32000R2860



Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0063 - 0075


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2860/2000

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba' tal-bagħli, sabiex jinkludu kittien u qanneb imkabbra għall-fibra, li jispeċifika r-regoli dwar iż-żoni mwarrba għall-mistrieħ u li jemenda ż-żoni bażi għall-Greċja u l-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għal ċerti produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba' tal-bagħli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1672/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1672/2000 inkluda l-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra fis-sistema ta’ l-appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba' maħrut stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [3], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1454/2000 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għar-rigward tal-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ ħlasijiet taż-żona għal ċerti wċuh tar-raba' tal-bagħli. Ir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex tiġi meqjusa l-inklużjoni tal-kittien u l-qanneb.

(2) L-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jistabbilixxi, minn naħa waħda, li l-kontenut tal-tetrahydrocannabinol ta’ varjetajiet użati m’għandux jeċċedi l-0,2 % u, minn naħa l-oħra, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu sistema sabiex jiġi vverifikat il-kontenut tal-tetrahydrocannabinol fil-qanneb imkabbar. Sabiex spezzjonijiet bħal dawn ikunu jistgħu jiġu implimentati, miżuri speċjali għandhom jiġu stabbiliti b’mod partikolari fir-rigward tal-kultivazzjoni kontinwa tal-qanneb sa ċerta data.

(3) L-Artikolu 5a jagħmel il-ħlasijijet għaż-żona għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra soġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt jew għal rabta kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra [5]. Għandha tintbagħat kopja tal-kuntratt jew tar-rabta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet.

(4) Għandu jiġi żgurat li l-varjetajiet tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra huma dawk elenkati fil-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli bħala pjanti tal-fibri u, b’mod partikolari fil-każ tal-kittien, bħala "kittien għall-fibra". Barra minn hekk, il-kontenut tal-tetrahydrocannabinol tal-varjetajiet awtorizzati ma jistax jeċċedi l-0,2 %. Lista ta’ varjetajiet eliġibbli għandha għalhekk tiġi mfassla. Fil-każ tal-qanneb, sabiex tiġi faċilitata it-transizzjoni mill-arranġamenti fis-seħħ għal dawk stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1251/1999, lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb awtorizzata temporanjament għas-sena tal-bejgħ 2001/02 għandha titfassal wkoll u trid tkun bla ħsara għal analiżi ulterjuri matul dik is-sena tal-bejgħ. Sabiex jingħataw garanziji aktar fis-sod fil-każ tal-qanneb, l-użu ta’ żerriegħa ċertifikata għandu jkun meħtieġ ukoll.

(5) Sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli fuq iż-żerriegħa wżata, it-tikketti li jinsabu fuq l-ippakkjar jew, fil-każ tal-kittien, kull dokument ekwivalenti ieħor, għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(6) Sabiex jiġu rafforzati l-kontrolli amministrattivi fuq il-kittien, għandha tintalab u tingħata informazzjoni addizzjonali fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità [6] kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2801/1999 [7].

(7) Skond it-tmien inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-metodu li permezz tiegħu għandhom jiġu stabbiliti l-livelli ta’ tetrahydrocannabinol fil-qanneb imkabbra għall-fibra jrid jiġi stabbilit, u għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex ir-riżultati ta’ l-analiżi mwettqa bi qbil ma dan il-metodu li tiġi komunikata lill-Kummissjoni.

(8) L-Artikolu 5a(2) jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw ta’ mill-inqas 30 % taż-żoni tal-kittien imkabbra għall-fibra li għalihom saru applikazzjonijiet ta’ ħlasijiet taż-żoni, u mill-inqas 20 % taż-żoni jekk Stat Membru jintroduċi sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għal koltivazzjoni bħal din. Ir-rekwiżiti preċiżi li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu speċifikati.

