32000R2699



Official Journal L 311 , 12/12/2000 P. 0009 - 0016


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2699/2000

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2200/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħxejjex, ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ frott u ħxejjex proċessati u r-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta’ għajnuna Komunitarja għal produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [4] jillimita l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lil kull organizzazzjoni ta’ produtturi individwali, u tiffissa limitu wkoll fuq it-total mogħti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kollha. L-applikazzjoni ta’ dak il-limitu tintroduċi fattur varjabbli fl-iskema, u b’hekk tikkomplika x-xogħol ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi waqt li dawn jiżviluppaw u jimplimentaw programmi operattivi, b’mod li toħloq insikurezzi fir-rigward tal-finanzjament tagħhom. L-esperjenza wriet li dan il-limitu jista’ jiġi mwarrab waqt li tkompli tiġi assikurata tmexxija finanzjarja soda. Minħabba r-riżultati ta’ programmi fil-passat, il-limitu għal organizzazzjonijiet individwali jista’ jiġi iffissat bħala 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mmarkitjata ta’ kull organizzazzjoni ta’ produtturi.

(2) Fir-rigward tal-frott taċ-ċitru, id-diverġenza, dovuta partikolarment minħabba li nqabeż il-limitu ta’ proċessar, bejn il-kumpens Komunitarju għall-irtirar u l-għajnuna Komunitarja għall-ipproċessar tista’ fil-futur twassal għal diverġenza mhux ġustifikata lejn l-irtirar ta’ prodotti li suppost ikunu ġew proċessati. Sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, il-limitu ffissat fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 bħala persentaġġ ta’ kwantità mmarkitjata fuq l-eliġibiltà għall-kumpens Komunitarju ta’ l-irtirar għandu jitnaqqas għal 10 % għas-sena tas-suq 2001/02 u għal 5 % mis-sena tas-suq 2002/03 ’il quddiem. Din l-emenda tagħmilha possibbli li jiġi simplifikat il-kliem ta’ l-Artikoli 23 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

(3) L-esperjenza wriet li l-amministrazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ frott u ħxejjex friski tista’ tittejjeb u tkun simplifikata, għall-inqas f’xi każijiet, bl-użu ta’ proċedura ta’ l-offerti. Għandu għalhekk ikun hemm il-possibbiltà li ssir din l-istedina għall-offerti.

(4) L-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna Komunitarja għall-ipproċessar ta’ tadam regolat fir-Regolament (KE) Nru 2201/96 [5] uriet li l-mekkaniżmu ta’ kwoti tintroduċi riġidità fis-settur, u tipprevjieni lill-industriji ta’ proċessar konċernati milli jaddattaw b’ħeffa għad-domanda tas-suq. Sabiex tiġi kkoreġuta din ir-riġidità, is-sistema ta’ kwota għandha tinbidel b’sistema ta’ limiti ta’ proċessar, bi tnaqqis fl-għajnuna għas-sena tas-suq ta’ wara jekk jinqabżu l-limiti. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-arranġamenti huma flessibbli biżżejjed, għandu jiġi stabbilit limitu Komunitarju wieħed, imfisser bħala tunnellati ta’ tadam frisk intenzjonat għall-ipproċessar. Sabiex jingħata spazju għad-domanda li dejjem qiegħda tikber għal dawn il-prodotti, il-limitu għandu jiġi ffissat ’il fuq mil-livell li jaqbel ma’ l-iskema ta’ kwoti preżenti.

