32001D0068



Official Journal L 023 , 25/01/2001 P. 0031 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Jannar 2001

li tistabbilixxi żewġ metodi ta' riferiment għall-kejl tal-PCBs skond l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE dwar id-disponiment mill-bifenili poliklorinati u t-terfenili poliklorinati (PCBs/TCPs)

(notifikata fid-dokument numru K(2001) 107)

(2001/68/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar id-disponiment mill-bifenili poliklorinati u t-terfenili poliklorinati (PCBs/TCPs) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10a tagħha,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 96/59/KE għandha l-obbligu li tiffissa l-metodi tar-riferiment għall-kejl sabiex jiġi stabbilit il-kontenut tal-PCB fil-materjali mniġġża.

(2) Għalissa huwa possibbli li jiġi stabbilit metodu tar-riferiment sabiex jiġu stabbiliti l-PCBs fil-prodotti mill-petroleum u ż-żjut użati kif ikull bħala metodu tar-riferiment tal-kejl sabiex jiġu stabbiliti l-PCBs fil-fluwidi ta' l-isolazzjoni.

(3) Il-miżuri previsti b'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni espressa mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE [2],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istandards Ewropej EN 12766-1 u preEN 12766-2 u l-verżjonijiet sossegwentement aġġornati għandhom jiġu applikati bħala l-metodu ta' riferiment sabiex jiġu stabbiliti l-PCBs fil-prodotti mill-petroleum u ż-żjut użati.

Artikolu 2

L-istandard Ewropew IEC 61619 u l-verżjonijiet sossegwentement aġġornati għandhom jiġu applikati bħala metodu tar-riferiment sabiex jiġu stabbiliti l-PCBs fil-likwidi ta' l-isolazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, ta' l-24.9.1996, p. 31.

[2] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32.

--------------------------------------------------