artikolu 20 hawn fuq: (a) għall-ajruplani ta' kategorija A it-terminu massimu għall-ħlas lura hu ta' għaxar snin; (b) għall-ajruplani ta' kategorija B it-terminu massimu għall-ħlas lura hu ta'seba' snin; (ċ) għall-ajruplani ta' kategorija Ċ it-terminu massimu għall-ħlas lura hu ta' ħames snin. 22. Rati minimi ta' l-Imgħax Il-Parteċipanti li jkunu qed jagħtu sostenn ta' finanzjament uffiċjali għandhom japplikaw r-rati minimi ta'imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw l-CIRR relevanti muri fl-Artikolu 15 ta' l-Arranġament. 23. Premju ta' l-Assigurazzjoni u Drittijiet ta' Garanzija Il-Parteċipanti m'għandhomx jirrinunzjaw għall-kollox jew in parti, għall-premju ta' l-assigurazzjoni jew drittijiet ta' garanzija. 24. Għajnuna Il-Parteċipanti m'għandhomx jagħtu sostenn ta' għajnuna, ħlief meta tkun fil-forma ta'għotja bla rbit. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom jikkonsidraw favorevolment kull talba ta' linja komuni għall-għajnuna bi rbit għall-skopijiet umanitarji. KAPITOLU VI PROĊEDURI 25. Notifika Preċedenti, Allinjament u Skambju ta' Informazzjoni Meta jkun hemm kompetizzjoni uffiċjalment sostnuta għal bejgħ jew kiri, ajruplani li qegħdin jikkompetu ma' oħrajn f'kategorija differenti jew dawk koperti minn Partijiet oħra ta' din l-Intiża Settorjali għandhom ikunu jistgħu, għal dak il-bejgħ jew kiri partikolari, jibbenefikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk ta'l-ajruplani l-oħra. Il-proċeduri għal notifika preċedenti, għall-allinjament u għall-iskambju ta' informazzjoni indikati fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti ta' l-Intiża Settorjali. Barra minn hekk il-Parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li Parteċipant ieħor ikun qiegħed joffri kreditu b'sostenn uffiċjali b'kondizzjonijiet li ma jikkonformawx ma l-Intiża Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha ssir fi żmien għaxart ijiem, iżda mill-bqija ssegwi l-proċeduri l-oħra fl-Artikolu 69 ta' l-Arranġament. 26. Reviżjoni Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu l-proċeduri u Disposizzjonijiet ta' din l-Intiża Settorjali kull sena sabiex iġibuhom iktar qrib mall-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq u l-prattiċi ta' finanzjament abitwali jinbidlu konsiderevolment, ir-reviżjoni tista' tintalab f'kull żmien. PARTI 3 AJRUPLANI WŻATI, MAGNI TA' RIŻERVA, PARTIJIET TA' RIKAMBJU, KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ KAPITOLU VII KAMP TA' L-APPLIKAZZJONI 27. Forma u Kamp ta' Applikazzjoni Il-Parti 3 ta' l-Intiża Settorjali li tikkumplimenta l-Arranġament, tindika l-linji gwida speċjali li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni sostnuta uffiċjalment fir-rigward tal-bejgħ jew kiri ta'ajruplani wżati; u ta' magni ta' riżerva, partijiet ta' rikambju, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz, flimkien ma' ajruplani kemm ġodda u kemm użati. Ma tapplikax għall-hovercraft u għas-simulaturi tat-titjir li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' l-Arranġament. Id-Disposizzjonijiet relevanti ta' l-Partijiet 1 u 2 ta' l-Intiża Settorjali japplikaw ħlief kif ġej. 28. Ajruplani wżati Il-Parteċipanti