32000R1614



Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0046 - 0053


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1614/2000

ta' l-24 ta' Lulju 2000

li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu inkonsiderazzjoni l-qagħda speċjali tal-Kambodja fir-rigward ta' xi prodotti magħmula mit-tessuti esportati lill-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u speċjalment l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1662/1999 [4], u speċjalment l-Artikolu 76 tiegħu.

Billi:

(1) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2820/98 tal-21 ta' Diċembru 1998 li japplika skema multiannwali ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001 [5], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1310/2000 [6], il-Komunità tat preferenzi ta' din ix-xorta lill-Kambodja.

(2) L-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxu d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw li għandha tintuża għall-iskopijiet ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffa. L-Artikolu 76 tar-Regolament, madanakollu, jipprovdi derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet favur pajjiżi anqas żviluppati li jgawdu mill-GSP li jibagħtu talba xierqa biex isir dan lill-Komunità.

(3) Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/1999 [7], il-Kambodja kisbet deroga ta' din ix-xorta għal xi tessuti, għall-perjodu mill-15 ta' Lulju 1999 sal-14 ta' Lulju 2000.

(4) It-talba magħmula mill-Kambodja taderixxi mal-kondizzjonijiet mitluba mill-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. B'mod partikolari d-dħul ta' kondizzjonijiet kwantitattivi (fuq bażi annwali) tirrifletti l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbi l-prodotti Kambodjani, il-kapaċità għall-esportazzjoni tal-Kambodja u t-tkattir tan-negozju rreġistrat, huwa tali li jipprevjeni ħsara lill-friegħi korrispondenti ta' l-industrija tal-Komunità. Madanakollu, id-deroga għandha tiġi adattata b'riferenza għall-ħtiġiet ekonomiċi.

(5) Sabiex tiġi mħeġġa kooperazzjoni reġjonali fost pajjiżi li jgawdu, huwa desiderevoli li jiġi provdut li l-materji primi li għandhom jintużaw fil-Kambodja fil-kuntest ta' din id-deroga għandhom joriġinaw f'pajjiżi li jagħmlu parti mill-Għaqda tal-Ġnus ta' l-Asja tax-Xlokk (ASEAN) (barra mill-Mijanmar), mill-Għaqda Asjatika ta' Nofsinhar għal Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC) jew mill-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE.

(6) L-amministrazzjoni miftuħa u effettiva ta' dawk il-miżuri għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti, għat-tmexxija ta' kwoti ta' tariffi, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1427/97 [8].

(7) Kull talba biex tiżdied l-applikazzjoni tad-deroga aktar mill-kwantitajiet li hemm provduti għandha tiġi kkunsidrata b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet Kambodjani.

(8) Sabiex tkun għal kollox effettiva, id-deroga għandha tingħata għal tul ta' żmien xieraq, jiġifieri, sal-31 ta' Diċembru 2001 meta jiskadi r-Regolament (KE) Nru 2820/9.

(9) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. B'deroga mill-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-prodotti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament li huma fabbrikati fil-Kambodja minn drapp minsuġ (oġġetti minsuġa) ħajt mibrum (oġġetti mmaljati) impurtati f'dak il-pajjiż li joriġinaw f'pajjiż li jagħmel parti mill-Għaqda tal-Ġnus Ażjatiċi tax-Xlokk (ASEAN) (barra mill-Mijanmar), mill-Għaqda Ażjatika ta' Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC) jew lill-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE għandhom jitqiesu li joriġinaw mill-Kambodja skond l-arranġamenti mniżżla hawn taħt.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti jitqiesu li joriġinaw fil-ASEAN jew SAARC meta jinkisbu f'dawn il-pajjiżi skond ir-regoli ta' oriġini li hemm provduti fl-Artikoli 67 sa 97 tar-Regoament (KEE) Nru 2454/93, jew li joriġinaw f'pajjiżi li jgawdu tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE meta jinkisbu f'dawk il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini li hemm provduti fil-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE [9].

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja għandhom jimpenjaw rwieħhom li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

L-Artikolu 2

Id-deroga li hemm provduta fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti trasportati direttament mill-Kambodja u impurtati fil-Komunità waqt il-perjodu mill-15 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001, sal-kwantitatjiet annwali elenkati fl-Anness ħdejn kull prodott.

L-Artikolu 3

Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KE) Nru 2454/93.

L-Artikolu 4

Meta l-ġbid skond l-Artikolu 3 jgħodd għal 80 % tal-kwantitajiet murija fl-Anness, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma l-awtoritajiet tal-Kambodja, għandha tikkunsidra jekk huwiex meħtieġ li tiżdied l-applikazzjoni tad-deroga għal aktar minn dawk il-kwantitajiet.

