32000R2032



Official Journal L 243 , 28/09/2000 P. 0014 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000

tas-27 ta' Settembru 2000

dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u ta' territorji għall-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995 dwar il-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi li mhumiex membri [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 374/95 [2],

Billi:

(1) Bi qbil ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament imsemmi, l-introduzzjoni tan-nomenklatura ta' pajjiżi u ta' territorji huwa r-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

(2) Il-verżjoni tagħha valida fl-1 ta' Jannar 2000, ġiet stabbilita fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/1999 [3].

(3) Il-kodifikazzjoni alfabetika ta' pajjiżi u ta' territorji hija bbażata fuq l-istandard ta' l-ISO alpha 2 fis-seħħ sakemm ikun kompatibbli mal-ħtiġiet tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Barra minn hekk, ikun aħjar li jkun hemm perjodu ta' transizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri jaddattaw lilhom infushom għall-emendi magħmula. Huwa essenzjali għal għanijiet ta' simplifikazzjoni li dan il-perjodu ta' transizzjoni jintemm meta jidħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet li jirrevedu r-regoli dwar id-Dokument Uniku Amministrattiv.

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistka dwar il-Kummerċ ta' Oġġetti ma' Pajjiżi li Mhumiex Membri,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-verżjoni valida nhar l-1 ta' Jannar 2001 dwar in-nomenklatura ta' pajjiżi u ta' territorji għall-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri hija stabbilita fl-Anness hawn miġjub.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 2001.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-kodiċi bi tliet ċifri numeriċi murija wkoll fl-Anness ma' dan ir-Regolament, sakemm jidħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet li jirrevedu l-Annessi 37 u 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

[2] ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6.

[3] ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 46.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

IN-NOMENKLATURA TA' PAJJIŻI U TA' TERRITORJI GĦALL-ISTATISTIKA TAL-KUMMERĊ BARRANI TAL-KOMUNITÀ U GĦALL-ISTATISTIKA TAL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(Verżjoni valida b'effett mill-1 ta' Jannar 2001)

AD | (043) | L-Andorra | |

AE | (647) | L-Emirati Għarab Magħquda | Abu Dhabi, Dubai, Sharjah, Ajman, Umm al Qaiwair Ras, al Kahimah u Fujairah |

AF | (660) | L-Afganistan | |

AG | (459) | L-Antigwa u Barbuda | |

AI | (446) | L-Angwilla | |

AL | (070) | L-Albanija | |

AM | (077) | L-Armenja | |

AN | (478) | L-Antilles tal-Pajjiżi Baxxi | Curaçao, Bonaire, St Eustatius, Saba u l-parti ta' isfel ta' St Martin |

AO | (330) | L-Angola | Li tinkludi il-Kabinda |

AQ | (891) | L-Antartika | It-territorju nofsinhar tal-latitudini 60o nofsinhar; li ma jinkludix it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar (TF), il-Gżira Bouvet (BV), in-nofsinhar tal-Ġeorġja u l-parti ta' isfel tal-Gżira Sandwich (GS) |

AR | (528) | L-Arġentina | |

AS | (830) | Is-Samoa Amerikana | |

AT | (038) | L-Awstrija | |

AU | (800) | L-Awstralja | |

AW | (474) | L-Aruba | |

AZ | (078) | L-Ażerbajġan | |

BA | (093) | Il-Bosnia Ħerzegovina | |

BB | (469) | Barbados | |

BD | (666) | Il-Bangladexx | |

BE | (017) | Il-Belġju | |

BF | (236) | Il-Burkina Faso | |

BG | (068) | Il-Bulgarija | |

BH | (640) | Il-Bahrajn | |

BI | (328) | Il-Burundi | |

BJ | (284) | Il-Benin | |

BM | (413) | Il-Bermuda | |

BN | (703) | Il-Brunej Darussalam | Spiss issir riferenza għalih bħala Il-Brunej |

