32000R1609



Official Journal L 185 , 25/07/2000 P. 0027 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2000

ta' l-24 ta' Lulju 2000

li jistabbilixxi kull elenku ta' prodotti esklużi mill-applikar ta' Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija nukleari ta' Chernobyl

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta' Marzu 1990 fuq il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija nukleari ta' Chernobyl [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 616/2000 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu

Billi:

(1) B'mod konformi ma’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, il-Kummissjoni għandha taddotta kull elenku ta' prodotti esklużi mill-applikar tiegħu.

(2) L-akbar parti ta' prodotti agrikoli importati bħalissa minn pajjiżi terzi huma ħielsa minn kontaminazzjoni radjoattiva mill-inċident ta' Chernobyl jew kienu ikkontaminata ferm ħafif hekk li jippreżentaw riskju negliġibbli għas-saħħa.

(3) L-elenku ta' prodotti esklużi mill-applikar ta' Regolament (KEE) Nru 737/90, kienet ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/97 [3] biex tieħu akkont ta' dan.

(4) Ir-riżultati miksuba minn kull studju mwettaq għall-Kummissjoni biex tistima l-potenzjal għal importazjonijiet minn Stati Membri ta' prodotti agrikoli li jkun fihom radiocaesium f'eċċess tal-limiti stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 737/90 jindika li żewġ prodotti oħra ta' l-ikel (te u ċerti ħwawar) għandhom ikunu esklużi.

(5) Kull stil modifikat tal-preżentazzjoni ta' l-elenku ta' prodotti li dwarhom ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 huwa applikabbli diġà ġiet introdotta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li istabilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar ta' Regolament (KEE) Nru 737/90 [4] u għandu jiffaċilita l-użu tal-elenku mill-uffiċċji doganali.

(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma b’ mod konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 727/97 huwa mħassar.

Artikolu 2

Kull prodott apparti minn dawk li huma elenkati fl-Anness huma esklużi mill-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 737/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p. 1.

[2] ĠU L 75, ta' l-24.3.2000, p. 1.

[3] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 16.

[4] ĠU L 197. 29.7.1999. p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

ELENKU TA' PRODOTTI LI DWARHOM REGOLAMENT (KEE) Nru 737/90 HUWA APPLIKABBLI

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

01011910 | Żwiemel ħajjin, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura, għall-qatla |

010290 | Annimali ta' l-ifrat ħajjin, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura, speċi domestiċi |

010391 | Qżieqeż ħajjin, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura, li jiżnu anqas minn 50 kg |

010392 | Qżieqeż ħajjin, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura, li jiżnu 50 kg jew aktar |

010410 | Nagħaġ ħaj, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura |

01042090 | Mogħoż ħaj, barra minn annimali għat-trobbija ta' razza pura |

0105 | Tjur ħaj, jiġifieri, tjur ta' l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u tjur ta' l-Indja |

010600 | Annimali oħrajn ħajjin |

Kapitlu 2 | Laħam u laħam ta' l-intern li jista’ jittiekel |

ex Kapitlu 4 | Prodotti tal-ħalib; bajd ta' l-għasafar; għasel naturali; prodotti ta' l-ikel li oriġinaw mill-annimali, li mhumhiex imsemmija jew inklużi band'oħra, minbarra prodotti ta' kodiċi NM 04081120, 04081920, 04089120 u 04089920 |

ex070951 | Faqqiegħ, frisk jew iffriżat, barra faqqiegħ ikkultivat |

ex07108069 | Faqqiegħ (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

ex07119060 | Faqqiegħ proviżjonalment preservat (per eżempju, b'gas tas-surphur dioxide, fis-salmura, fl-ilma tas-sulphur (kubrit) jew f'kull soluzzjonijiet oħra ta' preserv), iżda mhux tajbin għall-ikel immedjat f'dak l-istat, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

ex07123000 | Faqqiegħ niexef, sħiħ, maqtugħ, imqatta, miksur jew fi trab, imma mhux ippreparat aktar, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

081040 | Cranberries, bilberries u frott ieħor tal-ġeneru Vaccinium, frisk |

08119050 | Frott ta' li speċi Vaccinium myrtillus, nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, sew jekk għandu zokkor miżjud jew m'għandux jew xi haġa oħra ħelwa |

08119070 | Frott ta' l-ispeċi Vaccinium myrtilloides u Vaccinium angustifolium, nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, sew jekk għandu zokkor miżjud jew m'għandux jew kull ħaġa oħra ħelwa |

08129040 | Frott ta' l-ispeċi Vaccinium myrtillus, proviżorjament preservat (per eżempju, b'gass tas-sulphur dioxide, fis-salmura, fl-ilma tas-sulphur (kubrit) jew f'soluzzjonijiet oħra ta' preservazzjoni), iżda mhux tajbin għall-ikel immedjat f'dak l-istat |

160100 | Zalzetti u prodotti bħal dawn, tal-laħam, skart tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel magħmula minn dawn il-prodotti |

1602 | Laħam ieħor ippreparat jew preservat, skart tal-laħam jew demm |

ex160300 | Estratti u sugu tal-laħam |

ex20019050 | Faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew aċidu aċetiku, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

ex20031080 | Faqqiegħ, ippreparat jew preservat xort'oħra barra bil-ħall jew aċidu aċetiku, barra minn faqqiegħ ikkultivat |

--------------------------------------------------