(5) Il-kwantitajiet ta’ tadam, ħawħ u lanġas li jmorru għall-ipproċessar taħt l-iskema ta’ għajnuna regolata mir-Regolament (KE) Nru 2201/96 żviluppaw b’mod differenti minn Stat Membru għall-ieħor. B’riżultat ta’ dan, u sabiex jiġi żgurat li operaturi f’kull Stat Membru jassumu responsabbiltà ikbar, il-limiti ta’ proċessar Komunitarji għandhom jinqasmu bejn l-Istati Membru fuq bażi ta’ ekwità, u kull tnaqqis fl-għajnuna Komunitarja li jirriżulta minn qbiż tal-limitu Komunitarju għandu japplika biss f’dawk l-Istati Membri fejn jinqabeż il-limitu. F’dan il-każ, iridu jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet li ma ġewx ipproċessati fl-Istati Membri fejn il-limitu ma nqabiżx. Sabiex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tas-settur tad-tadam imqaxxar, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jissuddividu l-limitu nazzjonali tagħhom f’żewġ sub-limiti. F’dan il-każ, tnaqqis fl-għajnuna li jirriżulta minn qbiż ta’ dan il-limitu nazzjonali għandu jiġi applikat separatament għal kull wieħed miż-żewġ sub-limiti.

(6) Fil-preżent, għajnuna għall-ipproċessar tad-tadam, ħawħ u lanġas tingħata biss taħt ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 lil proċessuri li jkunu ħallsu lill-produtturi għall-materja prima tagħhom bi prezz ta’ mhux inqas minn ċertu prezz minimu. L-għajnuna hija ffissata skond l-unità tal-piż tal-prodott proċessat. It-tmexxija ta’ din l-iskema għandha tiġi simplifikata, billi tintroduċi iktar flessibbiltà fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn organizzazzjonijiet ta’ produtturi u proċessuri, u billi tikkontribwixxi għall-aġġustament tal-provista għad-domanda tal-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Għal dan il-għan, għandha tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jwasslu prodotti friski lill-produtturi; din l-għajnuna għandha tiġi ffissata skond il-piż tal-materja prima irrispettivament mill-piż tal-prodott ipproċessat, u l-prezz minimu għandu jitwaqqaf.

(7) L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar tat-tadam, ħawħ u lanġas għandu jiġi ffissat partikolarment fuq il-bażi ta’ l-għajnuna mogħtija fl-iktar snin tas-suq riċenti qabel din l-emenda fl-iskema.

(8) B’riżultat ta’ din l-emenda fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna għall-ipproċessar tal-pruni magħmula minn għajnbaqar "d’Ente" imnixxef u għal tin imqadded iridu jiġu adottati, għalkemm mingħajr ebda tibdil fis-sustanza. Kif ukoll, il-proċedura ta’ reviżjoni għal-lista ta’ prodotti proċessati li jidhru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha tiġi simplifikata.

(9) L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 [6] jistipula limiti ta’ proċessar Komunitarji għal-lumi, larinġ u grapefruit (tronġa) separatament, u għall-mandolin, klementini u satsumi, minn hawn ’il quddiem imsejħa "frott taċ-ċitru żgħir", meħuda f’daqqa. Minn meta ddaħħal dan ir-reġim, dawk il-limiti nqabżu sostanzjalment kull sena tal-kummerċ fil-każ tal-lumi u tal-larinġ, u ftit inqas fis-snin tas-suq 1998/99 u 1999/2000 fil-każ tal-frott taċ-ċitru żgħir. Il-limiti għall-grapefruit (tronġa) ġew osservati. Skond ir-regoli dak l-eċċess irriżulta fi tnaqqis sostanzjali fl-għajnuna għall-ipproċessar. Jekk din is-sitwazzjoni tkompli għaddejja din tista’ twassal għall-irtirar ta’ prodotti intenzjonati għall-ipproċessar fil-futur. B’riżultat ta’ dan, il-limiti għal-lumi, larinġ u frott taċ-ċitru żgħir għandhom ikunu għ. Sabiex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tas-settur tal-frott taċ-ċitru żgħir, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jissuddividu l-limitu nazzjonali tagħhom f’żewġ sub-limiti. F’dan il-każ, tnaqqis fl-għajnuna li jirriżulta minn qbiż ta’ dan il-limitu nazzjonali għandu jiġi applikat separatament għal kull wieħed miż-żewġ sub-limiti.