BO | (516) | Il-Bolivja | |

BR | (508) | Il-Brażil | |

BS | (453) | Il-Baħamas | |

BT | (675) | Il-Bhutan | |

BV | (892) | Il-Bouvet Island | |

BW | (391) | Il-Botswana | |

BY | (073) | Il-Belarus | Spiss issir riferenza għaliha bħala l-Belarussja |

BZ | (421) | Il-Beliże | |

CA | (404) | Il-Kanada | |

CC | (833) | Il-Gżejjer Cocos (jew il- Gżejjer Keeling) | |

CD | (322) | Il-Kongo (Ir-Repubblika Demokratika ta') | Preċedentement iż-Żaire |

CF | (306) | Ir-Repubblika Affrikana Ċentrali | |

CG | (318) | Il-Kongo | |

CH | (039) | L-Isvizzera | Li tinkludi it-territorju Ġermaniż ta' Büsingen u l-muniċipalità ta' Campione d'Italia |

CI | (272) | Côte d'Ivoire | Spiss issir riferenza għaliha bħala Il-Kosta ta' l-Avorju |

CK | (837) | Il-Gżejjer Cook | |

CL | (512) | Iċ-Ċile | |

CM | (302) | Il-Kamerun | |

CN | (720) | Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | Spiss issir riferenza għaliha bħala Iċ-Ċina |

CO | (480) | Il-Kolombja | |

CR | (436) | Il-Kosta Rika | |

CU | (448) | Kuba | |

CV | (247) | Kap-Verde | |

CX | (834) | Il-Gżejjer Christmas | |

CY | (600) | Ċipru | |

CZ | (061) | Ir-Repubblika Ċeka | |

DE | (004) | Il-Ġermanja | Li tinkludi l-gżira ta' Heligoland; li teskludi t-territorju ta' Büsingen |

DJ | (338) | Ġibuti | |

DK | (008) | Id-Danimarka | |

DM | (460) | Id-Dominika | |

DO | (456) | Ir-Repubblika Dominikana | |

DZ | (208) | L-Alġerija | |

EC | (500) | L-Ekwador | Li jinkludi l-Gżejjer Galápagos |

EE | (053) | L-Estonja | |

EG | (220) | L-Eġittu | |

ER | (336) | L-Eritreja | |

ES | (011) | Spanja | Li tinkludi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji; li teskludi Ceuta u Melilla |

ET | (334) | L-Etjopja | |

FI | (032) | Il-Finlandja | Li tinkludi l-Gżejjer Åland |

FJ | (815) | Fiġi | |

FK | (529) | Il-Gżejjer Falkland | |

FM | (823) | Il-Mikroneżja (L-Istati Federali ta') | Yap, Chuuk, Pohnpei u Kosrae |

FO | (041) | Il-Gżejjer Faroe | |

FR | (001) | Franza | Li tinkludi Monaco u d-dipartimenti barranin Franċiżi ta' (Reunión, Guadeloupe, Martinique u l-Gujana Franċiża) |

GA | (314) | Il-Gabon | |

GB | (006) | Ir-Renju Unit | Il-Gran Brittannja, l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man |