m'għandhomx isostnu kondizzjonijiet ta'kreditu iktar favorevoli minn dawk indikati fl-intiża settorjali għall ajruplani ġodda. Dawn ir-regoli li ġejjin japplikaw speċifikament għall-ajruplani wżati. Żmien ta' l-ajruplan (snin) | Terminu massimu għall-Ħlas Lura normali | Ajruplani kbar | Kategorija A | Kategorija B | Kategorija Ċ | 1 | 10 | 8 | 6 | 5 | 2 | 9 | 7 | 6 | 5 | 3 | 8 | 6 | 5 | 4 | 4 | 7 | 6 | 5 | 4 | 5 - 10 | 6 | 6 | 5 | 4 | Iktar minn 10 | 5 | 5 | 4 | 3 | (a) Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu riveduti jekk jinbidlu it-termini ta' ħlas lura massimi għall ajruplani ġodda. (b) il-Parteċipanti li jagħtu sostenn għall-finanzjament uffiċjali għandhom japplikaw rati minimi ta'imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw is-CIRR relevanti indikat fl-Artikolu 15 ta' l-Arranġament. 29. Magni ta' riżerva u Partijiet ta' rikambju (a) Il-finanzjament ta' dawn meta meqjusa bħala parti mill-ordni oriġinali għall-ajruplan jistgħu ikunu fuq l-istess kondizzjonijiet bħal dawk ta' l-ajruplan. Madankollu, f' dawn il-każijiet il-Parteċipanti għandhom ukoll jagħtu każ tal-kobor tal-flotta ta' kull tip ta'ajruplan, inklużi l-ajruplani li jkunu qed jiġu akkwistati, ajruplani li kienu diġà ordnati irrevokabbilment jew diġà fil-proprjeta, fuq il-bażi li ġej: - għall-ewwel ħames ajruplani tat-tip fil-flotta: 15 fil-mija tal-prezz ta' l-ajruplan, i.e. il-prezz ta' l-airframe u magni istallati, - għas-sitt ajruplan u ta' wrajh ta' l-istess tip fil-flotta: 10 fil-mija tal-prezz ta' l-ajruplan, i.e. il-prezz ta' l-airframe u magni istallati; (b) meta dawn ma jkunux ordnati ma l-ajruplan, it-terminu massimu għall-ħlas lura għandu jkun ta' ħames snin għall-magni ġodda ta' riserva u sentejn għall-partijiet ta' rikambju; (ċ) minkejja subparagrafu (b) t'hawn fuq għal magni ta' riżerva ġodda għal ajruplani kbar, il-Parteċipanti jistgħu jaqbżu b' sa tlett snin t-terminu massimu għall-ħlas lura ta' ħames snin; - meta in-negozju għandu valur kuntrattwali minimu ta'iktar minn 20 miljun dollaru Amerikun, - jew jinkludu minimu ta'erba' magni ta' riżerva u ġodda. Il-valur kuntrattwali jiġi rivedut kull sentejn u aġġustat maż-żieda fil-prezzijiet. (d) il-Parteċipanti jirriservaw id-dritt li jibdlu l-prattika tagħhom u jallinjaw il-prattiċi ma' Parteċipanti b'kompetizzjoni skond meta tkun id-data ta'l-ewwel ħlas lura tal-kapital fir-rigward ta' magni ta' riżerva u partijiet ta' rikambju. 30. Kuntratti ta' Manutenzjoni u Servizz Il-Parteċipanti jistgħu joffru sostenn ta' finanzjament uffiċjali b'terminu ta' ħlas lura sa sentejn għall- kuntratti ta' manutenzjoni u servizz. KAPITOLU VIII PROĊEDURI 31. Notifika Preċedenti, Allinjament u Skambju ta' Informazzjoni Il-proċeduri għall-notifika preċedenti, allinjament u skambju ta' informazzjoni indikati fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti ta' l-Intiża Settorjali. Barra minn hekk il- Parteċipanti jistgħu jitlobu konsultazzjoni jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li Parteċipant ieħor qiegħed joffri kreditu sostnut uffiċjalment b'kondizzjonijiet li ma jikkonformawx ma l-intiża settorjali. Il-konsultazzjoni għandha ssir fi żmien għaxart ijiem, iżda mill-bqija ssegwi l-proċeduri kif indikat fl-Artikolu 69 ta' dan l-Arranġament. 