(10) Il-kwantitajiet li jmorru għall-ipproċessar evolvew b’mod differenti minn Stat Membru wieħed għall-ieħor. B’riżultat ta’ dan, u sabiex jiġi żgurat li operaturi f’kull Stat Membru jassumu responsabbiltà ikbar, il-limiti ta’ proċessar Komunitarji għandhom jinqasmu bejn l-Istati Membru fuq bażi ta’ ekwità, u kull tnaqqis fl-għajnuna Komunitarja li jirriżulta minn qbiż tal-limitu Komunitarju għandu japplika biss f’dawk l-Istati Membri fejn jinqabeż il-limitu. F’dan il-każ, iridu jiġu kunsidrati l-kwantitajiet li ma ġewx proċessati fl-Istati Membri fejn il-limitu ma nqabiżx.

(11) It-tibdil fin-numerazzjoni ta’ l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jeħtieġ emenda fil-kliem ta’ l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(12) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) 2200/96 u (KE) Nru 2201/96 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċedura għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7].

(13) Dawn l-emendi fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 għandhom jiġu applikati mis-sena tal-kummerċ 2001/02. Madanakollu, billi l-fondi operattivi huma mmexxija fuq il-bażi ta’ sena tal-kalendarju, l-emenda fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandha tapplika mill-2001,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 huwa emendat kif ġej:

1. Il-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Madanakollu, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi ffissata bħala 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mmarkitjata ta’ kull organizzazzjoni ta’ produtturi.";

2. L-Artikolu 23(3), (4), (5) u (6) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Jekk il-paragrafu 1 jiġi applikat għal xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II li jissodisfaw l-istandards rilevanti, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom iħallsu lill-membri produtturi tagħhom il-kumpens Komunitarju ta’ l-irtirar indikat fl-Anness V, sa limitu ta’:

- 5 % għall-frott taċ-ċitru,,

- 8,5 % għat-tuffieħ u l-lanġas, u

- 10 % għal prodotti oħrajn, tal-kwantità immarkitjata.

Il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-kwantità mmarkitjata ta’ kull prodott, kif definita skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 46, tal-membri ta’ l-organizzazzjoni ta’ produtturi biss, jew ta’ organizzazzjoni oħra fejn japplika l-Artikolu 11(1)(ċ).

4. Il-limiti ffissati fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mis-sena tas-suq 2002/03. Għas-sena tas-suq 2001/02, il-limiti għandhom ikunu 10 % għall-frott taċ-ċitru, bettieħ u dulliegħ, u 20 % għal prodotti oħrajn.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu japplika għal-limiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

5. Il-persentaġġi fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu medji annwali waqt perjodu ta’ tliet snin, b’marġni annwali ta’ eċċess ta’ 3 %.";

3. L-Artikolu 24 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 24

Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness II, organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom iħallu l-benefiċċji ta’ l-Artikolu 23 lil dawk li jrabbu li m’humiex membri ta’ xi waħda mill-istrutturi kollettivi msemmija f’dan ir-Regolament, jekk huma jitolbu dan. Madanakollu, il-kumpens Komunitarju għall-irtirar għandu jitnaqqas b’10 %. Kif ukoll, l-ammont imħallas irid jikkunsidra, wara eżami ta’ l-evidenza, l-ispejjeż totali ta’ l-irtirar imħallsa mill-membri. Il-kumpens ma jistax jingħata fuq volum ikbar minn dak is-sehem tal-produzzjoni mmarkitjata ta’ dak li jrabbi li jaqbel mal -persentaġġi mogħtija fl-Artikolu 23(3).";

4. L-Artikolu 26 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 26

Il-kumpens Komunitarju għall-irtirar għandu jkun ammont wieħed validu fil-Komunità kollha.";

5. It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 46. Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati perjodikament jew b’offerta.";

6. L-Artikolu 45 għandu jitħassar;

7. L-Artikolu 46 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 46

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat, il-Kumitat ta’ Tmexxija għal Frott Frisk u Ħxejjex, minn ħawn ’il quddiem imsejjaħ "il-kumitat", kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

3. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala xahar.