GD | (473) | Il-Grenada | Li tinkludi Il-Grenadini ta' Isfel |

GE | (076) | Il-Ġeorġja | |

GH | (276) | Il-Gana | |

GI | (044) | Ġibiltà | |

GL | (406) | Greenland | |

GM | (252) | Il-Gambja | |

GN | (260) | Il-Ginea | |

GQ | (310) | Il-Ginea Ekwatorjali | |

GR | (009) | Il-Greċja | |

GS | (893) | Il-Ġeorġja ta' Isfel u l-Gżejjer Sandwich ta' Isfel | |

GT | (416) | Il-Gwatemala | |

GU | (831) | Il-Gwam | |

GW | (257) | Il-Gineja-Bissau | |

GY | (488) | Gujana | |

HK | (740) | Hong Kong | Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |

HM | (835) | Il-Gżira Heard u l-Gżejjer McDonald | |

HN | (424) | Il-Ħonduras | Li jinkludi l-Gżejjer Swan |

HR | (092) | Il-Kroazja | |

HT | (452) | Il-Ħaiti | |

HU | (064) | L-Ungerija | |

ID | (700) | L-Indoneżja | |

IE | (007) | L-Irlanda | |

IL | (624) | L-Iżrael | |

IN | (664) | L-Indja | |

IO | (357) | It-Territorju ta' l-Oċejan Brittanniku Indjan | L-Arċipelagu Ċagos |

IQ | (612) | L-Iraq | |

IR | (616) | L-Iran (Ir-Repubblika Islamika ta') | |

IS | (024) | L-Islanda | |

IT | (005) | L-Italja | Li tinkludi Livigno; li teskludi l-muniċipalità ta' Campione d'Italia |

JM | (464) | Il-Ġamajka | |

JO | (628) | Il-Ġordan | |

JP | (732) | Il-Ġappun | |

KE | (346) | Il-Kenja | |

KG | (083) | Il-Kirgiżtan | |

KH | (696) | Il-Kambodja | |

KI | (812) | Il-Kiribati | |

KM | (375) | Il-Komoros | Il-Grande Comore, Anjouan u Mohéli |

KN | (449) | St Kitts u Nevis | |

KP | (724) | Il-Korea (Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-) | Spiss issir riferenza għaliha bħala il-Korea ta' Fuq |

KR | (728) | Korea (Ir-Repubblika ta') | Spiss issir riferenza għaliha bħala il-Korea ta' Isfel |

KW | (636) | Il-Kuwajt | |

KY | (463) | Il-Gżejjer Cayman | |

KZ | (079) | Il-Każakistan | |

LA | (684) | Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Lao | Spiss issir riferenza għaliha bħala il-Laos |

LB | (604) | Il-Libanu | |

LC | (465) | St Luċija | |

LI | (037) | Il-Liechtenstein | |

LK | (669) | Is-Sri Lanka | |

LR | (268) | Il-Liberja | |

LS | (395) | Il-Lesoto | |

LT | (055) | Il-Litwanja | |

LU | (018) | Il-Lussemburgu | |

LV | (054) | Il-Latvja | |

LY | (216) | Il-Ġamaħiriya Għarbija Libjana | Spiss issir riferenza għaliha bħala il-Libja |

MA | (204) | Il-Marokk | |

MD | (074) | Il-Moldova (Ir-Repubblika ta') | |

MG | (370) | Il-Madagaskar | |

MH | (824) | Il-Gżejjer Marshall | |

MK | (096) | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja | |

ML | (232) | Il-Mali | |

MM | (676) | Il-Mjanmar | Spiss issir riferenza għaliha bħala Burma |

MN | (716) | Il-Mongolja | |

MO | (743) | Il-Makaw | Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |

MP | (820) | Il-Gżejjer Northern Mariana | |

MR | (228) | Il-Mawritanja | |

MS | (470) | Montserrat | |

MT | (046) | Malta | Li tinkludi Għawdex u Kemmuna |

MU | (373) | Il-Mawrizju | Il-Mawrizju, il-Gżira Rodrigues, il-Gżira Agalega u Cargados Carajos Shoals (il-Gżejjer St. Brandon) |

MV | (667) | Il-Maldive | |

MW | (386) | Il-Malawi | |

MX | (412) | Il-Messiku | |

MY | (701) | Il-Malasja | Il-Malasja Peninsulari u l-Malasja tal-Lvant (Sarawak, Sabah u Labuan) |

MZ | (366) | Il-Możambik | |

NA | (389) | In-Namibja | |

NC | (809) | New Caledonia | Li tinkludi l-Gżejjer Loyalty (Maré, Lifou u Ouvéa) |