(9) L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 jistabbilixxi l-15 ta’ Ġunju bħala l-aħħar data għaż-żriegħ f’każijiet speċifiċi. Ġaladarba l-qanneb huwa kultant miżrugħ sal-15 ta’ Ġunju, il-qanneb imkabbar għall-fibra għandu jiżdided ta’ dan l-Anness.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 jistabbilixxi li d-daqs minimu ta’ art mwarrba jista’ jitnaqqas għal raġunijiet ambjentali. Dispożizzjoni għandha ssir ukoll għall-possibbiltà li tiġi addattata ż-żona ta’ art imwarrba b’riżultat ta’ dan.

(11) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1017/94 tas-26 ta’ April 1994 li dwar il-konverżjoni ta’ art li preżentament tinsab miżrugħa bl-uċuh tar-raba maħrut għal biedja estensiva ta’ bhejjem ħajjin fil-Portugall [8], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1461/95 [9], ġew preżentati applikazzjonijiet għall-konverżjoni ta’ żona ekwivalenti għal 7052 ettaru. Iż-żona bażi mogħtijia fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2316/92 għandha għalhekk tiġi emendata;

(12) Bħala tweġiba għal applikazzjoni mill-Greċja, żoni ġodda ta’ bażi għandhom jiġu ffissati skond il-pjan reġjonali Grieg mingħajr ma tiġi mibdula ż-żona bażi totali.

(13) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) No 2316/1999 huwa hawnhekk emdendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(1)( ċ) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(ċ) fuq liema l-uċuh tar-raba jinżammu ta’ mill-anqas sal-bidu ta’ meta jibdew jagħmlu l-fjuri taħt kondizzjonijiet ta’ tkabbir normali skond l-istandards lokali. Uċuħ tar-raba taż-żerriegħa taż-żejt, tal-pjanti tal-proteina, tal-kittien, tal-kittien għall-fibra u qamħ ta’ l-Awstralja jridu jiġu kultivati wkoll taħt kondizzjonijiet ta’ tkabbir normali skond l-istandards lokali ta’ mill-inqas sat-30 ta’ Ġunju qabel is-sena tal-bejgħ in kwistjoni, sakemm ma jkunux ġew maħsuda meta jkunu laħqu maturità sħiħa qabel dik id-data. Il-pjanti tal-proteina ma jistgħux jiġu maħsuda qabel l-istadju ta’ sajran lattiku. Fil-każ ta’ qanneb imkabbar għall-fibra, sabiex tiġi permessa l-implimentazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-uċuh tar-raba jridu jkunu kkultivati wkoll taħt kondizzjonijiet ta’ tkabbir normali skond l-istandards lokali sa mill-inqas 10 ijiem wara t-tmiem tal-fjuri. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħsad tal-qanneb imkabbar għall-fibra wara l-bidu tal-fjuri imma fi żmien 10 ijiem mit-tmiem tal-fjuri jekk il-produttur involut diġà kien suġġett għall-ispezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jew jekk ikunu twettqu l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa taħt l-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999."

2. L-Artikolu 7a li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"L- Artikolu 7a

1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-ħlasijiet taż-żona għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra huma soġġetti għal:

(a) il-preżentazzjoni ta’ kopja tal-kuntratt jew tar-rabta msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 [10] sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal pagament li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jew sa data aktar bikrija stabbilita mill-Istati Membri; u

(b) l-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fl-Anness XII tal-15 ta’ Mejju ta’ qabel is-sena meta ssir l-applikazzjoni għall-ħlas għaż-żona. Fil-każ tal-qanneb mkabbar għall-fibra, iż-żerriegħa trid tiġi ċertifikata wkoll skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE [11].

2. Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-ispezzjonijiet dwar iż-żerriegħa tal-kittien għall-fibra u ż-żerriegħa ċertifikata żata tal-qanneb imkabbra għall-fibra, l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-żona li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92 għandha tiġi akkumpanjata mit-tikketti uffiċjali introdotti mid-Direttiva 69/208/KEE u b’mod partikolari l-Artikolu 10 miġjub fih, jew dispożizzjonijiet adottati fuq il-bażi ta’ dak l-Artikolu, dwar l-ippakkjar taż-żerriegħa wżata jew, fil-każ tal-kittien imkabbar għall-fibra, xi dokument ieħor magħruf bħala ekwivalenti mill-Istati Membri involuti, inkluża ċ-ċertifikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva. Meta ż-żrigħ isir wara li jagħlaq it-terminu ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna għaż-żona, it-tikketti jew dokumenti magħrufa bħala ekwivalenti għandhom jiġu preżentati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni.