4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu."

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikoli 2 sa 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"L- Artikolu 2

Skema ta’ għajnuna Komunitarja qiegħda tiġi introdotta biex tassisti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jissuplixxu tadam, ħawħ u lanġas maħsuda fil-Komunità għall-produzzjoni tal-prodotti proċessati elenkati fl-Anness I.

Il-lista ta’ prodotti proċessati li tidher fl-Anness I tista’ tiġi riveduta fuq il-bażi ta’ tibdiliet fis-suq, skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29.

Artikolu 3

1. L-iskema msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ibbażata fuq kuntratti bejn, minn naħa waħda, organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jew awtorizzati proviżorjament taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u, minn naħa l-oħra, proċessuri approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

Madanakollu, waqt is-sena tas-suq 2001/02, kuntratti bejn proċessuri u produtturi individwali huma eliġibbli wkoll, għal kwantità li ma taqbiżx il-25 % tal-kwantità totali kuntrattata minn xi proċessur.

2. Il-kuntratti għandhom jiġu konklużi sa data speċifika, li trid tiġi definita skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29. B’mod partikolari, għandhom jispeċifikaw il-kwantitajiet li huma jkopru, l-iskeda ta’ provista lill-proċessur u l-prezz li jrid jitħallas lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, u għandhom jeħtieġu li l-proċessur jipproċessa l-prodotti koperti.

Malli dawn jiġu ffirmati, il-kuntratti għandhom jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

3. L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom jestendu l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu lil operaturi li mhumiex affiljati ma’ ebda mill-istrutturi kollettivi pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96, li jimpenjaw ruħhom li jimmarkitjaw permezz ta’ dawn l-istrutturi x-xogħol tagħhom kollu ta’ tadam, ħawħ u lanġas għall-ipproċessar, u li jħallsu kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż totali ta’ tmexxija ta’ din is-sistema li jitħallsu mill-organizzazzjoni.

Artikolu 4

1. Għandha tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-kwantitajiet ta’ materja prima fornita għall-ipproċessar taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 3.

2. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun:

Euro 34,50/tunnellata għat-tadam,

Euro 47,70/tunnellata għall-ħawħ,

Euro 161,70/tunnellata għall-lanġas.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom iħallsu għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fuq talba, malli l-awtoritajiet ta’ kontroll fl-Istat Membru fejn iseħħ l-ipproċessar ikunu stabbilew li l-prodotti koperti mill-kuntratti jkunu ġew forniti lill-industrija ta’ l-ipproċessar. L-ammont ta’ għajnuna li l-organizzazzjoni ta’ produtturi tirċievi għandha titħallas lill-membri tagħha, u fejn huwa applikat l-Artikolu 3(3), lill-operaturi konċernati.

Artikolu 5

1. Għal kull wieħed mill-prodotti msemmi fl-Artikolu 2, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ proċessar Komunitarji u nazzjonali kif indikat fl-Anness II.

2. Kull meta jinqabeż limitu ta’ proċessar Komunitarju, l-għajnuna ffissata għall-prodott partikolari skond l-Artikolu 4(2) għandha ttinaqqas fl-Istati Membri kollha fejn ikun inqabeż il-limitu relattiv.

Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu, qbiż ta’ limiti għandhom jiġu kalkulati billi jiġi paragunat il-limitu mal-medja ta’ kwantità proċessata bl-għajnuna taħt dan ir-Regolament waqt it-tliet snin tas-suq ta’ qabel dik li għaliha trid tiġi ffssata l-għajnuna.