NE | (240) | In-Niġer | |

NF | (836) | Il-Gżira Norfolk | |

NG | (288) | In-Niġerja | |

NI | (432) | In-Nikaragwa | Li tinkludi l-Gżejjer Corn |

NL | (003) | Il-Pajjiżi l-Baxxi | |

NO | (028) | In-Norveġja | Li tinkludi l-Arċipelagu Svålbard u l-Gżira Jan Mayen |

NP | (672) | In-Nepal | |

NR | (803) | In-Nawru | |

NU | (838) | Il-Gżira Niue | |

NZ | (804) | In-New Zealand | Li teskludi Ross Dependency (Antartika) |

OM | (649) | L-Oman | |

PA | (442) | Il-Panama | Li tinkludi l-ex Canal Zone |

PE | (504) | Il-Peru | |

PF | (822) | Il-Polineżja Franċiża | Il-Gżejjer Marquesas, il-Gżejjer Society (li jinkludu t-Tahiti), il-Gżejjer Tuamotu, il-Gżejjer Gambier u l-Gżejjer Austral. Kif ukoll il-Gżira Clipperton |

PG | (801) | Il-Papwa Ginea Ġdida | Il-parti tal-lvant tal-Ginea Ġdida; l-Arċipelagu Bismarck (li jinkludi New Britain, New Ireland, Lavongai (New Hanover) u l-Gżejjer Admiralty); il-Gżejjer Northern Solomon (Bougainville u Buka); il-Gżejjer Trobriand, il-Gżira Woodlark; il-Gżejjer d'Entrecasteaux u l-Arċipelagu Louisiade |

PH | (708) | Il-Filippini | |

PK | (662) | Il-Pakistan | |

PL | (060) | Il-Polonja | |

PM | (408) | St Pierre u Miquelon | |

PN | (813) | Pitcairn | Li tinkludi Henderson, Ducie u il-Gżejjer Oeno |

PS | (625) | It-Territorju Okkupat Palestinjan | Ix-Xatt tal-Punent (li jinkludi l-Ġerusalemm tal-Lvant) u l-Istrippa ta' Gaża |

PT | (010) | Il-Portugall | Li tinkludi l-Ażores u Madejra |

PW | (825) | Il-Palaw | |

PY | (520) | Il-Paragwaj | |

QA | (644) | Il-Qatar | |

RO | (066) | Ir-Romanija | |

RU | (075) | Il-Federazzjoni Russa | Spiss issir riferenza għaliha bħala r-Russja |

RW | (324) | Ir-Rwanda | |

SA | (632) | L-Għarabja Sawdija | |

SB | (806) | Il-Gżejjer Solomon | |

SC | (355) | Is-Seychelles | Il-Gżira Mahé, il-Gżira Praslin, La Digue, Frégate u Silhouette; il-Gżejjer Amirante (li jinkludu Desroches, Alphonse, Platte uCoëtivy); il-Gżejjer Farquhar (li jinkludu Providence); il-Gżejjer Aldabra u il-Gżejjer Cosmoledo |

SD | (224) | Is-Sudan | |

SE | (030) | L-Isvezja | |

SG | (706) | Singapor | |

SH | (329) | Santa Helena | Li tinkludi l-Gżira Ascension u l-Gżejjer Tristan da Cunha |

SI | (091) | L-Islovenja | |

SK | (063) | L-Islovakja | |

SL | (264) | Sierra Leone | |

SM | (047) | San Marino | |

SN | (248) | Is-Senegal | |

SO | (342) | Is-Somalja | |

SR | (492) | Is-Surinam | |

ST | (311) | Is-Sao Tome u Principe | |

SV | (428) | El Salvador | |

SY | (608) | Ir-Repubblika Għarbija Sirjana | Spiss issir riferenza għaliha bħala is-Sirja |

