32000R2555



Official Journal L 292 , 21/11/2000 P. 0018 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2555/2000

ta’ l-20 ta’ Novermbru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2461/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ l-użu ta’ art mwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manufattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament intenzjonati għall-konsum tal-bnedmin jew ta’ l-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jwaqqaf sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ li tinħarat [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1672/2000 [2], u partikolarment Artikolu 9 ta’ dan,

Billi:

(1) Is-settur tal-kittien u tal-qanneb riċentament ġie riformat. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb mkabbar għall-fibra [3], jipprovdi għajnuna għall-iproċessar tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb. Dawn iż-żewġ prodotti, intenzjonati għall-produzzjoni tal-fibra, ġew miżjuda wkoll mas-sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ u huma għalhekk eliġibbli għall-għajnuna skond id-daqs.

(2) Taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 [4], emendat mir-Regolament (KE) Nru 827/2000 [5], il-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kittien u tal-qanneb fuq art imwarrba hija possibbli sakemm dik iż-żerriegħa tkun intenzjonata għal xi użu apparti minn dak tat-tessuti. Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament jistipola li l-materja prima elenkata f’Anness I mhix eliġibbli għal ebda għajnuna oħra, partikolarment taħt skemi ta’ intervenzjoni intenzjonati biex jistabilizzaw swieq agrikoli. Fil-każ tal-qanneb, il-varjetajiet użati biex isir il-fibra huma l-istess bħal dawk użati għal skopijiet oħra, li tista’ toħloq problema waqt kontrolli immirati biex jivverifikaw jekk kienx hemm osservanza ta’ Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999. Din m’hijiex problema fil-każ tal-kittien għaliex il-varjetajiet huma differenti. F’dawn iċ-ċirkostanzi iż-żerriegħa tal-qanneb għandha tiġi mħassra mill-lista ta’ materja prima li tista’ titkabbar fuq art mwarrba.

(3) Barra dan, l-iskema l-ġdida għall-kittien tikkonċerna kittien intenzjonat għall-produzzjoni ta’ fibra, li huwa kunċett iktar wiesgħa mill-espressjoni "kittien għall-użu fit-tessuti" użata qabel fir-Regolament (KE) Nru 2461/1999. It-terminoloġija wżata f’Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 għandha għalhekk tiġi addattata.

(4) Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 jistipula li l-materja prima kif elenkati f’Anness II tista’ tiġi mkabbra fuq art imwarrba apposta bil-kondizzjoni li dawn ikunu intenzjonati għal użu fil-manufattura tal-prodotti finali elenkati f’Anness III.

(5) Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 jipprovdi għall-possibiltà li jitkabbru pjanti perenni bħall-Miscanthus sinensis fuq art imwarrba apposta. Informazzjoni ġdida tindika li l-pjanta tista’, wara li tkun ġiet imqatta’ f’biċċiet żgħar, tintuża bħala skart għaż-żwiemel jew għat-tnixxif jew tindif ta’ pjanti, li huwa użu mhux relatat ma’ l-ikel li jissodisfa l-oġġettiv tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999.

(6) Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jintroduċi dak l-użu l-ġdid għall-Miscanthus sinensis.

(7) Il-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 huwa emendat kif ġej:

1. F’Anness I, id-deskrizzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM

ex12040090

hija mibdula b’dan li ġej:

"‘qabel 1204 00 90 | Żerriegħa tal-kittien għajr għaż-żriegħ maħsuba għal użi barra milli għall-produzzjoni għall-fibri" |

2. F’Anness I, il-kodiċi NM li ġejja hija mħassra:

"‘qabel 1207 99 91 | Żerriegħa tal-qanneb għajr għaż-żriegħ u msemmija fl-Anness B mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1164/89, maħsuba għal utilitajiet oħra barra milli għat-tessili’;" |

3. F’Anness III, id-daħla li ġejja hija inkluża wara l-11 il-inċiż:

"— Miscanthus sinensis li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 06029051, mqatta’, intenzjonat bħala skart għaż-żwiemel, addittivi biex jittejjeb il-kompost u rimi għat-tnixxif u għat-tindif ta’ pjanti,".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 13.

[3] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

[4] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, p. 16.

[5] ĠU L 101, tas-26.4.2000, p. 21.

--------------------------------------------------