Meta t-tikketti għaż-żerriegħa tal-qanneb imkabbar għall-fibra jridu jiġu sottomessi wkoll lil awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dawk it-tikketti għandhom jingħataw lura lill-bidwi la darba jkunu ġew sottomessi lill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjonijiet ta’ għajnuna għaż-żona.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-għoti ta’ ħlasijiet taż-żona għal qanneb imkabbar għall-fibra, l-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-żona li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 trid tinkludi:

(a) it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġu identifikati l-ħbula tar-raba miżrugħa bil-qanneb għal kull varjetà ta’ qanneb miżrugħ; u

(b) tagħrif dwar il-kwantitajiet ta’ żerriegħa wżata (kg kull ettaru).

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ir-rata minima ta’ żrigħ kumpatibbli ma’ prattika tajba ta’ tkabbir tal-qanneb. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 7b li ġej:

"L- Artikolu 7b

1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-metodu li jrid jintuża mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti l-livelli ta’ tetrahydrocannabinol (THC) fuq perċentwal ta’ żoni bil-qanneb imkabbar għall-fibra li għalihom kienu saru applikazzjonijiet għal ħlasijiet huwa deskritt fl-Anness XIII.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sejbiet ta’ kontenut ta’ THC, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena tal-bejgħ in kwistjoni. Ir-rapport għandu jindika, għal kull varjetà:

(a) għall-proċedura A, indikazzjoni tal-punt meta jkun ittieħed il-kampjun;

(b) in-numru ta’ testijiet imwettqa;

(ċ) ir-riżultati f’termini tal-kontenut ta’ THC, murijia separatament għal kull 0,1 %,

(d) miżuri meħuda fuq livell nazzjonali.

Meta l-ispezzjonijiet juru, għal numru sinifikanti ta’ kampjuni ta’ varjetà partikolari, il-kontenut ta’ THC li jaqbżu dawk stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, il-Kummissjoni tista’, mingħajr preġudizzju għal kull miżuri oħra li tista’ tieħu, tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 li tuża l-proċedura B għall-varjetà involuta matul is-sena ta’ bejgħ ta’ wara.

Il-varjetajiet ta’ qanneb imkabbar għall-fibra mniżżla f’lista fil-punt 2(b) ta’ l-Anness XII ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal proċedura B matul is-sena tal-bejgħ 2001/02 fl-Istati Membri kollha li jkabbru dawn il-varjetajiet.

2. Il-kontrolli dwar il-kontenut ta’ THC ta’ l-uċuħ tar-raba mkabbra fuq mill-inqas 30 % taż-żoni tal-qanneb imkabbar għall-fibra li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għall-għajnuna taż-żona jridu jkopru mill-inqas 30 % ta’ l-applikazzjonijiet involuti u l-varjetajiet kollha ta’ żerriegħa wżata.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2001, bir-regoli dettaljati u l-kondizzjonijiet marbuta mas-sistema ta’ approvazzjoni minn qabel ta’ l-uċuħ tar-raba' li jippermettu l-perċentwal minimu ta’ żoni tal-qanneb imkabbar għall-fibra li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet taż-żona li fihom l-kontenut ta’ THC irid jiġi spezzjonat sabiex jitnaqqas minn 30 % sa 20 %. Kull emenda ta’ dawn ir-regoli jew kondizzjonijiet dettaljati għandha tiġi mgħarrfa lill-Kummissjoni. Meta tapplika sistema bħal din, il-kontrolli għandhom ikopru ta’ mill-inqas 20 % ta’ l-applikazzjonijiet in kwestjoni u l-varjetajiet ta’ żerriegħa wżata.

