32001D0026



Official Journal L 006 , 11/01/2001 P. 0018 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li temenda għar-raba’ darba d-Deċiżjoni 1999/467/KE li tistabbilixxi l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi lill-merħliet ta’ l-ifrat ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ l-Istati Membri

(innotifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 4144)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/26/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-bhejjem tal-ifart u l-ħnieżer(1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/20/KE(2), u b’mod partikolari l-Anness A1(4) ta’ magħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/467/KE tal-15 ta’ Lulju 1999 tistabbilixxi l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi lill-imrieħel ta’ l-ifrat ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ l-Istati Membri u tħassar id-Deċiżjoni 97/76/KE(3), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/694/KE(4), ikkonċediet dan l-istatus lil ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom.

(2) L-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza ssotomettaw dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità mal-kondizzjonijiet kollha pprovvduti fl-Anness A(I)(4) mad-Direttiva 64/432/KEE, u b’mod partikolari illi, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, iktar minn 99,9 % ta’ l-imrieħel ta’ l-ifrat fi Franza kienu uffiċjament ħielsa mit-tuberkulożi ta’ l-ifrat għal dawn l-aħħar sitt snin konsekuttivi u li r-reġistrazzjoni f’database stabbilit f’Diċembru tas-sena 1999 tippermetti t-traċċjar tal-bhejjem tal-fart li jiġu identifikati skond il-leġislazzjoni Komunitarja.

(3) Għalhekk jidher approprjat li Franza tiġi ddikjarata uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ hawn fuq.

(4) Il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 1999/467/KE huwa mibdul bl-Anness mad-Deċiżjoni preżenti.

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS I

L-Istati Membru ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi ta’ l-ifrat:

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

Franza

Il-Lussemburgu

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Finlandja

L-Isvezja”

"

--------------------------------------------------