32. Reviżjoni Il-Parteċipanti għandhom jirrevedu l-proċeduri u Disposizzjonijiet ta'din l-Intiża settorjali kull sena sabiex iġibuhom eqreb lejn il-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiċi ta' finanzjament abitwarju jinbidlu konsiderevolment, ir-reviżjoni tista' tintalab f'kull żmien. -------------------------------------------------- Appendiċi LISTA ILLUSTRATTIVA L-ajruplani simili kollha li jistgħu ikunu introdotti fil-futur għandhom ikunu koperti minn din l-Intiża Settorjali u jiddaħħlu fil-lista approprijata meta jkun il-waqt. Dawn il-listi m'humiex eżawrijenti u jservu biss biex jindikaw it-tip ta'ajruplan li għandu jkun inkluż fil-kategoriji differenti fil-każ tad-dubju. Ajruplani Kbar Ċivili Fabbrikant | Indikazzjoni | Airbus | A 300 | Airbus | A 310 | Airbus | A 319 | Airbus | A 320 | Airbus | A 321 | Airbus | A 330 | Airbus | A 340 | Boeing | B 737 | Boeing | B 747 | Boeing | B 757 | Boeing | B 767 | Boeing | B 777 | Boeing | 707, 727 | British Aerospace | RJ70 | British Aerospace | RJ85 | British Aerospace | RJ100 | British Aerospace | RJ115 | British Aerospace | Bae146 | Fokker | F 70 | Fokker | F 100 | Lockheed | L-100 | McDonnell Douglas | MD-80 series | McDonnell Douglas | MD-90 series | McDonnell Douglas | MD-11 | McDonnell Douglas | DC-10 | McDonnell Douglas | DC-9 | Lockheed | L-1011 | Ramaero | 1.11-495 | Ajruplani ta' Kategorija A Ajruplani li jaħdmu bit-turbini – inklużi elikotteri- (eż. Ajruplani turbo jet, turbo prop u turbo fan) li ġeneralment ikollhom bejn tletin u sebgħin pultruna. Fil-każ illi ajruplan ġdid kbir jaħdem bit-turbini ta' iktar minn sebgħin pultruna ikun qed jiġi żviluppat, konsultazzjonijiet immedjati għandhom isiru meta mitluba bl-iskop li jintlaħaq ftehim fuq il-klassifika ta' ajruplan bħal dan f'din il-Kategorija jew fil-Parti 1 ta' din l-Intiża minħabba is-sitwazzjoni kompetittiva. Fabbrikant | Indikazzjoni | Aeritalia | G 222 | Aeritalia/Aérospatiale | ATR 42 | Aeritalia/Aérospatiale | ATR 72 | Aérospatiale/MBB | C 160 Transall | De Havilland | Dash 8 | De Havilland | Dash 8-100 | De Havilland | Dash 8-200 | De Havilland | Dash 8-300 | Boeing Vertol | 234 Chinook | Broman (U.S.) | BR 2000 | British Aerospace | BAe ATP | British Aerospace | BAe 748 | British Aerospace | BAe Jetstream 41 | British Aerospace | BAe Jetstream 61 | Canadair | CL 215T | Canadair | CL 415 | Canadair | RJ | Casa | CN235 | Dornier | DO 328 | EH Industries | EH-101 | Embraer | EMB 120 Brasilia | Embraer | EMB 145 | Fokker | F 50 | Fokker | F 27 | Fokker | F 28 | Gulfstream America | Gulfstream I-4 | LET | 610 | Saab | SF 340 | Saab | 2000 | Short | SD 3-30 | Short | SD 3-60 | Short | Sherpa | etc. | | Ajruplani tal-Kategorija B Ajruplani oħra li jahdmu bit-turbini, inklużi elikotteri. Fabbrikant | Indikazzjoni | Aérospatiale | AS 332 | Agusta | A 109, A 119 | Beech | 1900 | Beech | Super King Air 300 | Beech | Starship 1 | Bell Helicopter | 206B | Bell Helicopter | 206L | Bell Helicopter | 212 | Bell Helicopter | 230 | Bell Helicopter | 412 | Bell Helicopter | 430 | Bell Helicopter | 214 | Bombardier/Canadair | Global Express | British Aerospace | BAe Jetstream 31 | British Aerospace | BAe 125 | British Aerospace | BAe 1000 | British Aerospace | BAe Jetstream Super 31 | Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. | Hawker 1000 | Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. | Hawker 800 | Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. | King Air 350 | Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. | Beechjet 400 series | Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. | Starship 2000A | Bell | B 407 | Canadair | Challenger 601-3A | Canadair | Challenger 601-3R | Canadair | Challenger 604 | Casa | C 212-200 | Casa | C 212-300 | Cessna | Citation | Cessna | 441 Conquest III and Caravan 208 series | Claudius Dornier | CD2 | Dassault Breguet | Falcon | Dornier | D0 228-200 | Embraer | EMB 110 P2 | Embraer/FAMA | CBA 123 | Eurocopter | AS 350, AS 355, EC 120, AS 365, EC 135 | Eurocopter | B0105LS | Fairchild | Merlin/300 | Fairchild | Metro 25 | Fairchild | Metro III V | Fairchild | Metro III | Fairchild | Metro III A | Fairchild | Merlin IVC-41 | Gulfstream America | Gulfstream II, III, IV and V | IAI | Astra SP and SPX | IAI | Arava 101 B | Learjet | 31A, 35A, 45 and 60 series | MBB | BK 117 C | MBB | BO 105 CBS | McDonnell Helicopter System | MD 902, MD 520, MD 600 | Mitsubishi | Mu2 Marquise | Piaggio | P 180 | Pilatus Britten-Norman | BN2T Islander | Piper | 400 LS | Piper | T 1040 | Piper | PA-42-100 (Cheyenne 400) | Piper | PA-42-720 (Cheyenne III A) | Piper | Cheyenne II | Reims | Cessna-Caravan II | SIAI-Marchetti | SF 600 Canguro | Short | Tucano | Westland | W30 | etc. | | -------------------------------------------------- ANNESS IV FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKI L-Informazzjoni li għandha tkun inkluża f'kull notifika: 1. Isem ta'l-awtorità/aġenzija obbligata, taħt l-Arranġament li tagħmel in-notifika. 2. Numru ta' referenza (indikazzjoni tal-pajjiż, numru konsekuttiv, sena), 3. L-Artikolu ta' l-Arranġament li taħtu l-awtorità/aġenzija tkun tinnotifika: 47 | deroga mill-Artikolu 27 | 49(a)(1) | "kreditu b' terminu twil" lill-pajjiż tal-Kategorija 1 | 49(a)(2) | prattiċi ta' pagamenti "anormali" | 49(a)(3) | "krediti b' terminu twil" għall-impjant ta' enerġija konvenzjonali | 49(a)(4) | kreditu "itwal' għall-bastimenti" | 50, l-ewwel inċiż | Allinjament identiku ta'deroga | 50, it-tieni inċiż | Allinjament mhux identiku ta'deroga | 51, l-ewwel inċiż | Allinjament identiku ta'eċċezzjoni permessa | 51, it-tieni inċiż | Allinjament mhux identiku ta'eċċezzjoni permessa | 53 | Kondizzjonijiet ta' allinjament offerti, minn non-Parteċipant | 54 | deroga mill-Artikolu 40 | 55 u 56 | Finanzjament ta' għajnuna, b'livell ta'konċessjonalità/element ta' għotja inqas minn 50/80 fil-mija | 55 u 56 | għajnuna bi rbit, b' livell ta' konċessjonalità ta' 50/80 fil-mija jew iktar | 60 | allinjament ta' negozju taħt l-Artikolu 55 | 60, l-ewwel inċiż | allinjament identiku għall-impenn preċedenti ta' għajnuna bi rbit | 60, it-tieni inċiż | allinjament b'mezzi oħra għall-impenn preċedenti ta' għajnuna bi rbit | Anness II | taħt l-Intiża dwar krediti għall-esportazzjoni ta' Impjant ta' enerġija Nukleari, jew, | Anness III | taħt l-Intiża settorjali għall-Ajruplani Ċivili | 4. Pajjiż tax-xerrej/mutwatarju 5. Isem, indirizz u status (pubbliku/privat) tax-xerrej/mutwatarju. 