SZ | (393) | Is-Sważiland | |

TC | (454) | Il-Gżejjer Turks u Caicos | |

TD | (244) | Iċ-Ċad | |

TF | (894) | It-Territorji Franċiżi ta' Isfel | Li jinkludu l-Gżejjer Kerguélen, il-Gżira Amsterdam, il-Gżira Saint-Paul, l-Arċipelagu Crozet |

TG | (280) | It-Togo | |

TH | (680) | It-Tajlandja | |

TJ | (082) | Tajikistan | |

TK | (839) | Il-Gżejjer Tokelau | |

TM | (080) | It-Turkmenistan | |

TN | (212) | It-Tuniżija | |

TO | (817) | Tonga | |

TP | (626) | Timor tal-Lvant | |

TR | (052) | It-Turkija | |

TT | (472) | Trinidad u Tobago | |

TV | (807) | Tuvalu | |

TW | (736) | Tajwan | It-territorju tad-dwana separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu |

TZ | (352) | It-Tanżanija (Ir-Repubblika Unita ta') | Tanganyika, il-Gżira Zanzibar u Pemba |

UA | (072) | L-Ukraina | |

UG | (350) | L-Uganda | |

UM | (832) | United States Minor outlying islands | Li jinkludu l-Gżira Baker, l-Gżira Howland, l-Gżira Jarvis, Johnston Atoll, Kingman Reef, l-Gżejjer Midway, l-Gżira Navassa, il-Gżira Palmyra Atoll u Wake |

US | (400) | L-Istati Uniti | Li jinkludu il-Puerto Rico |

UY | (524) | L-Urugwaj | |

UZ | (081) | L-Uzbekistan | |

VA | (045) | Is-Santa Sede | Spiss issir referenza għalih bħala l-Istat tal-Belt tal-Vatikan |

VC | (467) | St Vincent u l-Grenadini ta' Fuq | |

VE | (484) | Il-Venezwela | |

VG | (468) | Il-Gżejjer Virġini (Brittanniċi) | |

VI | (457) | Il-Gżejjer Virġini (USA) | |

VN | (690) | Il-Vjetnam | |

VU | (816) | Vanwatu | |

WF | (811) | Wallis u Fortuna | |

WS | (819) | Is-Samoa | Qabel magħrufa bħala s-Samoa tal-Punent |

XC | (021) | Ceuta | |

XL | (023) | Melilla | Li tinkludi Peñón de Vélez de la Gomera, Peñón de Alhucemas u l-Gżejjer Chafarinas. |

YE | (653) | Jemen | Qabel il-Jemen ta' Fuq u il-Jemen ta' Isfel |

YT | (377) | Mayotte | Grande-Terre u Pamandzi |

YU | (094) | Il-Jugoslavja | Is-Serbja u l-Montenegro |

ZA | (388) | L-Affrika ta' Isfel | |

ZM | (378) | Iż-Żambja | |

ZW | (382) | Iż-Żimbabwe | |

MIXXELLANJI

QQ | (950) | Ħażniet u provvisti | Intestatura mhux obbligatorja |

jew | | | |

QR | (951) | Ħażniet u provvisti fi ħdan il-qafas kummerċjali ta' ġewwa l-Komunità | Intestatura mhux obbligatorja |

QS | (952) | Ħażniet u provvisti fi ħdan il-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi | Intestatura mhux obbligatorja |

QU | (958) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati | Intestatura mhux obbligatorja |

jew | | | |

QV | (959) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fil-qafas tal-kummerċ ta' ġewwa l-Komunità | Intestatura mhux obbligatorja |

QW | (960) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati fi ħdan il-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi | Intestatura mhux obbligatorja |

QX | (977) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari | Intestatura mhux obbligatorja |

jew | | | |

QY | (978) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ ta' ġewwa l-Komunità | Intestatura mhux obbligatorja |

QZ | (979) | Pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi | Intestatura mhux obbligatorja |

--------------------------------------------------