32000R1685



Official Journal L 193 , 29/07/2000 P. 0039 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000

tat-28 ta’ Lulju 2000

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eliġibbilità ta’ l-infiq ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 30(3) u 53(2) dwar dan,

Wara li kkunsultat lill-Kumitat kif previst fl-Artikolu 147 tat-Trattat, il-Kumitat dwar Strutturi Agrikoli u Żvilupp Rurali u l-Kumitat dwar Strutturi għas-Sajd u l-Akwakultura,

Billi:

(1) L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar għajnuna għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [2] jispeċifika li miżuri ta’ żvilupp rurali li huma integrati fil-miżuri li jinkoraġixxu l-iżvilupp u aġġustament strutturali ta’ reġjuni li l-iżvilupp tagħhom ikun għadu lura (Objettiv 1) jew li jakkompanjaw il-miżuri li jappoġġjaw l-konverżjoni ekonomika u soċjali ta’ nħawi li jkunu milquta minn diffikultajiet strutturali (Objettiv 2) fir-reġjuni konċernati, għandhom jikkunsidraw il-miri speċifiċi ta’ appoġġ tal-Komunità taħt il-Fondi Strutturali skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999. L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jispeċifika l-ħidma li tista’ tkun milquta mill-għajnuna għal żvilupp rurali.

(2) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1783/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-Fond ta’ Żvilupp Reġjonali Ewropew [3] jispeċifika t-tip ta’ ħidma li l-ERDF jista’ jgħin jiffinanza.

(3) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1784/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-Fond Soċjali Ewropew [4], jispeċifika t-tip ta’ ħidma li l-ESF jista’ jgħin jiffinanzja.

(4) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1263/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-Istrument Finanzjarju għal Gwida tas-Sajd [5] jispeċifika t-tip ta’ operat li l-FIFG jista’ jgħin jiffinanza. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 [6] jistabbilixxi r-regoli u arranġamenti ddettaljati li għandhom x’jaqsmu ma’ għajnuna strutturali tal-Komunità fis-settur tas-sajd.

5) L-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jipprovdi li regoli dwar infieq eliġibbli għandhom ikunu r-regoli nazzjonali relevanti kemm-il darba l-Kummissjoni ma tqisx li jkun neċessarju li tadotta regoli fuq livell tal-Komunità; għal ċertu tip ta’ ħidmiet il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ sabiex tiggarantixxi l-implimentazzjoni uniformi u imparzjali tal-Fondi Strutturali madwar il-Komunità li tadotta sett komuni ta’ regoli dwar infiq eliġibbli. L-adozzjoni ta’ kull regola li għandha x’taqsam ma’ tip partikolari ta’ ħidma ma tippredetterminax taħt liema mill-Fondi msemmija fuq, din il-ħidma tista’ tkun kofinanzjata. L-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli m’għandhiex iżżomm Stati Membri, f’ċerti każijiet li għandhom ikunu indikati, milli japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti. Ir-regoli għandhom japplikaw għal kull infiq maħruġ bejn id-dati stabbiliti fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

(6) L-Artikolu 36(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jipprovdi li r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni dwar dan japplikaw, ħlief kif previst b’mod ieħor taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, għal miżuri ta’ żvilupp rurali f’inħawi koperti b’Objettiv 2 iffinanzjati mill-EAGGF (Taqsima tal-Garanzija). Għalhekk, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament preżenti japplikaw għal dawn il-miżuri li jiffurmaw parti mill-programmi għal reġjuni ta’ Objettiv 2 ħlief jekk ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/1999 [7] li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 ma jipprovdux mod ieħor.

(7) L-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat japplikaw għal ħidma kofinanzjata mill-Fondi Strutturali. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova kull għajnuna ma tistax tippredettermina kull stima f’dak li għandu x’jaqsam ma’ regoli ta’ għajnuna ta’ l-Istat u ma tħollx lill-Istat Membru mill-obbligi tiegħu taħt dawk l-Artikoli.

(8) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u Konverzjoni ta’ Reġjuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-regoli li jinsabu fl-Anness ta’ dan ir-Regolament japplikaw sabiex jiġi stabbilit l-eliġibilità ta’ l-infiq fil-forom ta’ għajnuna kif imfisser fl-Artikolu 9(e) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Michaele Schreyer

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[3] ĠU L 213, tat-13.8.1999, p. 1.

[4] ĠU L 213, tat-13.8.1999, p. 5.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 54.

[6] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[7] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

REGOLI TA’ ELIĠIBILITÀ

Ir-Regola Nru 1: infiq realment magħmul

1. ĦLASIJIET MINN BENEFIĊJARJI FINALI

1.1. Ħlasijiet magħmula minn benefiċjarji finali skond it-tifsira tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (minn hawn ’l quddiem "ir-Regolament Ġenerali") għandhom ikunu fil-forma ta’ flus kontanti bla ħsara għall-eċċezzjonijiet indikati f’punt 1.4.

1.2. Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat u għajnuna mogħtija minn organizazzjonijiet maħtura minn Stati Membri, "ħlasijiet minn benefiċjarji finali" tfisser għajnuna mħallsa lil riċevituri individwali minn organizazzjonijiet li jagħtu l-għajnuna. Ħlasijiet ta’ għajnuna minn benefiċjarji finali għandhom ikunu ġustifikati b’referenza għall-kondizzjonijiet u l-għanijiet ta’ l-għajnuna.

1.3. F’każijiet għajr dawk li hemm referenza għalihom f’punt 1.2, "ħlasijiet minn benefiċjarji finali" tfisser ħlasijiet magħmula minn korpi jew ditti pubbliċi jew privati tat-tip imfisser fil-programm sħiħ b’mod konformi mal-Artikolu 18(3)(b) tar-Regolament Ġenerali li jkollu responsabbiltà diretta biex jikkommissjona l-ħidma speċifika.