L-Artikolu 5

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat ta' l-oriġini Formola A maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kambodja skond dan ir-Regolament: "Deroga — Regolament (KE) Nru 1614/2000"

L-Artikolu 6

F'każ ta' dubju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja tad-dokument li jattesta l-oriġini tal-materjali wżati fil-Kambodja taħt din id-deroga. Din it-talba tista' ssir fiż-żmien tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera ta' l-oġġetti li jgawdu minn dan ir-Regolament, jew fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva li għaliha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE)Nru 2454/93.

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-24 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 25.

[5] ĠU L 357, tat-30.12.1998, p. 1.

[6] ĠU L 148, tat-22.6.2000, p. 28.

[7] ĠU L 178, ta' l-14.7.1999, p. 34.

[8] ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 31.

[9] Għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru ta' l-ordni | Kategorija ta' tessut | Nomenklatura Magħquda | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità (1.1 sa 31.12) |

09.8052 | 6 | 6203411062034190620342316203423362034235620342906203431962034390620349196203495062046110620462316204623362046239620463186204691862113242621133426211424262114342 | Qliezet qosra li jintrabtu taħt l-irkoppa, xorts mhux malji ta' l-għawm u qliezet (li jinkludu slacks) minsuġin ta' l-irġiel jew tas-subien; qliezet jew slacks minsuġin tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi; il-partijiet ta' isfel ta' tracksuits bl-inforra, minbarra tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 2746832 biċċa |

09.8053 | 7 | 610610006106200061069010620620006206300062064000 | Qomos tan-nisa jew tal-bniet, kemm jekk innittjati u kemm jekk maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 4009804 biċċiet |

09.8054 | 8 | 620510006205200062053000 | Qomos ta' l-irġiel jew tas-subien, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 302566 biċċa |

09.8055 | 10 | 611110106111201061113010ex61119000611610206116108061169100611692006116930061169900 | Ingwanti, mittens u mitts, innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 2084846 par |

09.8056 | 12 | 61151200611519006115201161152090611591006115920061159310611593306115939961159900 | Panty-hose u tajts, kalzetti twal tan-nisa, kalzetti ta' taħt, kalzetti, kalzetti qosra sa l-għaksa, sockettes u simili, innittjati u maħdumin bil-kroxè, mhux tat-trabi, li jinkludu kalzetti għal vini varikużi, minbarra prodotti tal-kategorija 70 | 1100 par |

09.8058 | 14 | 62011100ex62011210ex62011290ex62011310ex6201139062102000 | Kappotti, ġġieġet tax-xita u kowtijiet oħra, mnatar u mantelli, tas-suf, ta' l-irġiel jew tas-subien minsuġin, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi (minbarra parkas tal-kategorija 21) | 213931 biċċa |

09.8059 | 15 | 62021100ex62021210ex62021290ex62021310ex620213906204310062043290620433906204391962103000 | Kappotti, ġkieket tax-xita u kowtijiet oħra, mnatar u mantelli, ġkieket u blejżers; tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi (minbarra parkas tal-kategorija 21) | 1684566 biċċa |

09.8060 | 16 | 62031100620312006203191062031930620321006203228062032380620329186211323162113331 | Ilbiesi u ilbiesi intieri ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra minn dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, li jeskludu lbies ta' l-iski, tracksuits ta' l-irġiel jew tas-subien bl-inforra, b'saff minn barra ta' tessut waħdieni identiku, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 85415-il biċċa |

09.8061 | 17 | 62033100620332906203339062033919 | Ġkieket u blejżers ta' l-irġiel jew tas-subien minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 68299 biċċa |

09.8062 | 18 | 620711006207190062072100620722006207290062079110620791906207920062079900 | Ilbies bla kmiem u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta' taħt, qliezet ta' taħt qosra, qomos ta' bil-lejl, piġami, ilbies tal-banju, ġagagi, u oġġetti simili, ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè | 683 tunnellata |

6208110062081910620819906208210062082200620829006208911162089119620891906208920062089900ex62121010 | Ilbis bla kmiem u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta' taħt tan-nisa u lbiesi ta' taħt, qliezet ta' taħt qosra, qliezet ta' taħt, qomos ta' bil-lejl tan-nisa, piġami, negligees, ilbies tal-banju, dressing-gowns, u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè |

09.8063 | 21 | ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390620191006201920062019300ex62021210ex62021290ex62021310ex6202139062029100620292006202930062113241621133416211424162114341 | Parkas; anoraks, wind-cheaters, kowtijiet li jidjiequ fil-qadd u simili, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, partijiet ta' fuq ta' tracksuits bl-inforra, minbarra ta' kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 475973 biċċa |

