32000R2085



Official Journal L 248 , 03/10/2000 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2085/2000

tal-20 ta' Ottubru 2000

dwar l-awtorizzazzjoni għat-trasferimenti bejn il-limiti kwantitattivi tat-tessuti u tal-prodotti tal-ħwejjeġ tal-lbies li joriġinaw fir-Repubblika ta' l-Indja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti mill-pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1987/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Memorandum ta' Fehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar l-arranġamenti fiż-żona ta' l-aċċess għas-swieq tal-prodotti tat-tessuti, inizjalat fil-31 ta' Diċembru 1994 [3] (il-Memorandum ta' FTehim) jipprovdi illi għandha tingħata konsiderazzjoni favorevoli lil ċerti talbiet mill-Indija rigward "flessibbiltà eċċezzjonali".

(2) Ir-Repubblika ta' l-Indja għamlet talba fit-28 ta' Jannar 2000.

(3) It-trasferimenti mitluba mir-Repubblika ta' l-Indja jidħlu fil-limiti tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà riferiti fl-Artikolu 7 u ddikjarati fl-Anness VIII tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93.

(4) Skond il-paragrafu 2 tal-Memorandu ta' Fehim, fl-1 ta' Diċembru 1999 l-Indja għamlet notifika lill-WTO sabiex torbot id-dazji tad-dwana mal-linji tat-tariffi miftiehma fil-Memorandum ta' Fehim.

(5) In-notifika mill-Indja mhux konsistenti għal kollox mal-Memorandum tal-Fehim. Madankollu, konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet wasslu għal kjarifiki reċiproċi. Huwa għalhekk approprjat li t-talba tiġi konċessa b'mod parzjali u li l-bqija tal-flessibbiltajiet eċċezzjonali tiġi rrilaxxjata hekk kif l-Indja temenda n-notifika lill-WTO għal dawk il-linji tat-tariffi li għalihom l-Indja annunzjat illi trid iddaħħal id-dazji massimi tad-dwana.

(6) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tat-Tessuti pprovvdut fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-trasferimenti bejn il-limiti kantitattivi għall-oġġetti tat-tessuti li joriġinaw fir-Repubblika ta' l-Indja għas-sena ta' kwoti 2000 huma awtorizzati kif iddettaljat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1.

[2] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 34.

[3] ĠU L 153, tas-27.6.1996, p. 53.

--------------------------------------------------

ANNESS

- Il Kategorija 1: | it trasferiment ta' 87500 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 23. |

- Il Kategorija 4: | it trasferiment ta' 875000 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 15. |

- Il Kategorija 5: | it trasferiment ta' 218750 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 15. |

- Il Kategorija 6: | it trasferiment ta' 1093750 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 29. |

- Il Kategorija 20: | it trasferiment ta' 131250 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 23. |

- Il Kategorija 26: | it trasferiment ta' 1093750 kilogramma mill limiti kwantitattivi tal kategorija 15, 24 u 27. |

--------------------------------------------------