1.4. Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’punti 1.5 sa 1.7, tnaqqis fil-valur, kontribuzzjonijiet f’oġġetti/servizzi u spejjeż ġenerali jistgħu wkoll jiffurmaw parti mill-ħlasijiet li hemm referenza għalihom f’punt 1.1. Madankollu, il-kofinanzjament tal-Fondi Strutturali ta’ kull ħidma ma għandux jaqbeż in-nefqa totali eleġibbli, eslużi l-kontribuzzjonijiet f’oġġetti/servizzi, fit-tmiem ta’ l-operat.

1.5. L-ispiża ta’ tnaqqis fil-valur ta’ bini jew tagħmir li għalihom ikun hemm konnessjoni diretta ma’ l-għanijiet tal-ħidma tkun nefqa eliġibbli, kemm-il darba:

(a) għotjiet nazzjonali jew tal-Komunità ma jkunux ikkontribew lejn ix-xiri ta’ dan il-bini jew tagħmir;

(b) l-ispiża ta’ tnaqqis fil-valur tkun kalkolata b’mod konformi mar-regoli relevanti dwar iż-żamma ta’ kontijiet; u

(ċ) l-ispiża jkollha x’taqsam esklussivament mal-perjodu ta’ kofinanzjament ta’ l-operat in kwistjoni.

1.6. Kontribuzzjonijiet f’oġġetti/servizzi huma spejjeż eliġibbli kemm-il darba:

(a) ikunu jikkonsistu fl-għoti ta’ art jew bini, tagħmir jew materjal, riċerka jew attività professjonali, jew xogħol volontarju mhux imħallas;

(b) ma jkunux magħmula fir-rigward ta’ miżuri ta’ inġinerija finanzjarja li hemm referenza għalihom f’Regoli 8, 9 u 10;

(ċ) il-valur tagħhom jista’ jkun stmat u awditjat indipendentament;

(d) fil-każ tal-għoti ta’ art jew bini, il-valur ikun iċċertifikat minn stimatur kwalifikat indipendenti jew korp uffiċjali hekk maħtur;

(e) fil-każ ta’ xogħol volontarju mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol ikun stabbilit billi jitqies l-ammont ta’ ħin iddedikat u r-rata normali fis-siegħa u ta’ kuljum għax-xogħol imwettaq;

(f) id-dispożizzjonijiet tar-Regoli 4, 5 u 6 jkunu mħarsa meta applikabbli.

1.7. Spejjeż ġenerali jkunu nfiq eliġibbli kemm-il darba jkunu msejsa fuq spejjeż rejali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-ħidma kofinanzjata mill-Fondi Strutturali u jkunu allokati pro rata għall-ħidma, skond metodu hekk iġġustifikat ġust u imparzjali.

1.8. Id-dispożizzjonijiet ta’ punti 1.4 sa 1.7 huma applikabbli għal riċevituri individwali li hemm referenza għalihom f’punt 1.2 fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat u għajnuna mogħtija mil-korpi maħtura minn Stati Membri.

1.9. Stati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali aktar stretti sabiex jistabbilixxu nfiq eliġibbli taħt punti 1.5 sa 1.7.

2. PROVA TA’ NFIQ

Bħala regola, ħlasijiet minn benefiċjarji finali għandhom ikunu sostenuti b’irċevuti. Meta dan ma jistax isir, ħlasijiet għandhom ikunu sostenuti b’dokumenti ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur probattiv ekwivalenti.

Magħduda ma dan, meta t-twettiq ta’ ħidma ma tkunx suġġett għal kull proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva, ħlasijiet minn benefiċjarji finali għandhom ikunu ġġustifikati b’nefqa realment magħmula (li tinkludi nefqa li għaliha hemm referenza f’punt 1.4) mill-korpi jew ditti pubbliċi jew privati konċernati fl-implimentazzjoni tal-ħidma.

3. SOTTOKUNTRATTAR

3.1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti, nefqa li għandha x’taqsam mas-sottokuntratti segwenti mhix eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali:

(a) sottokuntrattar li jżid ma’ l-ispejjeż tat-twettiq tal-ħidma, mingħajr ma jżidilha valur proporzjonat;

(b) sottokuntratti ma’ intermedjarji jew konsulenti li għalihom il-ħlas ikun stabbilit bħala kull persentaġġ ta’ l-ispiża totali ta’ l-operat kemm-il darba dan il-ħlas ikun iġġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi provduti.

3.2. Għal kull sottokuntratt, sottokuntratturi għandhom jobbligaw rwieħhom li jipprovdu lill-korpi ta’ awditjar u kontroll b’kull informazzjoni neċessarja li għandha x’taqsam ma’ l-attivitajiet sottokuntrattati.

Ir-Regola Nru 2: Trattament taż-żamma tal-kotba ta’ rċevuti

1. "Irċevuti" għall-finijiet ta’ din ir-regola tkopri dħul riċevut minn kull ħidma matul il-perjodu tal-kofinanzjament tagħha jew matul dak il-perjodu itwal sa t-tmiem ta’ l-għajnuna li jista’ jkun stabbilit mill-Istat Membru, minn bejgħ, kiri, servizzi, applikazzjoni/ħlasijiet jew irċevuti oħra ekwivalenti bl-eċċezzjoni ta’:

(a) irċevuti ġġenerati matul il-ħajja ekonomika ta’ l-investimenti kofinanzjati u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Artikolu 29(4) tar-Regolament Ġenerali;

(b) irċevuti ġġenerati fil-qafas ta’ miżuri ta’ inġinerija finanzjarja li hemm referenza għaliha fir-Regoli 8, 9 u 10;

(ċ) kontribuzzjonijiet mis-settur privat għall-kofinanzjament ta’ ħidma, li jidhru ma’ ġenb kontribuzzjonijiet pubbliċi fit-tabelli ta’ finanzjament ta’ l-għajnuna relevanti.

2. Irċevuti taħt punt 1 jirrappreżentaw dħul li jnaqqas l-ammont ta’ kofinanzjament taħt il-Fondi Strutturali li jkun meħtieġ għall-ħidma in kwistjoni. Qabel ma tkun ikkalkulata l-parteċipazzjoni tal-Fondi Strutturali u mhux aktar tard minn meta tintemm l-għajnuna, ikunu mnaqqsa minn-nefqa eliġibbli ta’ l-operat fit-totalità tagħhom jew pro rata, skond jekk kienux iġġenerati totalment jew parzjalment biss mill-ħidma kofinanzjata.

