Official Journal L 189 , 27/07/2000 P. 0015 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2000 tas-26 ta’ Lulju 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir -"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġni għall-prodotti u għall-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġni għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Franza bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika. (2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’dan ir-Regolament, l-applikazzjoni nstabet li tilħaq il-ħtiġijiet kollha stabbiliti fih u b’mod partikolari kellha t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu. (3) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament rigward l-isem mogħti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3]. (4) Għalhekk l-isem għandu jiddaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti"u għalhekk jiġi protett fil-Komunità kollha bħala indikazzjoni ġeografika protetta. (5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1576/2000 [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-isem fl-Anness ma' hawn jiġi miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u jiddaħħal bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" stabbilit bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7. [3] ĠU C 274, tat-28.9.1999, p. 5. [4] ĠU L 327, tat-28.12.1996, p. 11. [5] ĠU L 181, tal-20.7.2000, p. 35. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESSI MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM Il-Laħam FRANZA Agneau du Limousin (IĠP) --------------------------------------------------