Madanakollu, sabiex jiġi kkalkolat l-eċċess tal-limiti ffissati għal kull Stat Membru, kull kwantità li tkun għadha disponibbli taħt il-limitu ta’ Stat Membru imma li ma tkunx proċessata għandha tkun allokata lill-Istati Membri l-oħra, b’mod proporzjonat mal-limiti rispettivi tagħhom.

It-tnaqqis fl-għajnuna għandu jkun proporzjonat mal-volum ta’ eċċess li għandu x’jaqsam mal-limitu rilevanti.

3. Fir-rigward tad-tadam, u b’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-ewwel tliet snin tal-kummerċ li jiġu immedjatament wara l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a) għall-ewwel sena tal-kummerċ:

- il-qbiż tal-limitu ta’ proċessar għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kwantità fornita għall-ipproċessar bl-għajnuna waqt is-sena, u

- l-għajnuna ffissata fl-Artikolu 4(2) għandha titnaqqas għal 31,36 Euro/tunnellata. Madanakollu, fl-Istati Membri fejn il-limitu ma jkunx inqabeż, jew fejn ikun inqabeż b’inqas minn 10 %, u fl-Istati Membri kollha konċernati jekk il-limitu Komunitarju ma jkunx inqabeż, għandu jitħallas suppliment wara t-tmiem tas-sena tas-suq. Is-suppliment għandu jiġi ffissat fuq il-bażi tal-qbiż attwali tal-limitu konċernat;

(b) għat-tieni sena tas-suq, il-qbiż tal-limitu ta’ proċessar għandu jiġi kalkulat fuq il-bażi tal-kwantità fornita għall-ipproċessar b’għajnuna waqt l-ewwel sena;

(ċ) għat-tielet sena tas-suq, il-qbiż tal-limitu ta’ proċessar għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kwantità medja fornita għall-ipproċessar b’għajnuna waqt l-ewwel u t-tieni sena.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddividu l-limitu nazzjonali għat-tadam f’żewġ sub-limiti, jiġifieri tadam għall-ipproċessar f’tadam sħiħ imqaxxar u dawk għal proċessar fi prodotti oħra tat-tadam.

L-Istati Membri li jieħdu din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk jinqabeż il-limitu nazzjonali, it-tnaqqis fl-għajnuna msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi applikat għall-għajnuna taż-żewġ sub-limiti bi proporzjon mal-qbiż reġistrat tas-sublimitu konċernat.

Artikolu 6

1. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 2 sa 5, u b’mod partikolari regoli li jirregolaw l-approvazzjoni ta’ proċessuri, konklużjoni ta’ kuntratti ta’ proċessar, ħlas ta’ għajnuna, miżuri ta’ kontroll u sanzjonijiet, snin tal-kummerċ, karatteristiċi minimi tal-materja prima fornita għall-ipproċessar, rekwiżiti ta’ kwalità minima għal prodotti finali u l-konsegwenzi finanzjarji jekk jinqabżu l-limiti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29.

2. Kontrolli ta’ kwalità u kwantità għandhom jiġu adottati wkoll skond dik il-proċedura sabiex jiġi verifikat:

- li l-prodotti forniti lill-produtturi minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi jissodisfaw ir-rekwiżiti, u

- li l-prodotti forniti attwalment ġew proċessati fi prodotti elenkati fl-Anness I.";

2. dawn l-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 6:

"L- Artikolu 6a

1. Għandha tiġi applikata skema ta’ produzzjoni:

(a) għal tin imnixxef li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 08042090,

(b) pruni magħmula minn għajnbaqar "d’Ente"; imnixxef li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex08132000,

miksub minn frott maħsud fil-Komunità.

2. Għandha tingħata għajnuna għall-produzzjoni lil proċessuri li jkunu ħallsu lill-produtturi għall-materja prima tagħhom prezz ta’ mhux inqas mill-prezz minimu taħt kuntratti bejn, minn naħa waħda, organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti jew proviżorjament awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u, min-naħa l-oħra, il-proċessuri.