3. Applikazzjonijiet li jinkludu varjetà ta’ qanneb fuq il-lista mogħtija fl-Anness XII iridu jiġu akkompanjati minn rapport li jagħti s-sejbiet ta’ analiżi mwettqa skond il-proċedura B tal-metodu deskritt fl-Anness XIII u deskrizzjoni tal-varjetà in kwestjoni."

4. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(1)(ċ):

"F’dan il-każ, iż-żona minima li għaliha ssir referenza fis-subparagrafu hawn fuq tista’ tkun 0.1 et."

5. L-Anness VI huwa mibdul bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

6. L-Anness VII huwa mibdul bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

7. L-Anness X huwa mibdul bl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

8. L-Anness XI huwa mibdul bl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

9. L-Anness XII ġdid huwa miżjud, li jinkludi t-test muri fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

10. L-Anness XIII ġdid huwa miżjud, li jinkludi t-test muri fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-sena tal-bejgħ 2001/02.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 13.

[3] ĠU L 280, tat-30.10.99, p. 43.

[4] ĠU L 163, ta' 1- 4.7.2000, p. 28.

[5] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

[6] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36.

[7] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 29.

[8] ĠU L 112, tat-3.5.1994, p. 2.

[9] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 4.

[10] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

[11] ĠU L 169, ta'1- 10.7.1969, p. 3,.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

“ANNESS VI

(L-Artikolu 8)

ŻONI BAŻI

(1000 et) |

Reġjun | L-uċuh tar-raba kollha | Li minnu qamħirrum | li minnu ħaxix tal-ħażna |

IL-BELĠJU

Total | 489,5 | | |

Żona I | | 97,0 | |

ID-DANIMARKA | 2018,6 | | |

IL-ĠERMANJA | 10159,4 | 540,3 | |

Schleswig-Holstein | 506,2 | | |

Hamburg | 5,1 | | |

Niedersachsen | 1424,7 | | |

Bremen | 1,8 | | |

Nordrhein-Westfalen | 948,5 | | |

Rheinland-Pfalz | 368,6 | | |

Hessen | 461,4 | | |

Baden-Württemberg | 735,5 | 122,1 | |

Bayern | 1776,0 | 418,2 | |

Is-Saarland | 36,6 | | |

Berlin | 2,9 | | |

Brandenburg | 889,6 | | |

Mecklenburg-Vorpommern | 968,2 | | |

Sachsen | 599,0 | | |

Sachsen-Anhalt | 880,9 | | |

Thüringen | 554,4 | | |

IL-GREĊJA | 1491,7 | 222,1 | |

SPANJA

Regadío | 1371,1 | 403,4 | |

Secano | 7849,0 | | |

FRANZA

Total | 13582,1 | | |

Żona bażi għall-qamħirrum | | 613,8 | |

Żona bażi saqwija | 1209,7 | | |

L-IRLANDA | 345,6 | 0,2 | |

L-ITALJA | 5801,2 | 1200,0 | |

IL-LUSSEMBURGU | 42,8 | | |

L-OLANDA

Regio I | 226,5 | 44,4 | |

Regio II | 215,2 | 163,9 | |

L-AWSTRIJA | 1203,5 | | |

IL-PORTUGALL

L-Ażores | 9,7 | | |

Il-Madejra

—Regadío | 0,31 | 0,29 | |

—Oħrajn | 0,30 | | |

Kontinentali

—Regadío | 293,4 | 221,4 | |

—Oħrajn | 704,1 | | |

IL-FINLANDJA | 1591,5 | | 200,0 |

L-ISVEZJA | 1737,1 | | 130,0 |

IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra | 3794,6 | 33,2 | |

L-Iskozja | 551,6 | | |

L-Irlanda ta' fuq | 52,9 | 1,2 | |

Wales | 61,4 | | |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

“ANNESS VII

(L-Artikolu 10(4))

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

"

“ANNESS X

(L-Artikolu 24, l-ewwel paragrafu)

L-aħħar data għaż-żrigħ: 15 ta'Ġunju

Uċuħ tar-raba' | Stat Membru | Reġjun |

L-uċuħ tar-raba' kollha | IL-FINLANDJA | It-territorju kollu |

L-IŻVEZJA | It-territorju kollu |

Qamħirrum ħelu Qanneb mkabbar għall-fibra | L-Istati Membri kollha | It-territorju kollu |

