32000R1633



Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0029 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1633/2000

tal-25 ta’ Lulju 2000

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2825/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 fir-rigward ta’ l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati dwar ċereali esportati fl-għamla ta’ ċertu xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/24/tat-30 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-għotja ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta’ merkanzija li ma taqax taħt l-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 701/2000 [4], jagħmel l-għoti ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-prodotti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3098/94 [6], suġġett għall-kundizzjoni li jintwera ċertificat li, taħt l-Artikolu 6b tar-Regolament (KE) Nru 1222/94, ikun validu għall-massimu ta’ perjodu wieħed ta’ l-estimi. Il-perjodu ta’ l-estimi huwa preskritt fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1222/94 li jiddekorri bejn l-1 ta’ Ottubru ta’ sena sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 jipprovdi li l-koeffiċjent applikabbli għall-kwantitajiet ta’ ċereali mqegħda taħt kontroll u distillati għandu japplika mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Biex tiħaffef it-tmexxija ta’ l-attivitajiet tad-distillaturi nvoluti, dawk iż-żewġ perijodi għandhom ikunu armonizzati u b’hekk il-perjodu ta’ validità għall-koeffiċjenti jiġi armonizzat mal-perjodu taċ-ċertificat. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 għandu jkun hekk emendat.

(2) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

"Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Minkejja s-sentenza preċedenti, għall-perjodu 2000/2001, għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Setembru 2001."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 11.

[3] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5.

[4] ĠU L 83, ta’ l-4.4.2000, p. 6.

[5] ĠU L 258, tas-16.10.1993, p. 6.

[6] ĠU L 328, ta’ l-20.12.1994, p. 12.

--------------------------------------------------