Ir-Regola Nru 3: imposti finanzjarji u mposti oħra u spejjeż legali

1. IMPOSTI FINANZJARJI

Interessi fuq id-dejn (minbarra nfiq fuq sussidji ta’ imgħax sabiex titnaqqas in-nefqa ta’ self għal negozji taħt kull skema ta’ għajnuna ta’ l-Istat approvata), imposti għal transazzjonijiet finanzjarji, kummissjonijiet għal kambju ta’ flus barranin u telf, u spejjeż oħra purament finanzjarji mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali. Madankollu, fil-każ waħdieni ta’ għotjiet globali, imposti ta’ imgħax fuq dejn imħallas mill-bejjien maħtur qabel il-ħlas tal-bilanċ finali tal-għajnuna huma eliġibbli, wara tnaqqis ta’ imgħax ta’ kreditu fuq ħlas bil-quddiem.

2. ĦLASIJIET IMPOSTI MILL-BANK FUQ KONTIJIET

Meta kofinanzjament mill-Fondi Strutturali jeħtieġ il-ftuħ ta’ kull kont jew kontijiet separati għal implimentazzjoni ta’ kull ħidma, l-imposti mill-bank għal ftuħ u amministrazzjoni tal-kontijiet, huma eleġibbli.

3. DRITTIJIET LEGALI GĦAL PARIRI, DRITTIJIET TAN-NUTAR, L-ISPEJJEŻ TA’ KOMPETENZA TEKNIKA JEW FINANZJARJA, U SPEJJEŻ TA’ ŻAMMA TA’ KONTIJIET JEW TA’ VERIFIKAR

Dawn l-ispejjeż huma eleġibbli jekk ikollhom x’jaqsmu b’mod dirett mal-ħidma u jkunu meħtieġa għall-preparazzjoni jew implimentazzjoni tiegħu jew, fil-każ ta’ spejjeż ta’ żamma ta’ kontijiet jew verifikar, jekk ikollhom x’jaqsmu ma’ rekwiżiti ta’ l-awtorità li timmaniġġja.

4. SPEJJEŻ TA’ GARANZIJI PROVDUTI MINN KULL BANK JEW ISTITUZZJONI FINANZJARJA OĦRA

Dawn l-ispejjeż huma eliġibbli sakemm il-garanziji jkunu meħtieġa minn leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità jew fid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni li tapprova l-għajnuna.

5. MULTI, PENALI FINANZJARJI U SPEJJEŻ TA’ KAWŻI FIL-QORTI

Dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli.

Ir-Regola Nru 4: xiri ta’ tagħmir użat

L-ispejjeż ta’ xiri ta’ tagħmir użat huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali taħt it-tliet kondizzjonijiet segwenti mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a) ix-xerrej tat-tagħmir għandu jipprovdi kull dikjarazzjoni li tistqarr l-oriġini tiegħu, u jikkonferma li fl-ebda żmien matul is-seba’ snin ta’ qabel ma kien inxtara bl-għajnuna ta’ għotjiet nazzjonali jew tal-Komunità;

(b) il-prezz tat-tagħmir ma għandux jaqbeż il-valur fis-suq tiegħu u għandu jkun inqas minn kemm jiswa tagħmir ġdid simili; u

(ċ) it-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-ħidma u jkun jikkonforma man-normi u standards applikabbli.

Ir-Regola Nru 5: xiri ta’ art

1. REGOLA ĠENERALI

1.1. L-ispejjeż ta’ xiri ta’ art mhux mibnija għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali taħt it-tliet kondizzjonijiet segwenti mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a) għandu jkun hemm rabta diretta bejn ix-xiri ta’ l-art u l-għanijiet tal-ħidma kofinanzjata;

(b) ħlief fil-każijiet deskritti f’punt 2, l-art mixtrija ma tistax tirrappreżenta aktar minn 10 % ta’ l-ispiża totali eliġibbli tal-ħidma, kemm-il darba ma tkunx stabbilita persentaġġ aktar ogħli fl-għajnuna approvata mill-Kommissjoni,

(ċ) Kull ċertifikat għandu jinkiseb minn kull stimatur kwalifikat indipendenti jew organizzazzjoni uffiċjali hekk awtorizzata li tikkonferma li l-prezz li bih ikun inxtara ma jaqbiżx il-valur fis-suq.

1.2. Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat, l-eliġibilità ta’ xiri ta’ art għandha tkun stmata f’termini ta’ l-iskema ta’ għajnuna fit-totalità tagħha.

2. ĦIDMIET TA’ KONSERVAZZJONI AMBJENTALI

Għal ħidmiet ta’ konservazzjoni ambjentali, kull kondizzjonijiet indikata hawn isfel għandha tkun eżawrita biex l-ispiża tkun eleġibbli:

- ix-xiri jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni pożittiva mill-awtorità li timmaniġġja,

- l-art tkun mogħtija għall-użu maħsub għal kull perjodu stabbilit f’dik id-deċiżjoni,

- l-art ma tkunx għal għanijiet agrikoli ħlief f’każijiet hekk iġġustifikati mill-awtorità li timmaniġġja,

- ix-xiri jkun magħmul minn jew f’isem kull istituzzjoni pubblika jew kull korp regolat mill-liġi pubblika.

Ir-Regola Nru 6: xiri ta’ bini

1. REGOLA ĠENERALI

L-ispiża ta’ xiri ta’ bini, i.e. bini li hu diġa mibni u l-art li fuqha jkun mibni, hi eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali jekk ikun hemm rabta diretta bejn ix-xiri u l-għanijiet tal-ħidma konċernata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 2 mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti.

2. KONDIZZJONIJIET GĦALL-ELIĠIBILITÀ

2.1. Kull ċertifikat għandu jkun miksub minn kull stimatur kwalifikat indipendenti jew minn organizzazzjoni uffiċjali hekk awtorizzata li jistabbilixxi li l-prezz ma jaqbiżx il-valur fis-suq, u jew li jiċċertifika li l-bini jkun konformi mar-regolamenti nazzjonali jew li jispeċifika l-punti li mhumiex f’konformità fejn il-korrezzjoni tagħhom mill-benefiċjarju finali tkun imbassra taħt il-ħidma.