"

--------------------------------------------------

ANNESS IV

"

“ANNESS XI

(L-Artikolu 26(1))

TAGĦRIF LI JRID JIĠI KOMUNIKAT LILL-KUMMISSJONI

It-tagħrif irid jiġi ppreżentat fil-forma ta’ serje ta’ tabelli mfassla skond il-mudell deskritt hawn isfel:

- l-ewwwl sett ta’ tabelli li jagħtu tagħrif fuq l-livell ta’ produzzjoni reġjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999,

- it-tieni sett ta’ tabelli li jagħtu tagħrif rigward kull żona skond it-tifsira ta’ l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament,

- tabella waħda li tinkludi sommarju ta’ l-informazzjoni għal kull Stat Membru.

It-tabelli għandhom jintbagħtu kemm bħala kopja stampata u kemm fil-forma kompjuterizzata.

Formuli għaż-żoni: | 5 = 1 + 2 + 3 + 4 |

| 10 = 7 + 8 + 9 |

| 16 = 17 + 18 |

| 21 = 5 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 20 |

Noti:

Kull tabella trid tikkwota r-reġjun in kwestjoni.

Il-ħsad huwa dak użat sabiex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet taż-żoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Id-distinzjoni bejn art "mhux saqwija" u "saqwija" għandha ssir biss fil-każijiet ta’ reġjuni li fihom jinsabu t-tnejn. F’dak il-każ:

d = e + f

j = k + l

Il-linja 1 għandha x’taqsam biss ma’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment għall-ħlas taż-żona stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 2 għandha x’taqsam biss ma’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-għajnuna speċjali stabbilità fir-raba paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 19 għandha x’taqsam biss ma’ żoni mwarrba jew miżrugħa bis-siġar skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament Nru 1257/1999 u li jgħoddu bħala art tal-ħrit mwarrba skond l-Artikolu 6(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 20 taqbel maż-żoni li għalihom ssir referenza fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Għandha tintbagħat ukoll informazzjoni dwar produtturi li ma japplikawx għall-għajnuna għal kull ettaru taħt is-sistema ta’ appoġġ għal ċerti wċuħ tal-ħrit (Regolament (KE) Nru 1251/1999). Din l-informazzjoni, li għandha tingħata taħt "Oħrajn" fil-kolonni "m" u "n", għandha x’taqsam prinċipalment ma’ l-uċuh tal-ħrit iddikjarati bħala żoni ta’ l-għalf għall-iskopijiet tal-kisba tal-premi għall-produzzjoni taċ-ċanga/vitella u laħam tan-nagħaġ.

Il-linja 23 għandha x’taqsam ma’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ uċuh li ma jittiklux u li fuqhom ma jsiru ebda pagamenti skond ir-regoli li jimplimentaw l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 (eż. pitravi taz-zokkor, artiċoks ta’ Ġerusalem u għeruq taċ-ċikwejra).”

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS V

"

“ANNESS XII

(L-Artikolu 7a(1))

VARJETAJIET TA’ KITTIEN U QANNEB IMKABBRA GĦALL-FIBRA ELIĠIBBLI GĦAS-SISTEMA TA’ APPOĠĠ

1. Kittien imkabbar għall-fibra

Agata

Angelin

Argos

Ariane

Aurore

Belinka

Diane

Diva

Electra

Elise

Escalina

Evelin

Exel

Hermes

Ilona

Laura

Liflax

Liviola

Marina

Marylin

Nike

Opaline

Venus

Veralin

Viking

Viola

2a. Qanneb mkabbar għall-fibra

Carmagnola

Cs

Dioica 88

Epsilon 68

Fedora 17

Fédrina 74

Felina 32

Felina 34 - Félina 34

Ferimon - Férimon

Fibranova

Fibrimon 24

Fibrimon 56

Futura

Futura 75

Santhica 23

2b. Qanneb imkabbar għall-fibra awtorizzat fis-sena tal-bejgħ 2001/02

Beniko

Bialobrzeskie

Delta-405

Fasamo

Fedora 19

Juso 14

Kompolti

Uso 31 ”