6. Natura tal-proġett/merkanzija li jiġu esportati; ubikazzjoni tal-proġett; data ta' għeluq ta' offerti jekk relevanti; id-data ta'l-iskadenza tal-linja tal-kreditu. 7. Valur tal-kuntratt; valur tal-kreditu jew tal-linja tal-kreditu; valur tas-sehem nazzjonali ta'l-esportatur; valur kuntrattwali minimu tal-linja ta' kreditu. Dawn il-valuri għandhom ikunu dikjarati kif ġej: - l-ammont eżatt fil-munita indikata tal-linja ta' kreditu, - il-valur ta' proġett partikolari jew ta' kuntratt fl-iskala tal-valuri skond l-iskala li ġejja fid-Drittijiet Speċjali ta' Preljev (SDR – Special Drawing Rights): Kategorija I: | Sa 1000000 SDR | Kategorija II: | minn 1000000 sa 2000000 SDR | Kategorija III: | minn 2000000 sa 3000000 SDR | Kategorija IV: | minn 3000000 sa 5000000 SDR | Kategorija V: | minn 5000000 sa 7000000 SDR | Kategorija VI: | minn 7000000 sa 10000000 SDR | Kategorija VII: | Minn 10000000 sa 20000000 SDR | Kategorija VIII: | minn 20000000 sa 40000000 SDR | Kategorija IX: | minn 40000000 sa 80000000 SDR | Kategorija X: | minn 80000000 sa 120000000 SDR | Kategorija XI: | minn 120000000 sa 160000000 SDR | Kategorija XII: | minn 160000000 sa 200000000 SDR | Kategorija XIII: | minn 200000000 sa 240000000 SDR | Kategorija XIV: | minn 240000000 sa 280000000 SDR | Kategorija XV: | Iktar minn 280000000 SDR | Meta qed tuża din l-iskala jekk jogħġbok indika l-munita tal-kuntratt. 8. Kundizzjonijiet tal-kreditu illi l-organizzazzjoni li tkun qed tirraporta tkun beħsiebha li ssosstni (jew sostniet): - ħlas in kontanti, - terminu ta' ħlas lura (inklużi punt tal-bidu tal-kreditu, frekwenza tar-rati tal-pagament tal-kapital tal-kreditu, u jekk il-pagament ikunux indaqs fl-ammont), - rata ta' l-imgħax, - sostenn għall kosti lokali (inkluż l-ammont totali ta' kosti lokali espressi bħala perċentwali tal-valur totali tal-merkanzija u servizzi esportati, il-kondizzjonijiet ta' ħlas lura, u n-natura tas-sostenn li għandu jingħata). 9. Kull informazzjoni oħra relevanti inklużi referenzi għal każijiet relatati u fejn ikun relevanti: - ġustifikazzjoni għall-allinjament (speċifika in-numru ta' referenza tan-notifika allinjata u referenzi oħra) jew l-għoti ta' krediti b'terminu twil għall-pajjiżi f'kategorija wieħed jew impjanti ta' enerġija konvenzjonali, eċċ., - il-livell ta' konċessjonalità globali tal-finanzjament ta' għajnuna bi rbit jew parzjalment bla rbit ikkalkolat skond l-Artikolu 38 u r-rata ta' l-iskont użata għall-dak il-livell ta' konċessjonalità, - kif tqiesu il-pagamenti in kontanti fil-kalkolu tal-livell tal-konċessjonalità, - għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu mħallat jew finanzjament assoċjat, - restrizzjonijiet fl-użu ta' linji ta'kreditu. -------------------------------------------------- ANNESS V FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKA TA' EĊĊEZZJONIJIET PERMESSI MILL KRITERJI MINIMI TA' PREMJU Punti li għandhom ikunu koperti f'kull notifika: 1. Isem ta' awtorità/aġenzija obbligata taħt l-Arrangament li tagħmel in-notifiki. 