2.2. Il-bini m’għandux ikun irċieva, fi żmien l-aħħar 10 snin, għotja nazzjonali jew tal-Komunità li tista’ toħloq xi duplikazzjoni ta’ għajnuna fil-każ ta’ kofinanzjament tax-xiri mill-Fondi Strutturali.

2.3. Il-bini għandu jkun użat għall-għan u għall-perjodu deċiżi mill-awtorità li timmaniġġja.

2.4. Il-bini għandu jkun użat biss f’konformità ma’ l-għanijiet tal-ħidma. B’mod partikolari, il-bini jista’ jintuża sabiex jakkomoda servizzi ta’ amministrazzjoni pubblika biss fejn tali użu jkun f’konformità ma’ attivitajiet eliġibbli tal-Fond Strutturali konċernat.

Ir-Regola Nru 7: VAT u taxxi u imposti oħra

1. VAT ma tikkostitwix nefqa eliġibbli ħlief meta tkun ġenwinament u definittivament imħallsa mill-benefiċjarju finali, jew riċevitur individwali fi ħdan l-iskemi ta’ għajnuna skond l-Artikolu 87 tat-Trattat u fil-każ ta’ għajnuna mogħtija minn korpi maħtura minn Stati Membri. VAT li tista’ tkun irkuprata, bi kwalunkwe mezz, ma tistax tkun ikkunsidrata eliġibbli, anki jekk ma tkunx fil-fatt irkuprata mill-benefiċjarju finali jew riċevitur individwali.

2. Meta l-benefiċjarju finali jew riċevitur individwali jkun suġġett għal skema ta’ rata bażi taħt Titolu XIV tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar VAT [1], VAT imħallsa hi kkunsidrata rikuperabbli għall-iskopijiet ta’ punt 1.

3. Fl-ebda każ ma jista’ kofinanzjament Komunitarju jaqbeż in-nefqa eliġibbli totali eskluża l-VAT.

4. Taxxi u imposti oħra (b’mod partikolari taxxi diretti u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq pagi u salarji) li ġejjin minn kofinanzjament mill-Fondi Strutturali ma jikkostitwixxux nefqa eliġibbli ħlief fejn ikunu ġenwinament u definittivament imħallsa mill-benefiċjarju finali jew riċevitur individwali.

Ir-Regola Nru 8: fondi għal investiment kapitali f’ishma u self

1. REGOLA ĠENERALI

Il-Fondi Strutturali jistgħu jikko-finanzjaw il-kapital ta’ fondi għal investiment kapitali f’ishma u/jew self jew ta’ fondi f’ishma kapitali ta’ investiment (minn issa ’l quddiem "fondi") taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 2. Għall-finijiet ta’ din ir-Regola, "Fondi għal investiment kapitali f’ishma u self" tfisser mezzi ta’ investiment stabbiliti speċifikament sabiex jipprovdu azzjoni ordinarja jew forom oħra ta’ riskju kapitali, inkluż self, għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kommissjoni 96/280/KE [2]. "Fondi għal investiment f’ishma" tfisser fondi mwaqqfa għal investiment f’bosta fondi għal investiment f’ishma u self. Il-parteċipazzjoni ta’ Fondi Strutturali f’fondi tista’ tkun akkompanjata b’ko-investimenti jew garanziji minn strumenti tal-Komunità oħra ta’ finanzjament.

2. KONDIZZJONIJIET

2.1. Kull pjan ta’ negozju prudenti mill-kofinanzjarji jew sponsors tal-fond li jispeċifika, inter alia, il-mira tas-suq, il-kriterji, termini u kondizzjonijiet ta’ finanzjament, il-budget meħtieġ għall-operat tal-fond, is-sid u sħab kofinanzjarji, il-professjonaliżmu, kompetenza u indipendenza tal-tmexxija, il-liġijiet sekondarji tal-fond, il-ġustifikazzjoni u l-utilizazzjoni maħsuba tal-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali, il-politika ta’ ħruġ ta’ investiment, id-dispożizzjonijiet dwar l-għeluq tal-fond, inkluż l-utilizazzjoni mill-ġdid ta’ dħul attribwit lill-kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali. Il-pjan ta’ negozju għandu jkun evalwat bir-reqqa u l-implimentazzjoni tiegħu sorveljat minn jew taħt ir-responsabbilità ta’ l-awtorità li timmaniġġja.

2.2. Il-fond għandu jkun stabbilit bħala entità legali indipendenti regolata b’patti ta’ ftehim bejn l-azzjonisti jew bħala kull blokk separat ta’ finanzi fi ħdan istituzzjoni finanzjarja eżistenti. Fil-każ ta’ l-aħħar il-fond għandu jkun suġġett għal kull ftehim ta’ implimentazzjoni separat, li jistipula b’mod partikolari ż-żamma ta’ kontijiet separati fejn issir distinzjoni bejn ir-riżorsi l-ġodda investiti fil-fond (inklużi dawk kontribwiti mill-Fondi Strutturali) minn dawk disponibbli inizjalment fl-istituzzjoni. Kull parteċipant fil-fond għandu jagħmel l-kontribuzzjoni tiegħu f’kontanti.

2.3. Il-Kummissjoni ma tistax issir sħab jew azzjonista fil-fond.

2.4. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali għandha tkun soġġetta għal-limiti preskritti fl-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolament Ġenerali.

2.5. Fondi jistgħu jinvestu biss f’SMEs ma’ l-istabbiliment tagħhom, fil-fażijiet bikrija (inkluż kapital għall-bidu) jew waqt tkabbir u f’attivitajiet biss li l-managers tal-fond iqisu li jkunu potenzjalment ekonomikament vijabbli. L-evalwazzjoni tal-vijabilità għandha tqis is-sorsi kollha ta’ dħul ta’ l-intrapriżi in kwistjoni. Fondi m’għandhomx jinvestu f’ditti li jkunu f’diffikultà skond it-tifsira tal-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna ta’ l-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati ditti li jkunu f’diffikultà [3].

