32000R1616



Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0062 - 0063


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1616/2000

ta' l-24 ta'Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITà EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat minn: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1437/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91jistipula li prodotti mpurtati minn pajjiż terz jistgħu jinbiegħu biss jekk ġejjin minn pajjiż terz li jidher fuq lista stabbilita skond il-kriterji stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Din il-lista tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 548/2000 [4].

(2) L-Arġentina, u l-Iżvizzera talbu 'l Kummissjoni sabiex tkabbar il-kategorija ta' prodotti, inkluża fil-lista stipulata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, biex tinkludi l-bhejjem u prodotti tal-bhejjem. Taw l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92.

(3) L-eżami ta' din l-informazzjoni u d-diskussjonijiet ta' wara ma' l-awtoritajiet waslu għall-konklużjoni li f'dawn il-pajjiżi r-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-ispezzjoni tal-bhejjem u tal-prodotti tal-bhejjem huma bħal dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Iżda xi garanziji huma mistennija mill-awtoritajiet Arġentini, għaldaqstant l-ekwivalenza għal bhejjem u għal prodotti tal-bhejjem trid tkun limitata għal żmien ta' sitt xhur.

(4) L-Iżrael applika mal-Kummissjoni sabiex temenda l-inklużjoni tagħha fil-lista biex tħalli l-importazzjoni ta' materja prima mkabbra organikament. L-Iżrael tat l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92. L-eżami ta' l-informazzjoni mogħtija wasslet għall-konklużjoni li l-ħtiġijiet huma bħal dawk stipulati mill-liġijiet Komunitarji.

(5) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 94/92 huwa b'dan emendat għall-Arġentina, l-Iżrael u l-Iżvizzera skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-24 ta' Awwissu 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 161, ta' l-1.7.2000, p. 62.

[3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14.

[4] ĠU L 67, tal-15.3.2000, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ARĠENTINA

1. Kategoriji ta'prodotti:

(a) prodotti tal-uċuh u bhejjem mhux proċessati fis-sens ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- bhejjem jew prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li maħsub li jkollhom indikazzjonijiet dwar il-konverżjoni;

(b) prodotti agrikoli proċessati u prodotti tal-bhejjem maħsubin għall-konsum tal-bniedem fis-sens ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li maħsub li jkollhom indikazzjonijiet dwar il-konverżjoni.

2. Oriġini: Prodotti ta' kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f'kategorija 1(b) prodotti fl-Arġentina.

3. Korpi ta' spezzjoni: "Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de Productos Agropecuarios Orgánicos SRL" (Argencert) and "Organización Internacional Agropecuaria" (OIA).

4. Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal f'punt 3.

5. Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni tal-prodotti: 30 ta'Ġunju 2003. Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni tal-bhejjem u tal-prodotti tal-bhejjem: 28 ta'Frar 2001.

L-IŻRAEL

Il-punt 2 tat-test li jirreferi għall-Iżrael jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Oriġni: Prodotti ta'kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f'kategorija 1(b) prodotti l-Iżrael jew impurtati fl-Iżrael:

- jew mill-Komunità Ewropea,

- jew minn pajjiż terz fi struttura rikonoxxuta bħala ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91."

L-IŻVIZZERA

1. Kategoriji ta'prodotti:

(a) prodotti tal-uċuh u l-bhejjem mhux proċessati fis-sens ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- prodotti, prodotti fiż-żmien tal-konverżjoni, kif riferit fl-Artikolu 5(5) ta'dak ir-Regolament,

- prodotti min-naħal;

(b) prodotti agrikoli proċessati u prodotti tal-bhejjem maħsubin għall-konsum tal-bniedem fis-sens ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- prodotti, riferiti fl-Artikolu 5(5) ta'dak ir-Regolament, li għandhom ingredjent mill-agrikoltura prodotta fiż-żmien tal-konverżjoni,

- prodotti li għandhom fihom prodotti ġejjin min-naħal, prodotti fl-Iżvizzera, b'ingredjenti mill-produzzjoni organika.

2. Oriġni: Prodotti ta'kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f'kategorija 1(b) prodotti l-Iżvizzera jew impurtati fl-Iżvizzera:

- jew mill-Komunità Ewropea,

- jew minn pajjiż terz fi struttura rikonoxxuta bħala ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

- jew minn pajjiż terz li għalih Stat Membru, skond id-dispożizzjonijiet ta'L-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ikkonferma li l-istess prodott ġie prodott u spezzjonat f'dak il-pajjiż skond l-istess arranġamenti aċċettati mill-Istat Membru.

3. Korpi ta'ispezzjoni: Institut für Marktökologie (IMO), bio.inspecta AG and Schweizerische Vereinigung für Qualitäts-und Management-Systeme (SQS).

4. Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal f'punt 3.

5. Tul taż-żmien ta' l-inklużjoni: 31 ta' Diċembru 2002.

--------------------------------------------------