2. Numru ta' referenza (identifikazzjoni ta' pajjiż, numru konsekuttiv, sena). 3. L-Artikolu fl-Arranġament li tahtu l-awtorità/aġenzija tkun tinnotifika: 48 | Eċċezzjonijiet permessi: Notifika Preċedenti B'Diskussjoni | 49 | Eċċezzjonijiet Permessi: Notifika Preċedenti Mingħajr Diskussjoni | 4. Pajjiż tax-xerrej/mutwatarju. 5. Isem, indirizz u status (pubbliku/privat) tax-xerrej/mutwatarju. 6. Natura tal-proġett/merkanzija li għandhom jiġu esportati; ubikazzjoni tal-proġett; data tal-għeluq ta'l-offerti jekk rilevanti. 7. (a) Valur tal-kuntratt (b) Valur tal-kreditu Dawn il-valuri għandhom jiġu dikjarati skond il-kategorija kif jidhru fl-iskala li ġejja ta' SDR: Kategorija I: | Sa 1000000 SDR | Kategorija II: | minn 1000000 sa 2000000 SDR | Kategorija III: | minn 2000000 sa 3000000 SDR | Kategorija IV: | minn 3000000 sa 5000000 SDR | Kategorija V: | minn 5000000 sa 7000000 SDR | Kategorija VI: | minn 7000000 sa 10000000 SDR | Kategorija VII: | minn 10000000 sa 20000000 SDR | Kategorija VIII: | minn 20000000 sa 40000000 SDR | Kategorija IX: | minn 40000000 sa 80000000 SDR | Kategorija X: | minn 80000000 sa 120000000 SDR | Kategorija XI: | minn 120000000 sa 160000000 SDR | Kategorija XII: | minn 160000000 sa 200000000 SDR | Kategorija XIII: | minn 200000000 sa 240000000 SDR | Kategorija XIV: | minn 240000000 sa 280000000 SDR | Kategorija XV: | Iktar minn 280000000 SDR | Meta tuża din l-iskala jekk jogħġbok indika l-munita tal-kuntratt. (ċ) Kondizzjonijiet tal- kreditu (jinkludi it-tul tal-perjodu ta' l-isbors). 8. (a) Rata proposta tal-premju (wara l-aġġustament għall-kondizzjonijiet relatati) (b) Kriterji ta' l-OECD għal-premju (wara l-aġġustament għall-kondizzjonijiet relatati) (ċ) Skont attwali applikat għal-kriterji ta' l-OECD għall-premju (espress f'perċentwali) wara aġġustament għal-kondizzjonijiet relatati 9. Spjegazzjoni sħiħa dwar ir-riskji għall-kreditu f' pajjiż li jkunu ġew trasferiti/imneħħija jew limitati/esklużi fin-negozju partikolari, kif ukoll spjegazzjoni dwar kif dan it-trasferiment/tneħħija jew limitazzjoni/esklużjoni ta' dawk ir-riskji ta' kreditu f'pajjiż jiġġustifikaw l-kriterju jew skont alternattivi applikati. 10. Fil-każijiet ta' allinjament, informazzjoni sħiħa dwar il-kondizzjonijiet sostnuti minn Parteċipant jew non-Parteċipant li kienu qed jiġu allinjati. -------------------------------------------------- ANNESS VI LISTA TA' VERIFIKA TAL- KWALITÀ TA' L-IŻVILUPP Numru ta' kriterji ġew żviluppati reċentement mid-DAC biex jassiguraw li l-proġetti fil- pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġew finanzjati totalment jew in parti b'assistenza uffiċjali għall-l-iżvilupp (ODA – Official Development Assistance), jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Huma kontenuti essenzjalment fil-: - Prinċipji għal-valutazzjoni ta' Proġett tad-DAC, 1988, - Prinċipji Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp bi rbit jew parzjalment bla rbit tad-DAC, 1987, u - Kodiċi ta' prattiċi tajba għal-Provvista Pubblika għall-Assistenza Uffiċjali ta' l-Iżvilupp, 1986. Koerenza tal-proġġett mal-prijoritajiet ta' investiment fil-pajjiż li jirċievi (għażla tal-proġett) Il-proġett huwa parti mill-programmi ta' investiment u nfiq pubbliku diġa' approvati mill-awtoritajiet ċentrali u ta' programmazzjoni fil-pajjiż riċevitur? (Indika id-dokument ta' politika msemmi fil-proġett, eż. programm ta' investiment pubbliku fil-pajjiż li jirċievi). Il-proġett huwa ko-finanzjat ma' istituzzjoni internazzjonali ta' finanzjament ta' l-iżvilupp? Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta' finanzjament ta' l-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba priorità baxxa għall-iżvilupp? Fil-każ ta' proġett mis-settur privat, ġie approvat mill-gvern tal-pajjiż li qed jirċievi? Il-proġett jaqa' taħt xi Ftehim intergovernamentali li jaħseb għall firxa ikbar ta' attività ta'għajnuna mill pajjiż donanti fil-pajjiż li jirċievi? Preparazzjoni u stima tal-proġett Il-proġett ġie mħejji, imfassal u stmat bi kriterji ta' standard ġeneralment konformi mal-Prinċipji ta' stima tal-Proġetti(PPA – Principles for Project Appraisal) tad-DAC? Prinċipji rilevanti jikkonċernaw stima tal-proġett skond: (a) l-aspetti ekonomiċi (paragrafi 30 sa 38 PPA); (b) l-aspetti tekniċi (paragrafu 22 PPA); (ċ) l-aspetti finazjarji (paragrafi 23 sa 29 PPA); Fil-każ ta' proġett li jiġġenera d-dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għall suq kompetittiv, l-element konċessjonarju tal-finanzjament ta' l-għajnuna għadda għand l-utent finali tal-fondi? (paragrafu 25 PPA). (a) stima istituzzjonali (paragrafi 40 sa 44 PPA); (b) analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (paragrafi 47 sa 57 PPA); (ċ) stima ambjentali (paragrafi 55 sa 57 PPA); Proċeduri għall-provvista pubblika Liema mod jintuża għall-provvista pubblika minn dawn li ġejjin? (Għal definizjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Kodiċi tal-Prattika tajba ta' provvista pubblika ta' l-ODA) (a) Gara kompetittiva Internazzjonali (Prinċipju III u l-Anness 2: Kondizzjonijiet minimi għall-gara kompetittiva internazzjonali effettiva); (b) gara kompetittiva nazzjonali (Prinċipju IV); (ċ) kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (Prinċipji V A jew B). Hu maħsub li jiġu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (paragrafu 63 PPA)? -------------------------------------------------- ANNESS VII SKAMBJU ELETTRONIKU TA' L-INFORMAZZJONI (EEI – ELECTRONIC EXCHANGE OF INFORMATION) 1. L-EEI għandu jinkludi dan li ġej: - għall-Mudell - Rapporti dwar ir-Riskju ta' Pajjiż (l-Istorja tal-Pagamenti) - Aġġustamenti għall-Klassifika tal-Mudell Kwantitattiv - Elenku tal-Klassifiki tal-Pajjiżi - Proċedura fil-każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-esperti fir-Riskju tal-pajjiż - għall-Konverġenza tal-Premju - Bulletin Board - Kalkoli tal-Premju Kampjun - Tabella ta' kriterji minimi tal-premju - għall-Kondizzjonijiet Relatati - Prospetti informattivi (Kondizzjonijiet Bażiċi Relatati) - Klassifika ta' Prodotti - għall-Aspetti Finanzjarji - Ċifri għall-PFT - għall-Eċezzjonijiet Permessi - Notifiki Preċedenti - Notifiki ta' Allinjament. L-iżvilupp tal-EEI huwa neċessarju biex jgħin s-sorveljanza u r-reviżjoni tal-Prinċipji Gwida. --------------------------------------------------