Madanakollu, waqt is-sena tas-suq 2001/02, kuntratti bejn proċessuri u produtturi individwali huma eliġibbli wkoll, għal kwantità li ma taqbiżx il-25 % tal-kwantità li toħloq intitolament għall-għajnuna ta’ produzzjoni.

L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom jestendu l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu lil operaturi li mhumiex affiljati ma’ ebda mill-istrutturi kollettivi pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96, li jimpenjaw ruħhom li jimmarkitjaw permezz ta’ dawn l-istrutturi x-xogħol tagħhom kollu intiż għall-manifattura tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, u li jħallsu kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż totali ta’ tmexxija ta’ din is-sistema li jitħallsu mill-organizzazzjoni.

Il-kuntratti jridu jiġu ffirmati qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

L- Artikolu 6b

1. Il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi għandu jiġi kalkulat fuq il-bażi ta’:

(a) il-prezz minimu li japplika waqt is-sena tas-suq preċedenti;

(b) iċ-ċaqliq ta’ prezzijiet tas-suq fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex;

(ċ) il-bżonn li jiġi żgurat bejgħ fuq is-suq normali ta’ prodotti friski bażiċi għad-diversi użi, inkluż provista lill-industrija ta’ l-ipproċessar.

2. Għandhom jiġu ffissati prezzijiet minimi qabel il-bidu ta’ kull sena tal-kummerċ.

3. Għandhom jiġu adottati prezzijiet minimi u regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29.

L- Artikolu 6ċ

1. L-għajnuna għall-produzzjoni ma tistax taqbeż id-differenza bejn il-prezz minimu mħallas lill-produttur fil-Komunità u l-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi li huma produtturi u esportaturi prinċipali.

2. L-ammont ta’ għajnuna fuq il-produzzjoni għandha tiġi ffissata b’mod li tippermetti li l-prodott Komunitarju jiġi mibjugħ, fil-limitu stabbilit fil-paragrafu 1.

Sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod partikolari:

(a) id-differenza bejn il-prezz tal-materja prima fil-Komunità u dik fil-pajjiżi terzi li huma kompetituri prinċipali;

(b) l-ammont ta’ għajnuna ffissata għas-sena tas-suq preċedenti,

u

(ċ) jekk il-produzzjoni Komunitarja ta’ prodott tammonta għal sehem sostanzjali tas-suq, ċaqliq f’volumi ta’ kummerċ esterni u fil-prezzijiet prevalenti f’dak il-kummerċ, meta l-kriterju ta’ l-aħħar jirriżulta fi tnaqqis fl-ammont ta’ l-għajnuna.

3. L-għajnuna għall-produzzjoni għandha tiġi ffissata skond il-piż nett tal-prodott proċessat. Il-koeffiċjenti li jesprimu r-relazzjoni bejn it-toqol tal-materja prima użata u l-piż nett tal-prodott proċessat għandha tiġi definita fuq bażi standardizzata. Dawn għandhom jiġu aġġornati regolarment fuq il-bażi ta’ l-esperjenza.

4. Għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata biss lil proċessuri għal prodotti proċessati li:

(a) jkunu saru minn materja prima maħsuda fil-Komunità, fir-rigward ta’ liema l-applikant ikun ħallas ta’ mill-inqas il-prezz minimu msemmi fl-Artikolu 6a(2);

(b) jissodisfaw rekwiżiti minimi ta’ kwalità.

5. Il-prezz tal-materja prima fil-pajjiżi terzi li huma kompetituri prinċipali għandu jiġi stabbilit l-aktar fuq il-bażi tal-prezzijiet li attwalment japplikaw fl-istadju farm-gate għal prodotti friski ta’ kwalità paragunabbli użati għall-ipproċessar, imwieżna fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ prodotti finali esportati minn dawk il-pajjiżi terzi.