"

--------------------------------------------------

ANNESS VI

"

“ANNESS XIII

(L-Artikolu 7b(1))

METODU TAL-KOMUNITÀ GĦALL-KALKOLU KWANTITATTIV TAL-KONTENUT TA’ Δ9-THC (TETRAHYDROCANNABINOL)FIL-VARJETAJIET TAL-QANNEB

1. Skop u żona ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu jfittex li jistabbilixxi l-kontenut ta’ Δ9-tetrahydrocannabinol (THC) tal-varjetajiet ta’ qanneb (Cannabis sativa L.). Kif xieraq, il-metodu jinvolvi li tiġi applikata l-proċedura A jew B hawnhekk imsemmija.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq l-istabbilizzazzjoni kwantitattiva ta’ Δ9-THC permezz ta’ gas chromatography (GC) wara estrazzjoni permezz ta’ solvent xieraq.

1.1. Proċedura A

Il-proċedura A hija wżata għal spezzjonijiet fuq il-produzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

1.2. Proċedura B

Il-proċedura B hija wżata f’każijiet kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7b(1) ta’ dan ir-Regolament u għall-kontroll li l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 huma sodisfatti bil-għan li jiġu nklużi fil-lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għall-għajnuna mis-sena tal-bejgħ 2001/02.

2. Teħid ta’ kampjuni

2.1. Kampjuni

- Proċedura A: minn uċuħ tar-raba' wieqfa ta’ varjetà mogħtija ta’ qanneb, ħu parti ta’ 30 ċm li fiha tkun tinsab ta’ mill-inqas fjoritura femminili waħda minn kull pjanta magħżula. It-teħid tal-kampjuni jrid jitwettaq matul il-perjodu bejn l-20 jum wara l-bidu tal-fjoritura sa l-10 jum wara t-tmiem tal-fjoritura, matul il-ġurnata, skond mudell sistematiku li jiżgura li l-kampjun huwa rappreżentattiv ta’ l-għalqa imma jeskludi t-trufijiet ta’ l-uċuħ tar-raba'. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li t-teħid ta’ kampjuni jitwettaq matul il-perjodu mill-bidu tal-fjoritura sa 20 ġurnata wara l-bidu tal-fjoritura sakemm, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni rappreżentattivi oħra skond ir-regoli msemmija fuq matul il-perjodu minn 20 ġurnata wara l-bidu tal-fjoritura sa 10 ijiem wara t-tmiem tal-fjoritura;

- Proċedura B: minn uċuħ tar-raba' weqfin ta’ varjetà partikolari ta’ qanneb, ħu l-parti ta’ fuq ta’ kull pjanta magħżula. It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq matul l-10 ijiem ta’ wara t-tmiem tal-fjoritura, matul il-ġurnata, skond mudell sistematiku li jiżgura li l-kampjun huwa rappreżentattiv ta’ l-għalqa imma jeskludi t-trufijiet ta’ l-uċuħ tar-raba'. Fil-każ ta’ varjetajiet dioecious, għandhom jittieħdu biss pjanti femminili.

2.2. Daqs tal-kampjun

- Proċedura A: il-kampjun għandu jinkludi partijiet minn 50 pjanta għal kull għalqa;

- Proċedura B: il-kampjun għandu jinkludi partijiet minn 200 pjanta għal kull għalqa.

Kull kampjun irid jitpoġġa f’borża tad-drapp jew tal-karti, mingħajr ma jiġi mgħaffeġ, u jintbagħat lil-laboratorju għall-analiżi.

L-Istat Membru jista’ jitlob li jittieħed kampjun ieħor sabiex issir kontroanaliżi, jekk dan ikun meħtieġ, li jrid jinżamm jew mill-produttur jew mill-korp responsabbli għall-analiżi.

