32000R2712



Official Journal L 313 , 13/12/2000 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2712/2000

tat-12 ta’ Diċembru 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabilixxi l-lista tas-swieq rappreżentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) ta’ dan,

billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1285/98 [4], stabilixxa l-lista tas-swieq rappresentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità.

(2) Fl-Irlanda seħħet bidla fis-swieq rappresentattivi. Il-lista tas-swieq rappresentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità elenkata fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 għandha tiġi emendata kif ġej.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tà Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punt 7 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 huwa mibdul kif ġej:

"7. Il-grupp ta’ swieq li ġejjin: Rooskey, Waterford u Mitchelstown."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

[3] ĠU L 203, tal-15.7.1989, p. 23.

[4] ĠU L 178, tat-23.6.1998, p. 5.

--------------------------------------------------