2.6. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq ta’ l-investimenti f’ishma jew tas-self. B’mod partikolari qliegħ minn investimenti f’ishma u self (tnaqqas sehem pro-rata ta’ l-ispejjeż tat-tmexxija) jistgħu jkunu allokati b’mod preferenzjali lill-azzjonisti tas-settur privat sal-livell ta’ kumpens preskritt fil-ftehim ta’ l-azzjonisti, u wara dik, għandhom ikunu allokati b’mod proporzjonali bejn l-azzjonisti kollha u l-Fondi Strutturali. Qliegħ għall-fond attribwit għall-kontribuzzjonijiet tal-Fondi Strutturali għandu jerġa’ jkun użat għal attivitajiet ta’ żvilupp ta’ SME fl-istess qasam eliġibbli.

2.7. L-ispejjeż tal-tmexxija ma jistgħux jaqbżu 5 % tal-kapital imħallas fuq medja ta’ sena għat-tul ta’ l-għajnuna sakemm, wara sejħa għall-offerti kompetittiva, ma jkunx hemm bżonn ta’ persentaġġ ogħla.

2.8. Fiż-żmien tat-tmiem ta’ l-operat, l-ispiża eliġibbli tal-fond (il-benefiċjarju finali) għandha tkun il-kapital tal-fond li kien ġie investit jew misluf lil SMEs, inkluż l-ispejjeż tat-tmexxija li nħarġu.

2.9. Kontribuzzjonijiet għal fondi minn Fondi Strutturali u sorsi pubbliċi oħra, kif ukoll l-investimenti magħmula minn fondi f’SMEs individwali, huma soġġetti għar-regoli dwar għajnuna ta’ l-Istat.

3. RAKKOMANDAZZJONIJIET

3.1. Il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istandards ta’ prattika tajba stabbiliti f’punti 3.2 sa 3.6 għal fondi li għalihom jikkontribwixxu l-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni se tħares lejn konformità ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet bħala element posittiv meta teżamina il-kompatibilità tal-fond mar-regoli dwar għajnuna ta’ l-Istat. Ir-rakkomandazzjonijiet ma jorbtux għall-finijiet ta’ l-eliġibilità ta’ nfiq.

3.2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tas-settur privat għandha tkun sostanzjali, u fuq it-30 %.

3.3. Fondi għandhom ikunu kbar biżżejjed u jkopru popolazzjoni fil-mira mifruxa biżżejjed sabiex jiżguraw li l-operat tagħhom ikun potenzjalment ekonomikament vijabbli, bi skala ta’ żmien għal investimenti kompatibbli mal-perjodu tal-parteċipazzjoni tal-Fondi Strutturali, u li jiffokaw fuq oqsma fejn hemm nuqqasijiet fis-suq.

3.4. Iż-żminijiet ta’ ħlas ta’ kapital fil-fond għandu jkun l-istess għall-Fondi Strutturali u għall-azzjonisti, u pro rata għall-interessi f’ishma li tkun saret applikazzjoni għalihom.

3.5. Fondi għandhom ikunu mmaniġjati minn timijiet professjonali indipendenti b’esperjenza fin-negozju biżżejjed sabiex juru l-kapaċità u kredibilità neċessarja sabiex jimmaniġjaw fond għal investiment f’ishma. Timijiet tat-tmexxija għandhom ikunu magħżula fuq il-bażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva, filwaqt li jingħata każ tal-livell ta’ ħlasijiet mistennija.

3.6. Fondi m’għandhomx normalment jakkwistaw interessi f’ishma ta’ maġġoranza f’ditti u għandhom jaħdmu sabiex jilħqu l-għan li jwettqu l-investimenti kollha matul il-ħajja tal-fond.

Ir-Regola Nru 9: fondi ta’ garanzija

1. REGOLA ĠENERALI

Il-Fondi Strutturali jistgħu jikkofinanzjaw il-kapital ta’ fondi ta’ garanzija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 2. Għall-għanijiet ta’ din ir-Regola, "Fondi ta’ Garanzija" tfisser strumenti ta’ finanzjament li jiggarantixxu fondi għal investiment f’ishma u self skond t-tifsira ta’ Regola Nru 8 u skemi ta’ finanzjament ta’ riskju għal SME (inkluż self) kontra telf li jkun ġej mill-investimenti tagħhom f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-rakkomandazzjoni 96/280/KE. Il-fondi jistgħu jkunu fondi komuni appoġġjati pubblikament li jkunu saru applikazzjonjiet għalihom minn SME, fondi mmexxija b’mod kummerċjali ma’ sħab mis-settur privat, jew fondi iffinanzjati kollha kemm huma b’mod pubbliku. Il-parteċipazzjoni ta’ Fondi Strutturali f’fondi tista’ tkun akkumpanjata b’garanziji parzjali pprovduti minn strumenti oħra ta’ finanzjament Komunitarju.

2. KONDIZZJONIJIET

2.1. Kull pjan ta’ negozju prudenti għandu jiġi sottomess mill-kofinanzjaturi jew sponsors tal-fond bl-istess mod bħal ma għandu jsir għal fondi għal investiment f’ishma (Regola Nru 8), mutatis mutandis, u li jispeċifika l-portfolio tal-garanzija fil-mira. Il-pjan ta’ negozju għandu jkun evalwat bir-reqqa u l-implimentazzjoni tiegħu ssorveljat minn jew taħt ir-responsabbilità ta’ l-awtorità li timmaniġġja.

2.2. Il-fond għandu jkun stabbilit bħala entità legali indipendenti regolata bi ftehim bejn l-azzjonisti jew bħala blokk separat ta’ finanzi fi ħdan istituzzjoni finanzjarja eżistenti. Fil-każ ta’ l-aħħar il-"fond" għandu jkun bla ħsara għal ftehim ta’ implimentazzjoni separat, li jistipula b’mod partikolari ż-żamma ta’ kontijiet separati fejn issir distinzjoni bejn ir-riżorsi l-ġodda investiti fil-fond (inklużi dawk ikkontribwiti mill-Fondi Strutturali) minn dawk disponibbli fil-bidu fl-istituzzjoni.

