32000R2796



Official Journal L 324 , 21/12/2000 P. 0026 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2796/2000

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2000

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-ikel [1], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) tiegħu,

billi:

(1) Sabiex jintlaħqu l-aspettattivi ta’ ċerti produtturi agrikoli, li għalihom il-pjanti ornamentali u l-fjuri huma wieħed mil-fonti prinċipali ta’ dħul, dawn il-prodotti għandhom jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Billi dawn huma prodotti agrikoli jista’ jiġri li dawn il-produtturi jippreżentaw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom skond ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 minħabba r-rabta li jista’ jkollhom ma’ ċerti reġjuni ġeografiċi.

(2) Il-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, huwa miżjud il-prodott li ġej:

"— pjanti ornamentali u fjuri."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7.

--------------------------------------------------