2.3. Tnixxif u ħżin tal-kampjun

It-tnixxif tal-kampjuni jrid jibda kemm jista’ jkun malajr u, f’kull każ, fi żmien 48 siegħa bl-użu ta’ kull metodu taħt is-70 °Ċ. Il-kampjuni għandhom jitnixxfu sa piż kostanti u għal kontenut ta’ umdità bejn it-8 % u t-13 %.

Wara t-tnixxif, aħżen il-kampjuni mingħajr ma tgħaffiġhom f’temperatura ta’ taħt il-25 °Ċ f’post mudlam.

3. Kalkolu tal-kontenut ta’ THC

3.1. Preparazzjoni tal-kampjun għat-test

Neħħi z-zkuk u ż-żerriegħa li d-daqs tagħhom huwa għola minn 2 mm mill-kampjuni nexfin.

Idħan il-kampjuni nexfin sabiex tikseb trab semi-fin (għaddieh minn għarbiel b’toqob ta’ 1mm).

It-trab jista’ jinżamm maħżun għal 10 ġimgħat f’temperatura ta’ inqas minn 25 °Ċ f’post mudlam u niexef.

3.2. Reaġenti u soluzzjoni ta’ estrazzjoni

Reaġenti

- Δ9-tetrahydrocannabinol, pur għal skopijiet kromatografiċi,

- Squalane, pur għal skopijiet kromatografiċi, bħala standard intern.

Soluzzjoni ta’ estrazzjoni

- 35 mg ta’ squalane għal kull 100 ml hexane.

3.3. Estrazzjoni ta’ Δ9-THC

Iżen 100 mg tal-kampjun tat-test mitħun, poġġih ġo tubu ta’ ċentrifugazzjoni u żid 5ml ta’ soluzzjoni ta’ estrazzjoni li fih ikun jinsab l-istandard intern.

Poġġih ġo banju ta’ l-ultrasound u ħallih għal 20 minuta. Iċċentrifuga għal ħames minuti b’3000 r.p.m. u mbagħad neħħi s-soluzzjoni tas-supernatantTHC. Injetta s-soluzzjoni fil-kromatografu u wettaq analiżi kwantitattiva.

3.4. Kromatografija tal-gass

(a) Apparat

- kromatografu tal-gass bi flame ionisation detector u split/splitless injector,

- kolonna li tħalli separazzjoni tajba ta’ kannabinojdi, per eżempju kolonna ta’ kapillar tal-ħġieġ b’tul ta’ 25 ċm u dijametru ta’ 0,22 mm mimlija b’5 % non-polarphenyl-methyl-siloxanephase.

(b) Skali ta’ kalibrazzjoni

Mill-inqas tliet punti għal proċedura A u ħames punti għal proċedura B, inklużi punti 0,04 u 0,50 mg/ml Δ9-THC f’soluzzjoni ta’ estrazzjoni.

(ċ) Kondizzjonijiet sperimentali

Il-kondizzjonijiet li ġejjin huma mogħtija bħala eżempju għall-kolonna li għaliha ssir referenza f’(a):

– temperatura tal-forn: | 260 °C |

– temperatura ta' l-injettur: | 300 °C |

– temperatura tad-detector: | 300 °C. |

(d) Volum injettat: 1 μl.

4. Ir-riżultat

Is-sejbiet iridu jiġu espressi sa żewġ postijiet deċimali fi grammi ta’ Δ9-THC kull 100 gramma ta’ kampjun analitiku mnixxef għal piż kostanti. Tolleranza ta’ 0,03 g għal kull 100 g tapplika.

- Proċedura A: stabbilizzazzjoni waħda għal kull kampjun tat-test.

Madanakollu, meta r-riżultat miksub huwa ogħla mil-limitu stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1251/1999, għandu jsir it-tieni kalkolu. Stabbilizzazzjoni oħra (it-tieni) trid titwettaq għal kull kampjun ta’ analiżi u l-valur medju taż-żewġ stabbilizzazzjonijiet jittieħed bħala r-riżultat.

- Proċedura B: ir-riżultat jikkorrispondi mal-valur medju taż-żewġ kalkoli għal kull kampjun tat-test.”

"

--------------------------------------------------