6. Jekk il-produzzjoni tal-Komunità tammonta għal mill-inqas 50 % tal-kwantitajiet ta’ prodott li jikkostitwixxi s-suq ta’ konsum Komunitarju, movimenti f’volumi u prezzijiet ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati billi tiġi paragunata l-informazzjoni għas-sena tal-kalendarju ta’ qabel il-bidu tas-sena tal-kummerċ ma’ l-informazzjoni għas-sena tal-kalendarju ta’ qabel.

7. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq, skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 29. Il-koeffiċjenti msemmija fil-paragrafu 3, ir-rekwiżiti ta’ kwalità minima u r-regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura.";

3. L-Artikolu 28 għandu jitħassar;

4. L-Artikolu 29 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 29

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat, il-Kumitat ta’ Tmexxija għal Frott Frisk u Ħxejjex, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-kumitat’, kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

3. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala xahar.

4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.";

5. L-Anness I għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

6. L-Anness III għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 3

1. Għandha tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-kwantitajiet trasportati għall-ipproċessar taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 2.

2. L-ammont ta’ l-għajnuna huwa stabbilit fil-Lista 1 ta’ l-Anness I.

Madanakollu:

(a) jekk il-kuntratt msemmi fl-Artikolu 2(1) ikopri iktar minn sena waħda tal-kummerċ u kwantità minima ta’ frott taċ-ċitru, li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, l-ammont ta’ l-għajnuna għandha tkun dik indikata fil-lista 2 ta’ l-Anness I;

(b) għal kwantitajiet trasportati taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, l-ammont ta’ l-għajnuna għandha tkun dik indikata fil-Lista 3 ta’ l-Anness I.

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5, l-l-għajnuna għandha titħallas mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jitolbuha, malli l-awtoritajiet ta’ spezzjoni ta’ l-Istat Membru fejn iseħħ l-ipproċessar ikunu stabbilew li l-prodotti koperti mill-kuntratti jkunu ġew imwasslin lill-industrija ta’ l-ipproċessar.

L-għajnuna li jirċievu l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandha titħallas lill-membri tagħhom.

4. Għandhom jiġu adottati miżuri skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 sabiex jiġi żgurat li l-industrija ta’ l-ipproċessar tissodisfa l-obbligazzjoni tagħha li tipproċessa l-prodotti mwassla mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.";

2. L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L- Artikolu 5

1. Għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ proċessar għall Komunità u għal kull Stat Membru produttur, min-naħa waħda għal-lumi, larinġ u grapefruit (tronġa) separatament, u min-naħa l-oħra għall-mandolin, klementini u satsumi meħuda f’daqqa. Il-limiti għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness II.

2. Meta jinqabeż limitu ta’ proċessar Komunitarju, l-għajnuna ffissata għall-prodott partikolari skond l-Artikolu 3(2) għandha tiġi mnaqqsa fl-Istati Membri kollha fejn ikun inqabeż il-limitu relattiv.

Sabiex jiġi applikat l-ewwel paragrafu, limiti maqbuża għandhom jiġu kkalkulati billi wieħed iqabbel il-livell mal-kwantità medja proċessata bl-għajnuna taħt dan ir-Regolament waqt it-tliet snin tas-suq jew perjodi ekwivalenti ta’ qabel is-sena tas-suq fir-rigward ta’ liema trid tiġi ffissata l-għajnuna.

Madanakollu, sabiex jiġi kkalkolat il-qbiż tal-limiti ffissati għal kull Stat Membru, kull kwantità li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limitu ta’ Stat Membru imma mhux proċessati għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri l-oħrajn, bi proporzjon mal-limiti rispettivi tagħhom.