2.3. Il-Kummissjoni ma tistax issir sħab jew azzjonista fil-fond.

2.4. Fondi jistgħu jiggarantixxu biss investimenti f’attivitajiet li jkunu meqjusa potenzjalment ekonomikament vijabbli. Fondi m’għandhomx jipprovdu garanziji għal ditti li jkunu f’diffikultà skond it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna ta’ l-Istat biex jiġu salvati u rristrutturati ditti li jkunu f’diffikultà.

2.5. Kull parti tal-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali li jkun fadal wara li l-garanziji jkunu ġew onorati għandha terġa’ tintuża għal attivitajiet ta’ żvilupp ta’ SME fl-istess qasam eliġibbli.

2.6. Spejjeż tat-tmexxija ma jistgħux jaqbżu 2 % tal-kapital imħallas fuq kull medja ta’ sena għat-tul ta’ l-għajnuna kemm-il darba, wara kull sejħa għal offerti kompetittiva, persentaġġ ogħla ikun meħtieġ.

2.7. Fiż-żmien tat-tmiem tal-ħidma, l-ispiża eliġibbli tal-fond (il-benefiċjarju finali) għandha tkun l-ammont tal-kapital imħallas tal-fond meħtieġ, fuq il-bażi ta’ kull verifika indipendenti, sabiex tkopri l-garanziji provduti inkluż l-ispejjeż tat-tmexxija imwettqa.

2.8. Kontribuzzjonijiet biex jiggarantixxu fondi mill-Fondi Strutturali u sorsi pubbliċi oħra, kif ukoll il-garanziji provduti minn dawn il-fondi għal IŻM individwali, huma bla ħsara għar-regoli dwar għajnuna ta’ l-Istat.

Ir-Regola Nru 10: kiri

1. Spejjeż imġarrba f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħidma ta’ kiri huma eliġibbli għal kofinanzjament taħt il-Fondi Strutturali bla ħsara għar-regoli stabbiliti f’punti 2 sa 4.

2. GĦAJNUNA PERMEZZ TA’ SID IL-KERA

2.1. Sid il-kera huwa r-riċevitur dirett tal-kofinanzjament tal-Komunità, li jkun użat għat-tnaqqis tal-ħlasijiet tal-kirja magħmula mill-kerrej fir-rigward ta’ assi koperti mill-kuntratt ta’ kiri.

2.2. Kuntratti ta’ kiri li għalihom hi mħallsa għajnuna tal-Komunità għandhom jinkludu għażla għal xiri jew jipprovdu għal perjodu ta’ kiri minimu daqs dak tal-ħajja utli ta’ l-assi li għaliha jirreferi l-kuntratt.

2.3. Meta kull kuntratt ta’ kiri hu mitmum qabel it-tmiem tal-perjodu minimu ta’ kiri mingħajr l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti, sid il-kera għandu jintrabat li jħallas lill-awtoritajiet nazzjonali konċernati (għal kreditu tal-fond xieraq) dik il-parti ta’ l-għajnuna tal-Komunità li tikkorrispondi għall-bqija tal-perjodu ta’ kiri.

2.4. Ix-xiri ta’ l-assi minn sid il-kera, sostenut b’irċevuta jew dokument ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur bejn wieħed u ieħor ugwali, jikkostitwixxi l-ispiża eliġibbli għal kofinanzjament. L-ogħla ammont eliġibbli għal kofinanzjament tal-Komunità ma għandux jaqbeż il-valur fis-suq ta’ l-assi mikrija.

2.5. Spejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt ta’ kiri (b’mod partikolari taxxi, marġini ta’ sid il-kera, spejjeż ta’ finanzjament mill-ġdid ta’ l-interessi, spejjeż ġenerali, ħlasijiet ta’ insurance), barra mill-ispejjeż li għalihom hemm referenza f’punt 2.4, mhumiex spejjeż eliġibbli.

2.6. Għajnuna tal-Komunità mħallsa lil sid il-kera għandha tkun użata kollha kemm hi għall-benefiċċju tal-kerrej permezz ta’ kull tnaqqis uniformi f’kull ħlas tal-kiri għat-tul tal-perjodu ta’ kiri.

2.7. Sid il-kera għandu juri li l-benefiċċju ta’ l-għajnuna tal-Komunità se jkun trasferit kollu kemm hu lil kerrej billi jistabbilixxi kull rendikont tal-ħlasijiet tal-kirja jew permezz ta’ kull metodu alternattiv li jagħti assigurazzjoni ekwivalenti.

2.8. L-ispejjeż li għalihom hemm referenza f’punt 2.5, l-użu ta’ kull benefiċju fiskali mill-operat ta’ kiri, u kondizzjonijiet oħra tal-kuntratt għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli fin-nuqqas ta’ intervent finanzjarju tal-Komunità.

3. GĦAJNUNA LIL KERREJ

3.1. Il-kerrej huwa r-riċevitur dirett tal-kofinanzjament tal-Komunità.

3.2. Il-ħlasijiet tal-kirja imħallsa lil sid il-kera mill-kerrej, konfermati b’kull iriċevuta jew kull dokument ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur bejn wieħed u ieħor ugwali, jikkostitwixxu l-ispiża eliġibbli għal kofinanzjament.

3.3. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kiri li jinkludu kull għażla għal xiri jew li jipprovdu għal kull perjodu minimu ta’ kiri daqs il-ħajja utili ta’ l-assi li għalih jirreferi l-kuntratt, l-ogħla ammont eliġibbli għal kofinanzjament tal-Komunità m’għandux jaqbeż l-ammont fis-suq ta’ l-assi mikrija. Spejjeż oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt ta’ kiri (taxxi, marġini tal-kerrej, spejjeż ta’ finanzjament mill-ġdid ta’ l-imgħax, spejjeż ġenerali, ħlasijiet ta’ assigurazzjoni, eċċ.) ma humiex spejjeż eliġibbli.