09.8065 | 26 | 6104410061044200610443006104440062044100620442006204430062044400 | Lbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton, jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 760932 biċċa |

09.8066 | 27 | 6104510061045200610453006104590062045100620452006204530062045910 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet, li jinkludu qliezet/dbielet | 796790 biċċa |

09.8068 | 29 | 62041100620412006204130062041910620421006204228062042380620429186211423162114331 | Lbiesi u lbiesi ntieri tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk innittjati u maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi, li jeskludu ski-suits; tracksuits bl-inforra tan-nisa jew tal-bniet, b'kisja minn barra ta' tessut identiku, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 620077 biċċa |

09.8069 | 31 | ex6212101062121090 | Riġipetti, minsuġin, innittjati u dawk maħdumin bil-kroxè | 1632263 biċċa |

09.8070 | 68 | 611110906111209061113090ex61119000ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | Ħwejjeġ tat-trabi u aċċessorji ta' l-ilbies, li jeskludu ingwanti, mittens u mitts tat-trabi, tal-kategorija 10 u 87, u kalzetti twal, kalzetti normali u kalzetti qosra tat-trabi, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè tal-kategorija 88 | 177 tunnellata |

09.8072 | 72 | 61123110611231906112391061123990611241106112419061124910611249906211110062111200 | Malji ta' l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi | 223299 biċċa |

09.8076 | 76 | 6203221062032310620329116203321062033310620339116203421162034251620343116203433162034911620349316211321062113310 | Ħwejjeġ ta' l-irġiel jew tas-subien industrijali jew tax-xogħol, ħlief għal dawk innittjati jew maħduma bil-kroxè | 562 tunnellata |

6204221062042310620429116204321062043310620439116204621162046251620463116204633162046911620469316211421062114310 | Fradal tan-nisa jew tal-bniet, qomos wiesgħa li jintlibsu fuq ħwejjeġ oħrajn u ilbies industrijali jew tax-xogħol oħrajn, ħlief jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè |

09.8077 | 78 | 6203413062034259620343396203493962046180620461906204625962046290620463396204639062046939620469506210400062105000621131006211329062113390621141006211429062114390 | Ħwejjeġ, ħlief jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè, esklużi ħwejjeġ tal-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 | 430 tunnellata |

09.8079 | 84 | 62142000621430006214400062149010 | Xalel, mkatar, xalpi, mantilji, veli u affarijiet simili, minbarra dawk innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmulin minn fibri sintetiċi | 1,1 tunnellata |

09.8080 | 86 | 621220006212300062129000 | Kurpetti, ċinturini tal-kurpetti, ċinturini tal-kalzetti tan-nisa, suspenders, takkalji u affarijiet simili, u partijiet minnhom, kemm jekk ikunu nnittjati jew maħdumin bil-kroxè u kemm jekk le | 1100 biċċa |

09.8083 | 159 | 6204491062061000 | Lbiesi, u qomos tan-nisa, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, magħmulin minn skart tal-ħarir | 1,1 tunnellata |

62141000 | Xalel, mkatar, xalpi, mantilji, veli u simili, mhux innittjati jew maħdumin bil-kroxè, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir |

62151000 | Ingravajjet, ċfief u cravats, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir |

09.8084 | 161 | 620119006201990062021900620299006203199062032990620339906203499062041990620429906204399062044990620459906204699062059010620590906206901062069090ex621120006211390062114900 | Ħwejjeġ mhux innittjati jew tal-kroxè, minbarra dawk tal-kategoriji 1 sa 123 u tal-kategorija 159 | 64 tunnellata |

09.8085 | 20 | 63022100630222906302299063023110630231906302329063023990 | Bjankerija, ħlief jekk innittjata jew maħduma bil-kroxè | 2 tunnellata |

09.8086 | 40 | ex63039100ex63039290ex6303999063041910ex6304199063049200ex63049300ex63049900 | Purtieri minsuġa (inkluż drapp, blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodda u oġġetti oħrajn tat-tiżjin), ħlief jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi | 24 tunnellati |

09.8087 | 91 | 630621006306220063062900 | Tined | 826 tunnellata |

09.8088 | 109 | 6306110063061200630619006306310063063900 | Tarpolini, qlugħ, tined u blinds tax-xemx | 1,1 tunnellata |

09.8089 | 110 | 6306410063064900 | Saqqijiet pnewmatiċi minsuġin | 1,1 tunnellata |

09.8090 | 111 | 6306910063069900 | Oġġetti tal-kampeġġ, minsuġin, minbarra saqqijiet pnewmatiċi u tined | 1,1 tunnellata |

--------------------------------------------------