Official Journal L 295 , 23/11/2000 P. 0001 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2563/2000 ta' l-20 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 permezz ta' l-estenzjoni għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u għar-Repubblika Federali tal-Jugoslavia tal-miżuri eċċezzjonali tan-negozju għall-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fi, jew marbuta ma' l-istabiliżazzjoni u l-proċess ta' assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi miżuri tan-negozju eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi jew marbuta ma' l-istabiliżżazzjoni u l-proċess ta' assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 [1], ma japplikax għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħlief għall-importazzjonijeit ta' l-inbid u ma japplikax għall-importazzjonijiet kollha mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavia. (2) Is-sospensjoni, permezz ta' Skambju ta' Ittri, tan-negozju u d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-negozju tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2] ffirmati fid-29 ta'April 1997 tippermetti li preferenzi ta' negozju awtonomi jiġu mogħtija lil dak il-pajjiż. (3) Ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavia (RFJ), fid-dawl ta' żviluppi riċenti fil-pajjiż, tikkonforma mal-kundizzjonijiet bażiċi għall-għoti ta' preferenzi ta' negozju awtonomi kif stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' April 1997. Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tad-9 ta' Ottubru 2000 stieden lill-Kummissjoni biex tissottometti proposti dwar l-estensjoni tar-RFJ bil-benefiċċju tal-miżuri eċċezzjonali tan-negozju kif mogħtija mir-Regolament (KE) 2007/2000. (4) Il-Kosovo, kif definit mir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzonalitajiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999 huwa soġġett għal amministrazzjoni ċivili internazzjonali mill-Missjoni tan-Nazzjonjiet Uniti f'Kosovo (MNUK) li stabilixxa amministrazzjoni tad-dwana separata. (5) Huwa, għalhekk, xieraq li jiġu estiżi bis-sħiħ l-arranġamenti provvduti fir-Regolament (KE) Nru 2009/2000 fl-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja u fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavia, inkluż il-Kosovo kif definit mir-Reżoluzzjoni tal-SKNU 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 hu hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(1) it-termini "li joriġinaw fir-Repubbliki ta' l-Albania, l-Bożnia u l-Herżegovina u l-Kroatzia kif ukoll fil-Kosovo kif definiti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999 (minn hawn 'l hemm magħruf bħala l-Kosovo)" għandhom jiġu mibdula b' "li joriġinaw fir-Repubbliki ta' l-Albanija, l-Bożnia u l-Herżegovina, l-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavia inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni ta' SKNU 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999"; 2. fl-Artikolu 1(2) it-termini "u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja" għandhom jiġu mħassra; 3. l-Artikolu 1(3) għandu jiġi mħassar; 4. fl-Artikolu 2(2) it-termini "Għall-Albanija, l-Bożnia u l-Herżegovina u l-Kroazja" għandhom jiġu mibdula b' "Għall-Albanija, l-Bożnia u l-Herżegovina, l-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavia"; 5. fl-Artikolu 4(1) it-termini "Fl-Albanija, l-Bożnia u l-Herżegovina u l-Kroazja" għandhom jiġu mibdula b' "fil-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1(1)"; 6. fl-Artikolu 4(2): (a) l-ammont ta' "10900" tunnellata għandu jiġi mibdul b' "22525" tunnellata; (b) il-punt (c) li jaqra "(c) 1650 tunnellata (piż ta' karkassa) għal prodotti ta' 'ċanga żgħira li joriġinaw fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonia" u l-punt (d) li jinqara "(d) 9975 tunnellata (piż ta' karkassa) għal prodotti ta' ċanga żgħira li joriġionaw fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavia inkluż il-Kosovo" għandhom jiġu miżjuda; (ċ) it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b' "Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti ta' 'ċanga żgħira' kif definiti fl-Anness II u li joriġinaw fl-Albanija m' għandhomx jibbenefikaw minn konċessjoni ta' tariffa"; 7. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud: "3. Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 12, mogħtija s-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tas-sajd, jekk l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli u tas-sajd jikkawżaw telf serju lis-swieq Komunitarji u lill-mekkaniżmi tar-regolazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri xierqa skond ir-regoli tal-Kumitat ta' Ġestjoni Kompetenti." 8. l-Artikolu 5 għandu jiġi mħassar; 9. fl-Artikolu 7, it-termini "u l-Artikolu 5" għandhom jiġu mħassra; 10. fl-Artikolu 13, it-termini "XM l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1)" għandhom jiġu mdaħħla wara "BA il-Bożnia u l-Herżegovina (1)"; 11. fl-Artikolu 16(1), it-termini "u l-merkanzija li toriġina fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li huma mqiegħda f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità qabel l-ewwel ġurnata tat-tielet xahar wara l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 2563/2000 li jemenda dan ir-Regolament" għandhom jiġu mdaħħla wara "l-1 ta' Jannar 2001"; 12. fl-Artikolu 17, id-data "l-31 ta' Diċembru 2002" għandha tiġi mibdula bil-"31 ta' Diċembru 2005"; 13. L-Anness I għandu jiġi mibdul bl-Anness li ġej. L-ANNESS I Li jikkonċerna l-kwoti tat-tariffa msemmija fl-Artikolu 4(1) Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jinterpretaw in-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li qed jiddeskrivi l-prodotti li ġejjin ma għandux jittieħed għajr li qed jispjega l-oġġett in kwistjoni, l-iskema li tirrigwardah, fil-kuntesti ta' dan l-Anness bil-kodiċi CN. Fejn hemm kodiċi ex CN l-iskema preferenzjali għandha tkun determinata bl-applikazzjoni tal-kodiċi CN u t-tisira f'daqqa. Ordni Nru | Kodifiċi NM | Deskrizzjoni | Volum ta' kwota kull sena | Ir-rata tad-dazju | Benefiċjarji | 09.1571 | 03019110030191900302111003021190030321100303219003041011ex03041019ex0304109103042011ex03042019ex03049010ex03051000ex0305309003054945ex03055990ex03056990 | Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta' fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 150 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | eżentat | 09.1573 | 030193000302691103037911ex03041019ex03041091ex03042019ex03049010ex03051000ex03053090ex03054980ex03055990ex03056990 | Karpjun ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta' fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 350 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | eżentat | 09.1575 | ex030199900302696103037971ex03041038ex03041098ex03042095ex03049097ex03051000ex03053090ex03054980ex03055990ex03056990 | Paġell (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta' fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 650 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | eżentat | 09.1577 | ex0301999003026994ex03037700ex03041038ex03041098ex03042095ex03049097ex03051000ex03053090ex03054980ex03055990ex03056990 | Spnott (Dicentrarchus labrax):ħajjin; friski jew imkessħa; iffriżati; imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, smoked; imqatta' fi strippi u laħam ieħor ta' ħut; dqid qlub tal-qamħ u pellets, tajbin għall-konsum uman | 100 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | eżentat | 09.1579 | 1604131116041319ex16042050 | Sardin preparat jew priżervat | 250 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | 6 % | 09.1561 | 1604160016041600 | Inċova preparata jew priżervata | 1000 tonne | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo | 12,5 % | 09.1515 | 22042179ex2204218022042183ex2204218422042965ex2204297522042983ex22042984 | Inbid minn għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika attwali skond il-volum li ma teċċedix il-15 % vol, ħlief inbid li fexfex | 545000 hl | Albanija, Bosnija u Ħerzegovina, Kroazja, ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja , Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo, s-Slovenja | eżentat | [1] ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 1. [2] ĠU L 348, tat-18.12.1997, p. 2. --------------------------------------------------