3.4. L-għajuna tal-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti ta’ kiri li għalihom hemm referenza taħt punt 3.3 hi mħallsa lil kerrej f’parti waħda jew aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħlasijiet ta’ kiri effettivament imħallsa. Meta t-terminu tal-kuntratt ta’ kiri jaqbeż id-data finali sabiex ikunu kkunsdrati ħlasijiet taħt l-għajnuna tal-Komunità, spejjeż biss li għandhom x’jaqsmu ma’ ħlasijiet ta’ kirjiet dovuti u mħallsa mill-kerrej sad-data finali tal-ħlas taħt l-għajnuna jistgħu jkunu kkunsidrati eliġibbli.

3.5. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kiri li ma jinkludux għażla għal xiri u li t-tul tagħhom ikun inqas mill-perjodu tal-ħajja utili ta’ l-assi li għalih jirreferi l-kuntratt, il-ħlasijiet tal-kiri huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-Komunità proporzjonalment għall-perjodu tal-ħidma eliġibbli. Madankollu, il-kerrej għandu jkun kapaċi juri li l-kiri kien l-aktar metodu effettiv fil-kost sabiex jikseb l-użu tat-tagħmir. Meta l-ispejjeż setgħu kienu inqas li kieku ntuża metodu ieħor (per eżempju il-kiri tat-tagħmir), l-ispejjeż żejda għandhom ikunu mnaqqsa mill-ispiża eliġibbli.

3.6. Stati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali aktar stretti sabiex jistabbilixxu nfiq eliġibbli taħt punti 3.1 sa 3.5.

4. BEJGĦ U KIRI LURA

Ħlasijiet ta’ kiri mħallsa minn kerrej taħt skema ta’ bejgħ u kiri lura jistgħu jkunu nfiq eliġibbli taħt ir-regoli stabbiliti f’punt 3. L-ispejjeż ta’ l-akkwist ta’ l-assi mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament tal-Komunità.

Ir-Regola Nru 11: spejjeż imġarrba fl-immaniġjar u implimentazzjoni ta’ Fondi Strutturali

1. REGOLA ĠENERALI

Spejjeż imġarrba minn Stati Membri fl-immaniġjar, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll tal-Fondi Strutturali mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament ħlief kif hemm provdut f’punt 2 u li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbilita f’punt 2.1.

2. KATEGORIJI TA’ SPEJJEŻ TA’ TMEXXIJA, IMPLIMENTAZZJONI, MONITORAĠĠ U KONTROLL ELIĠIBBLI GĦAL KOFINANZJAMENT

2.1. Il-kategoriji segwenti ta’ spejjeż huma eliġibbli għal kofinanzjament taħt għajnuna taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’punti 2.2 sa 2.7:

- spejjeż relatati mal-preparazzjoni, għażla, evalwazzjoni u sorveljanza ta’ l-għajnuna u ta’ ħidma (iżda esklużi spejjeż fuq l-akkwist u installazzjoni ta’ sistemi komputerizzati għal tmexxija, monitoraġġ u evalwazzjoni),

- spejjeż fuq laqgħat ta’ kumitati ta’ monitoraġġ u sotto-kumitati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ għajnuna. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħra f’dawn il-kumitati, inkluż parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-president ta’ dawn il-kumitati jikkonsidra l-preżenza tagħhom essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta’ l-għajnuna,

- Spejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ verifiki u kontrolli fuq il-post ta’ operat.

2.2. spejjeż fuq salarji inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali huma eliġibbli biss fil-każijiet segwenti:

(a) impjegati taċ-ċivil jew uffiċjali pubbliċi oħra ssekondati b’deċiżjoni hekk iddokumentata ta’ l-awtorità kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet li għalihom hemm referenza f’punt 2.1;

(b) impjegati oħra mqabbda jwettqu dmirijiet li għalihom hemm referenza f’punt 2.1.

Il-perjodu ta’ sekondar jew impjieg ma jistax jaqbeż id-data finali għall-eliġibilità ta’ infiq stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-għajnuna.

2.3. Il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali għan-nefqa taħt punt 2.1 għandha tkun limitata għal kull ammont massimu li jkun stabbilit fl-għajnuna approvata mill-Kummissjoni u m’għandhiex taqbeż il-limiti stabbiliti f’punti 2.4 u 2.5.

2.4. Għal kull għajnuna, minbarra Inizjattivi tal-Komunità, il-programm speċjali PEACE II u azzjonijiet innovattivi, il-limitu għandu jkun t-total ta’ l-ammonti segwenti:

- 2,5 % ta’ dik il-parti tal-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali inqas minn jew daqs 100 miljun EUR,

- 2,00 % ta’ dik il-parti tal-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali li taqbeż il-100 miljun EUR iżda tkun inqas minn jew daqs 500 miljun EUR,

- 1,00 % ta’ dik il-parti tal-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali li taqbeż il-500 miljun EUR iżda tkun inqas minn jew daqs 1000 miljun EUR,

- 0,5 % ta’ dik il-parti tal-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali li taqbeż l-1000 miljun EUR.

2.5. Għal Inizjattivi tal-Komunità, azzjonijiet innovattivi u l-programm speċjali PEACE II, il-limitu għandu jkun 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali. Meta din l-għajnuna tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed dan il-limitu jista’ jkun mkabbar sabiex jittieħed każ ta’ spejjeż ogħla ta’ tmexxija u implimentazzjoni u jkun stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.6. Għall-iskopijiet sabiex jinħadem l-ammont tal-limiti f’punti 2.5 u 2.5, il-kontribuzzjoni totali tal-Fondi Strutturali għandha tkun it-total stabbilit f’kull għajnuna approvata mill-Kummissjoni.

2.7. L-implimentazzjoni ta’ punti 2.1 sa 2.6 ta’ din ir-Regola għandha tkun miftehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u stabbilita fl-għajnuna. Ir-rata tal-kontribuzzjoni tkun stabbilita b’mod konformi mal-Artikolu 29(7) tar-Regolament Ġenerali. Għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ, l-ispejjeż li għalihom hemm referenza f’2.1 jkunu is-suġġett ta’ kull miżura jew sotto-miżura separata fi ħdan għajnuna teknika.