It-tnaqqis fl-għajnuna għandu jkun proporzjonat mal-volum ta’ qbiż relattiv mal-limitu relevanti.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddividu l-limitu nazzjonali għal frott taċ-ċitru żgħir f’żewġ sub-limiti, jiġifieri frott taċ-ċitru żgħir għall-ipproċessar fi flieli u dawk għall-ipproċessar f’meraq.

L-Istati Membri li jagħmlu din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Jekk jinqabeż il-limitu nazzjonali, it-tnaqqis fl-għajnuna msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi applikat għall-għajnuna taż-żewġ sub-limiti bi proporzjon mal-qbiż reġistrat tas-sublimitu konċernat.";

3. l-Anness isir l-Anness I;

4. it-test ta’ l-Anness II li jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu jiddaħħal wara l-Anness I.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għal kull prodott jew grupp ta’ prodotti mis-sena tas-suq 2001/02. Madanakollu, l-Artikolu 1(1) għandu japplika għal fondi operattivi mill-2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Glavany

[1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 207.

[2] Opinjoni maħruġa fis-26 ta’ Ottubru 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni maħruġa fid-19 ta’ Ottubru 2000 (għadha mhix ipplubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

[5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2701/1999 (ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 5).

[6] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 49. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 858/1999 (ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 8).

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

“ANNESS I

Prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2

I-kodiċi NM | Id-deskrizzjoni |

ex07108070 | Tadam imqaxxar, sħiħ jew f'biċċiet, friżat |

ex07129030 | Flakes tat-tadam |

20021010 | Tadam imqaxxar, sħiħ jew f'biċċiet |

20021090 | Tadam mhux imqaxxar, sħiħ jew f'biċċiet |

ex200290 | Ieħor (crush jew zalza tal-pizza) |

ex20029011ex20029019 | Meraq tat-tadam (inkluż passata) |

ex20029031ex20029039ex20029091ex20029099 | Kunserva |

ex20084051ex20084059ex20084071ex20084079ex20084091ex20084099 | Lanġas Williams u Rocha fix-xiropp u/jew f'meraq naturali tal-frott |

ex20087061ex20087069ex20087071ex20087079ex20087092ex20087094ex20087099 | Lanġas fix-xiropp u/jew f'meraq naturali tal-frott |

ex200892ex200899 | Taħlit ta' frott, sħiħ jew f'biċċiet, fix-xiropp u/jew f'meraq naturali tal-frott, li jkollu mil-lanqas (60 %) ħawħ u lanġas |

200950 | Meraq tat-tadam |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

“ANNESS III

Limiti ta' proċessar imsemmija fl-Artikolu 5

Piż nett tal-prodott frisk

m.r. = mhux rilevanti.

f'tunellati metriċi |

| | Tadam | Ħawħ | Lanġas |

Limiti Komunitarji | | 8251455 | 539006 | 104617 |

Limiti nazzjonali | Il-Greċja | 1211241 | 300000 | 5155 |

Spanja | 1238606 | 180794 | 35199 |

Franza | 401608 | 15685 | 17703 |

L-Italja | 4350000 | 42309 | 45708 |

L-Olanda | m.r. | m.r. | 243 |

L-Awstrija | m.r. | m.r. | 9 |

Il-Portugall | 1050000 | 218 | 600 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

"

“ANNESS II

Limiti ta' proċessar imsemmija fl-Artikolu 5

Piż nett tal-prodott frisk

m.r. = mhux relevanti.

f’tunellati metriċi |

| | Larinġ | Lumi | Grapefruit (tronġa) | Frott taċ-ċitru żgħir |

Limiti komunitarji | | 1500236 | 510600 | 6000 | 384000 |

Limiti nazzjonali | Il-Greċja | 280000 | 27976 | 799 | 5217 |

Spanja | 600467 | 192198 | 1919 | 270186 |

Franza | m.r. | m.r. | 61 | 445 |

l-Italja | 599769 | 290426 | 3221 | 106428 |

Il-Portugall | 20000 | n.a. | n.a. | 1724 |

"

--------------------------------------------------