3. INFIQ IEĦOR TAĦT GĦAJNUNA TEKNIKA

Azzjonijiet li jistgħu jkunu kofinanzjati taħt għajnuna teknika, minbarra minn dawk stabbiliti f’punt 2 (bħal studji, seminars, azzjonijiet ta’ informazzjoni, evalwazzjoni, u l-akkwist u installazzjoni ta’ sistemi komputerizzati għal tmexxija, monitoraġġ u evalwazzjoni), mhumiex bla ħsara għall-kondizzjonijietstabbiliti f’punti 2.4 sa 2.6. Infiq fuq is-salarji ta’ impjegati taċ-ċivil jew uffiċjali pubbliċi oħra fit-twettiq ta’ dawn l-azzjonijiet mhuwiex eliġibbli.

4. INFIQ MINN AMMINISTRAZZJONIJIET PUBBLIĊI LI GĦANDU X’JAQSAM MAT-TWETTIQ TA’ ĦIDMA

L-infiq segwenti ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi hu eliġibbli għal kofinanzjament minbarra għajnuna teknika jekk ikollu x’jaqsam mat-twettiq ta’ kull ħidma kemm-il darba ma tkunx ġejja mir-responsabbilitajiet statutorji ta’ l-awtorità pubblika jew tat-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-awtorità, dmirijiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll:

(a) spejjeż ta’ servizzi professjonali magħmula minn kull servizz pubbliku fl-implimentazzjoni ta’ kull ħidma. L-ispejjeż għandhom ikunu jew fatturati lil kull benefiċjarju finali (pubbliku jew privat) jew iċċertifikati fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ valur bejn wieħed u ieħor ekwivalenti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ spejjeż reali mħallsa mis-servizz pubbliku konċernat fir-rigward ta’ dik il-ħidma;

(b) spejjeż ta’ l-implimentazzjoni ta’ kull ħidma, inkluż l-infiq li għandu x’jaqsam mal-provvediment ta’ servizzi, mħallsa minn awtorità pubblika li hi nnifisha l-benefiċjarja finali u li qed twettaq kull ħidma minn rajha mingħajr ma tirrikorri għal inġiniera minn barra jew ditti oħra. In-nefqa konċernata għandha tirrigwarda nefqa magħmula fil-fatt u mħallsa direttament fuq l-operazzjoni kofinanzjata u għandha tkun iċċertifikata fuq il-bażi ta’ dokumenti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ spejjeż rejali mħallsa mis-servizz pubbliku konċernat fir-rigward ta’ dik il-ħidma.

Ir-Regola Nru 12: eliġibilità ta’ operat li jiddependu fuq il-lok

1. REGOLA ĠENERALI

Bħala regola ġenerali, ħidmiet kofinanzjati minn Fondi Strutturali għandhom ikunu jinsabu fir-reġjun li lilu tirrigwarda l-għajnuna.

2. EĊĊEZZJONI

2.1. Fejn ir-reġjun li miegħu għandha x’taqsam l-għajnuna ser jibbenefika kollu kemm hu jew parti minnu minn operazzjoni lokalizzata barra dak ir-reġjun, l-operazzjoni tista’ tkun aċċettata mill-awtorità li timmaniġġja għal kofinanzjament kemm-il darba l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti f’punti 2.2 sa 2.4 ikunu sodisfatti. F’każijiet oħra kull ħidma tista’ tkun aċċettata bħala eliġibbli għal kofinanzjament taħt il-proċedura f’punt 3. Għal ħidmiet iffinanzjati taħt l-Istrument Finanzjarju għal-Gwida tas-Sajd (FIFG), il-proċedura taħt punt 3 għandha tkun dejjem segwita.

2.2. L-operazzjoni għandha tkun lokalizzata f’żona ta’ NUTS III ta’ l-Istat Membru eżattament ma’ ġenb ir-reġjun li lilu tirrigwarda l-għajnuna.

2.3. L-ogħla spiża eliġibbli tal-ħidma hi stabbilita pro rata għal proporzjon tal-benefiċċji li r-reġjun hu mbassar li ser igawdi mill-ħidma u tkun msejsa fuq kull evalwazzjoni minn kull organizazzjoni indipendenti mill-awtorità li timmaniġja. Il-benefiċċji għandhom ikunu evalwati billi jkunu kkunsidrati l-miri speċifiċi ta’ l-għajnuna u l-impatt tagħha mistenni. Il-ħidma ma tistax tkun aċċettata għal kofinanzjament meta l-proporzjon ta’ benefiċċji jkun inqas minn 50 %.

2.4. Għal kull miżura ta’ l-għajnuna, in-nefqa eliġibbli ta’ l-operat aċċettat taħt punt 2.1 ma għandhiex taqbeż l-10 % tan-nefqa eliġibbli totali tal-miżura. Magħduda ma’ dan, in-nefqa eliġibbli ta’ kull ħidma fl-għajnuna aċċettata taħt punt 2.1 m’għandhix taqbeż il-5 % tan-nefqa eliġibbli totali ta’ l-għajnuna.

2.5. Ħidmiet aċċettati mill-awtorità li timmaniġġja taħt punt 2.1 għandhom ikunu indikati fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali ta’ l-għajnuna.

3. KAŻIJIET OĦRA

Fil-każ ta’ ħidmiet lokalizzati barra r-reġjun li lilu tirrigwarda l-għajnuna iżda li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ punt 2, u ta’ ħidmiet iffinanzjati taħt l-FIFG, l-aċċettazzjoni tal-ħidma għal kofinanzjament tkun bla ħsara għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni fuq bażi ta’ każ b’każ wara talba mdaħħla mill-Istat Membru, waqt li titqies b’mod partikolari l-prossimità ta’ l-operazzjoni għar-reġjun, il-livell ta’ benefiċċju għar-reġjun li jista’ jkun imbassar, u l-ammont tan-nefqa bi proporzjon għan-nefqa totali taħt il-miżura u taħt l-għajnuna. Fil-każ ta’ għajnuna relatata mar-reġjuni ta’ barra nett, il-proċedura f’dan il-punt tkun applikabbli.

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1.

[2] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

[3] ĠU C 288, tad-9.10.1999, p. 2.

--------------------------------------------------